-
Isma’ minn leħen ĠeħovaIt-Torri tal-Għassa (Studju)—2019 | Marzu
-
-
“ISIMGĦU MINNU”
7. Skont Mattew 17:1-5, f’liema okkażjoni Ġeħova tkellem mis-sema, u x’qal?
7 Aqra Mattew 17:1-5. It-tieni darba li Ġeħova tkellem mis-sema kienet fit-trasfigurazzjoni taʼ Ġesù. Ġesù kien stieden lil Pietru, Ġakbu, u Ġwanni biex imorru miegħu fuq muntanja għolja. Waqt li kienu hemm raw viżjoni straordinarja. Wiċċ Ġesù beda jiddi u ħwejġu bdew ileqqu. Żewġt irġiel, li rrappreżentaw lil Mosè u Elija, bdew jitkellmu maʼ Ġesù dwar il-mewt u l-qawmien tiegħu. Għalkemm dawn it-tliet appostli “kellhom għajnejhom tqal bin-ngħas,” huma raw din il-viżjoni tal-istagħġib meta ġew f’sensihom. (Lq. 9:29-32) Imbagħad, sħaba tiddi għattiethom, u semgħu leħen minn ġos-sħaba—il-leħen t’Alla. L-istess bħalma ġara fil-magħmudija taʼ Ġesù, Ġeħova qal li approva lil Ibnu u esprima mħabbtu lejh, billi qal: “Dan hu Ibni, il-maħbub, li lilu jien approvajt.” Imma din id-darba, Ġeħova żied jgħid: “Isimgħu minnu.”
-
-
Isma’ minn leħen ĠeħovaIt-Torri tal-Għassa (Studju)—2019 | Marzu
-
-
9. Liema parir prattiku Ġesù ta lid-dixxipli tiegħu?
9 “Isimgħu minnu.” Ġeħova għamilha ċara li jridna nisimgħu kliem Ibnu u nobduh. Ġesù x’qal meta kien fuq l-art? Qal ħafna affarijiet taʼ min jismagħhom! Pereżempju, hu bi mħabba għallem lis-segwaċi tiegħu kif jippritkaw l-aħbar tajba, u darba wara l-oħra fakkarhom biex jibqgħu għassa. (Mt. 24:42; 28:19, 20) Ħeġġiġhom ukoll biex jistinkaw kemm jifilħu, u inkuraġġiehom biex ma jaqtgħux qalbhom. (Lq. 13:24) Ġesù enfasizza li s-segwaċi tiegħu kien jeħtiġilhom iħobbu lil xulxin, jibqgħu magħqudin, u josservaw il-kmandamenti tiegħu. (Ġw. 15:10, 12, 13) X’parir prattiku Ġesù ta lid-dixxipli tiegħu! Dan il-parir għadu jgħodd illum daqskemm kien meta Ġesù tah.
-