LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Kif Tirranġahom Int Id-Differenzi?
    It-Torri tal-Għassa—1994 | Awwissu 1
    • “Iktar minn hekk, jekk ħuk jikkommetti dnub, mur ikxef in-​nuqqas tiegħu bejnek u bejnu waħedkom. Jekk jismaʼ minnek, int tkun ksibt lil ħuk. Imma jekk ma jismax, ħu miegħek wieħed jew tnejn oħra, sabiex bil-​fomm taʼ tnejn jew tliet xhieda kull kwistjoni tistaʼ tkun stabbilita. Jekk ma jismax minnhom, kellem lill-​kongregazzjoni. Jekk ma jismax saħansitra mill-​kongregazzjoni, ħa jkun għalik sewwa sew bħal bniedem tal-​ġnus u bħal kollettur tat-​taxxi.”—Mattew 18:15-17.

  • Kif Tirranġahom Int Id-Differenzi?
    It-Torri tal-Għassa—1994 | Awwissu 1
    • Jekk il-​kwistjoni ma setgħetx tiġi rranġata, kellha tittieħed quddiem il-​kongregazzjoni. Għall-​bidu, dan kien ifisser l-​anzjani tal-​Lhud imma iktar tard, l-​anzjani tal-​kongregazzjoni Kristjana. Dak li naqas u ma ddispjaċihx jistaʼ jkollu jitkeċċa mill-​kongregazzjoni. Dak hu li jfisser illi jiġi meqjus “sewwa sew bħal bniedem tal-​ġnus u bħal kollettur tat-​taxxi,” individwi li minnhom il-​Lhud żammew il-​bogħod. Din il-​miżura serja ma setgħetx tittieħed minn kwalunkwe Kristjan individwali. L-​anzjani maħturin, li jirrappreżentaw il-​kongregazzjoni, huma l-​uniċi wħud awtorizzati li jieħdu azzjoni bħal din.—Qabbel 1 Korintin 5:13.

      Il-possibiltà li xi ħadd li naqas u ma ddispjaċihx jiġi mkeċċi mis-​sħubija turi li Mattew 18:15-17 ma jgħoddx għal differenzi żgħar. Ġesù kien qiegħed jirreferi għal offiżi serji, madankollu tat-​tip li jistgħu jiġu rranġati bejn iż-​żewġ individwi kkonċernati waħedhom. Per eżempju, l-​offiża tistaʼ tkun malafama, li teffettwa serjament ir-​reputazzjoni tal-​vittma. Jew tistaʼ tgħodd għal kwistjonijiet finanzjarji, għax versi li jiġu wara fihom it-​tixbieha taʼ Ġesù dwar l-​irsir bla ħniena li lilu ġie maħfur dejn kbir. (Mattew 18:​23-35) Self mhux imħallas lura fiż-​żmien allokat jistaʼ jkun biss diffikultà tal-​mument li faċilment tistaʼ tiġi solvuta bejn iż-​żewġ individwi. Imma tistaʼ ssir dnub serju, jiġifieri, serq, jekk min issellef irrifjuta b’mod stinat li jħallas lura dak li kellu jagħti.

      Dnubiet oħrajn ma jistgħux jiġu rranġati sempliċement bejn żewġ Kristjani. Taħt il-​Liġi Mosajka, dnubiet serji kellhom jiġu rrapportati. (Levitiku 5:1; Proverbji 29:24) B’mod simili, dnubiet kbar li jinvolvu l-​purità tal-​kongregazzjoni għandhom jiġu rrapportati lill-​anzjani Kristjani.

      Madankollu, bosta każi taʼ nuqqas taʼ ftehim bejn il-​Kristjani ma jaqgħux taħt din il-​proċedura.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja