LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Profezija tal-Bibbja Li Inti Rajtha Mwettqa
    Il-Bibbja—Il-Kelma tʼAlla jew tal-Bniedem?
    • 25 Il-Bibbja, madankollu, tiġbed l-attenzjoni tagħna lejn xorta oħra taʼ bhima selvaġġa li kkaġunat biżaʼ veru fls-snin riċenti. Il-profeta Eżekjel qabbel lil bnedmin vjolenti ma’ annimali selvaġġi meta qal: “Il-prinċpijiet tagħha f’⁠nofsha huma bħal ilpup li qed iqattgħu l-priża f’⁠li jxerrdu d-demm, f’⁠li jeqirdu l-erwieħ biex jagħmlu qliegħ inġust.” (Eżekjel 22:27) Meta hu pprofetizza “żjieda fil-ksur tal-liġi,” Ġesù, fll-fatt, kien qed igħid li “bhejjem selvaġġi” bħal dawn kellhom ikunu attivi fuq l-art matul il-preżenza tiegħu. (Mattew 24:12) Il-kittieb Bibliku Pawlu jżid li matul “l-aħħar jiem” in-nies kellhom ikunu “jħobbu l-flus . . . mingħajr rażna, feroċi, mingħajr imħabba lejn it-tjubija.” (2 Timotew 3:1-3) Kien dan il-każ mill-1914 ’⁠il hawn?

      26-28. Liema rapporti minn madwar id-dinja juru li “bhejjem selvaġġi” kriminali qed iħufu fuq l-art?

      26 Dażgur li kien. Jekk int tgħix fl kważi kwalunkwe belt kbira fuq l-art, int diġà tafu dan. Imma jekk tiddubitah, ikkunsidra biss il-kwotazzjonijiet li ġejjin u li dehru dan l-aħħar fil-gazzetti. Mill-Kolumbja: “Is-sena li għaddiet il-pulizija rrekordjat . . . madwar 10,000 qtil taʼ bnedmin u 25,000 serq bl-armi.” Minn Victoria, l-Awstralja: “Qabża Kbira f’⁠Delitti Kbar.” Mill-Istati Uniti: “Il-Qtil fl New York Riesaq lejn l-Ogħla Rekord.” “Detroit għaddiet lil Gary, Ind., is-sena l-oħra bħala l-akbar belt bl-ogħla rata taʼ qtil fll-ġens−58 kull 100,000 abitant.”

      27 Minn Żimbabwe: “Il-qtil tat-trabi laħaq proporzjonijiet taʼ kriżi.” Mill-Brazil: “Tant hawn delitti hawn, u tant hawn ġarr taʼ armi, li aħbar dwar il-vjolenza sempliċement m’⁠għadhiex tiġġenera ħafna eċċitament.” Minn New Zealand: “Attakki sesswali u delitti vjolenti jkomplu jkunu taʼ tħassib kbir għall-pulizija.” “Il-livell taʼ vjolenza tal-abitanti taʼ New Zealand lejn xulxin jistaʼ biss jiġi deskritt bħala barbaru.” Minn Spanja: “Spanja qed titqabad ma’ problemi taʼ delitti li dejjem jiżdiedu.” Mill-Italja: “Il-Mafia taʼ Sqallija, wara li ħadet daqqa lura, terġaʼ tieħu r-ruħ f’⁠mewġa taʼ qtil.”

  • Profezija tal-Bibbja Li Inti Rajtha Mwettqa
    Il-Bibbja—Il-Kelma tʼAlla jew tal-Bniedem?
    • 29, 30. X’⁠inhi s-sitwazzjoni reliġjuża fil-Kristjaneżmu, bi twettieq tal-profezija taʼ Ġesù?

      29 Ir-reliġjon kif kellha tkampa matul iż-żmien taʼ inkwiet tal-preżenza taʼ Ġesù? Minn banda waħda, Ġesù pprofetizza li kellu jkun hemm żjieda f’⁠dik li hi attività reliġjuża: “Ħafna profeti foloz se jqumu u jiżżvijaw lil ħafna.” (Mattew 24:11) Mill-banda l-oħra, hu bassar li fll-Kristjaneżmu bħala ħaġa sħiħa, l-interess f’⁠Alla kellu jkun baxx ħafna. “L-imħabba tal-biċċa l-kbira se tibred.” −Mattew 24:⁠12.

      30 Dan verament jiddeskrivi dak li qed jiġri llum fil-Kristjaneżmu. Minn banda waħda, il-knejjes prinċipali kullimkien qed ifallu minħabba nuqqas taʼ appoġġ. F’⁠dawk li darba kienu pajjiżi Protestanti b’⁠saħħithom tal-Ewropa taʼ Fuq u l-Ingilterra, ir-reliġjon hija kważi mejta għalkollox. Fl-istess waqt, il-Knisja Kattolika qed tbati minn nuqqas taʼ qassisin u minn appoġġ li dejjem jonqos. Mill-banda l-oħra, kien hemm żjidiet f’⁠elementi taʼ reliġjonijiet żgħar. Kulti bbażati fuq reliġjonijiet tal-Lvant qed jinbtu ’⁠l hawn u ’⁠l hinn, waqt li evanġelizzaturi rgħiba tat-televiżjoni qed jaqilgħu b’⁠qerq miljuni taʼ dollari.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja