LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 5/15 pp. 6-7
  • Dixxiplina li taħdem

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Dixxiplina li taħdem
  • Stenbaħ!—2015
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​valur taʼ prinċipji Bibliċi
  • Għajnuna għall-​ġenituri
  • Kif għandek tiddixxiplina lil uliedek?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Ħarreġ lit-Tfal Tiegħek mill-Infanzja
    Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja
  • Napprezzaw l-Iskop tad-Dixxiplina
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Ġenituri—Ħarrġu lil Uliedkom bl-Imħabba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2015
g 5/15 pp. 6-7
Omm tiddixxiplina lil bintha

SUĠĠETT PRINĊIPALI | X’SAR MINNHA D-DIXXIPLINA?

Dixxiplina li taħdem

MA TISTAX tiċħad li t-​trobbija tat-​tfal hi xogħol iebes. Imma li żżomm lura d-​dixxiplina meta jkun meħtieġ jagħmel il-​biċċa tax-​xogħol jerġaʼ iktar diffiċli. Għala? Għax mingħajr id-​dixxiplina (1) it-​tfal ikomplu jġibu ruħhom ħażin, u dan jgħejji lill-​ġenituri, u (2) il-​ġenituri jagħtu direzzjoni inkonsistenti, u dan iħawwad lit-​tfal.

Mill-​banda l-​oħra, dixxiplina bilanċjata u li tingħata bl-​imħabba tistaʼ tħarreġ il-​ħsibijiet tat-​tfal u ssawrilhom il-​karattru morali tagħhom. Tgħin ukoll biex iħossuhom siguri huma u jikbru biex isiru adulti responsabbli. Imma minn fejn tistaʼ ssib gwida li tistaʼ toqgħod fuqha biex tiddixxiplina lil uliedek?

Il-​valur taʼ prinċipji Bibliċi

Il-​pubblikaturi taʼ din ir-​rivista, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova, jemmnu li l-​Bibbja “tiswa biex tgħallem, twiddeb, tikkoreġi, tiddixxiplina,” bħalma tgħid hi stess. (2 Timotju 3:16) Il-​Bibbja hi ħafna iżjed minn sempliċi ktieb fuq it-​trobbija tat-​tfal; il-​prinċipji li fiha jipprovdu gwida realistika għall-​familji. Ikkunsidra xi eżempji.

IL-​BIBBJA TGĦID: “Il-​bluha hi marbuta maʼ qalb taʼ tifel.”—Proverbji 22:15.

Għalkemm it-​tfal jistgħu juru konsiderazzjoni u qalb tajba lejn ħaddieħor, huma inklinati li jagħmlu affarijiet banali wkoll. Għalhekk, it-​tfal għandhom bżonn id-​dixxiplina. (Proverbji 13:24) Li tagħraf dan il-​fatt se jgħinek twettaq ir-​responsabbiltà tiegħek bħala ġenitur.

IL-​BIBBJA TGĦID: “Iżżommx lura d-​dixxiplina minn tifel.”—Proverbji 23:13.

Omm u bintha jidħqu flimkien

M’għandekx għalfejn tibżaʼ li dixxiplina bilanċjata se tagħmel ħsara lil uliedek jew iġġegħelhom jistmerruk iżjed tard fil-​ħajja. Meta tingħata bl-​imħabba, id-​dixxiplina se tgħin lil uliedek jitgħallmu jaċċettaw il-​korrezzjoni bl-​umiltà—sengħa li se jkollhom bżonn anki bħala adulti.—Ebrej 12:11.

IL-​BIBBJA TGĦID: “Dak li bniedem jiżraʼ, dak ukoll jaħsad.”—Galatin 6:7.

Il-​ġenituri naturalment iridu jipproteġu lil uliedhom, u sew jagħmlu. Madankollu, għal darb’oħra hemm bżonn il-​bilanċ. Ma tagħmlilhom l-​ebda favur lil uliedek meta “ssalvahom” mill-​konsegwenzi tal-​iżbalji tagħhom jew billi tiddefendihom meta għalliem jew adult ieħor jiġbidlek l-​attenzjoni lejn il-​kondotta ħażina tagħhom. Minflok, qis lil dawn in-​nies bħala ħbiebek. Meta tagħmel dan, tkun qed tgħallem lil ibnek jirrispetta l-​awtorità—inkluż tiegħek.—Kolossin 3:20.

IL-​BIBBJA TGĦID: “Tifel mitluq għal riħu jkun taʼ mistħija għal ommu.”—Proverbji 29:15.

Uri mħabba, kun konsistenti, u kun raġunevoli

Filwaqt li l-​ġenituri qatt m’għandhom ikunu abbużivi, għandhom jevitaw l-​estrem l-​ieħor—dak li jkunu permissivi. “Tfal taʼ ġenituri permissivi ma jagħrfux li l-​adulti fid-​dar huma dawk li jmexxu,” jgħid il-​ktieb The Price of Privilege. Jekk ma turix li għandek l-​awtorità int, ibnek għandu mnejn jassumi li qed jidderieġi hu. Mingħajr ma jrid, se jagħmel għażliet mhux għaqlin li se jikkaġunaw niket lilu —u lilek.—Proverbji 17:25; 29:21.

IL-​BIBBJA TGĦID: “Raġel . . . jingħaqad maʼ martu, u t-​tnejn ikunu ġisem wieħed.”—Mattew 19:5.

Skont il-​Bibbja, raġel u mara għandhom ikunu miżżewġin qabel ma l-​omm tkun ħarġet tqila u għandhom ikunu għadhom flimkien wara li t-​tfal ikunu kibru u telqu. (Mattew 19:5, 6) F’dan is-​sens, int raġel (jew mara) miżżewweġ l-​ewwel—u ġenitur it-​tieni. Però, jekk dawn il-​prijoritajiet jinqalbu, ibnek jistaʼ ‘jaħseb li hu xi ħaġa iktar milli hu xieraq.’ (Rumani 12:3) Ukoll, familja “ffokata fuq it-​tfal” iddgħajjef ir-​relazzjoni taż-​żwieġ.

Għajnuna għall-​ġenituri

Sabiex twettaq il-​mira tiegħek bħala ġenitur, id-​dixxiplina tiegħek għandha żżomm maʼ dawn il-​prinċipji.

Uri mħabba. “Iddejquhomx lil uliedkom, sabiex ma jaqtgħux qalbhom.”—Kolossin 3:21.

Kun konsistenti. “Il-​kelma tagħkom Iva ħa tfisser Iva, u l-​Le, Le.”—Mattew 5:37.

Kun raġunevoli. “Nikkoreġik kemm ikun jistħoqqlok.”—Ġeremija 30:11.a

a Għal iżjed informazzjoni, żur jw.org/mt. Ikklikkja fuq TAGĦLIM TAL-BIBBJA > KOPPJI U ĠENITURI.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja