LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lr kap. 47 pp. 244-249
  • Kif Nistgħu Nindunaw li Armageddon Hi fil-Qrib

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Nistgħu Nindunaw li Armageddon Hi fil-Qrib
  • Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • Materjal Simili
  • Ġesù Jgħid Profezija li Teffettwa lid-Dinja Kollha
    Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
  • “It-Tmiem Tad-Dinja” Huwa Qrib Ferm!
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • Is-Saltna t’Alla Meta Se Tmexxi għal fuq l-Art?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2020
  • Qiegħed Tagħrfu s-Sinjal tal-Preżenza taʼ Ġesù?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ara Iżjed
Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
lr kap. 47 pp. 244-249

KAPITLU 47

Kif Nistgħu Nindunaw li Armageddon Hi fil-Qrib

INT taf x’inhu sinjal, hux veru?— F’Kapitlu 46 qrajna dwar is-​sinjal li ta Alla biex juri li qatt iktar ma kien se jerġaʼ jeqred id-​dinja permezz taʼ dilluvju. Ukoll, l-​appostli riedu sinjal sabiex jindunaw meta Ġesù jkun reġaʼ ġie u meta kellu joqrob l-​aħħar tad-​dinja, jew taʼ din is-​sistema.​—Mattew 24:3.

Peress li Ġesù kien se jkun inviżibbli fis-​sema, kien hemm bżonn taʼ sinjal li n-​nies setgħu jaraw u jindunaw li hu kien beda jmexxi. Għalhekk, Ġesù tkellem dwar affarijiet li d-​dixxipli tiegħu kellhom joqogħdu għassa għalihom hawn fuq l-​art. Meta kienu se jiġru dawn l-​affarijiet, kien se jfisser li hu reġaʼ ġie u beda jaħkem fis-​sema bħala Sultan.

Biex jgħallem lid-​dixxipli tiegħu kemm hu importanti li joqogħdu għassa, Ġesù qalilhom: “Innotaw is-​siġra tat-​tin u s-​siġar l-​oħrajn kollha: Meta jkunu diġà qed jarmu, jekk tosservawhom tindunaw li issa jkun qorob is-​sajf.” Int tinduna meta jkun qorob is-​sajf. U tistaʼ tinduna li Armageddon hi fil-​qrib meta tara l-​affarijiet li Ġesù tkellem dwarhom iseħħu.​—Luqa 21:​29, 30.

Ġesù jżomm fergħa taʼ siġra tat-tin li kienet qed tarmi

Liema lezzjoni kien qed jgħallem Ġesù meta tkellem dwar is-​siġra tat-​tin?

Fuq din il-​paġna u li jmiss, se nagħtu ħarsa lejn stampi t’affarijiet li Ġesù qal li kellhom ikunu parti mis-​sinjal li juri li s-​Saltna t’Alla hi fil-​qrib. Meta jseħħu dawn l-​affarijiet kollha, is-​Saltna t’Alla bi Kristu bħala Ħakkiem se tfarrak lill-​gvernijiet l-​oħra kollha, bħalma qrajna f’Kapitlu 46.

Mela ħares sewwa lejn l-​istampi fiż-​żewġ paġni taʼ qabel din, u se nitkellmu fuqhom. F’Mattew 24:​6-14 u Luqa 21:​9-11, tistaʼ taqra dwar dak li qed tara f’dawn l-​istampi. Jekk indunajt, hemm ukoll numru żgħir f’kull stampa. Dan l-​istess numru jinsab fil-​bidu tal-​paragrafu li jiddeskrivi dik l-​istampa. Issa ejja naraw jekk il-​ħafna partijiet tas-​sinjal li ta Ġesù humiex jitwettqu llum.

Tifel jiġġieled fi gwerra, tifel mejjet bil-ġuħ, u tifla marida fis-sodda

(1) Ġesù qal: “Se tisimgħu bi gwerer u aħbarijiet taʼ gwerer; . . . ġens iqum kontra ġens u saltna kontra saltna.” Smajt aħbarijiet dwar gwerer?— L-​ewwel gwerra mad-​dinja kollha ġrat mill-​1914 sa l-​1918, u mbagħad kien hemm it-​tieni gwerra dinjija, mill-​1939 sa l-​1945. Qabel dawn qatt ma kien hemm gwerer dinjin! Issa hawn gwerer madwar id-​dinja kollha. Donnu jidher li fuq it-​televixin, fuq ir-​radju, u fil-​gazzetta, kuljum nisimgħu jew naqraw dwar il-​gwerer.

(2) Ġesù qal ukoll: “Ikun hemm nuqqas taʼ ikel . . . f’post wara l-​ieħor.” Bħalma forsi taf, mhux kulħadd għandu biżżejjed x’jiekol. Kuljum eluf taʼ nies imutu għax m’għandhomx biżżejjed ikel.

(3) Ġesù kompla jgħid: “F’post wara l-​ieħor ikun hemm mard li jittieħed.” Taf x’jagħmel dan it-​tip taʼ mard?— Dan il-​mard joqtol ħafna nies. Marda kbira bħal din li semmewha l-​influwenza Spanjola qatlet madwar 20 miljun ruħ kważi f’sena waħda. Fi żmienna, x’aktarx li se jmutu iktar nies bl-​AIDS milli mietu b’dik il-​marda. U hemm il-​kanċer, il-​mard tal-​qalb, u mard ieħor li joqtol ħafna eluf taʼ nies kull sena.

(4) Ġesù ta parti oħra mis-​sinjal, billi qal: “Ikun hemm . . . terremoti f’post wara l-​ieħor.” Taf x’inhu terremot?—Meta jagħmel terremot tħoss l-​art taħtek tiċċaqlaq. Jaqgħu d-​djar u ħafna drabi jmutu n-​nies. Mill-​1914 ’l hawn, ġraw ħafna terremoti kull sena. Ġieli smajt bit-​terremoti?—

Nies jaħarbu minn terremot

(5) Ġesù qal li parti oħra mis-​sinjal kienet li kellu “jiżdied il-​ħażen.” Għalhekk hawn ħafna serq u vjolenza. Kullimkien, in-​nies jibżgħu li xi ħadd jipprova jidħol fid-​dar tagħhom u jisraqhom. Qatt qabel ma kien hawn daqshekk kriminalità u vjolenza fil-​partijiet kollha tad-​dinja daqskemm hawn illum.

(6) Ġesù ta parti importanti ħafna mis-​sinjal meta qal: “Din l-​aħbar tajba tas-​saltna tiġi pridkata fl-​art abitata kollha bħala xiehda lill-​ġnus kollha; u mbagħad jiġi t-​tmiem.” (Mattew 24:14) Jekk temmen “din l-​aħbar tajba,” allura għandek titkellem dwarha m’oħrajn. B’dan il-​mod tkun tistaʼ tieħu sehem f’din il-​parti tas-​sinjal.

Tifel vittma tal-vjolenza, imma iktar tard jipprietka dwar l-aħbar tajba tas-Saltna

Xi nies jistgħu jgħidu li l-​affarijiet li bassar Ġesù ilhom minn dejjem. Imma affarijiet bħal dawn qatt qabel ma ġraw kollha f’tant partijiet tad-​dinja u fl-​istess żmien. Mela qed tifhem xi jfisser is-​sinjal?— Dan ifisser li meta naraw dawn l-​affarijiet kollha jseħħu, din id-​dinja ħażina dalwaqt se tinqered u minflokha jkollna d-​dinja ġdida t’Alla.

Meta Ġesù ta dan is-​sinjal, hu tkellem ukoll dwar staġun speċjali tas-​sena. Hu qal: “Ibqgħu itolbu biex il-​ħarba tagħkom ma tkunx fix-​xitwa.” (Mattew 24:​20) X’taħseb li ried ifisser b’dan?—

Jekk xi ħadd ikun irid jaħrab minn xi diżastru matul l-​istaġun tax-​xitwa, meta jkun diffiċli ħafna jew saħansitra perikoluż li tivvjaġġa minħabba t-​temp, x’jistaʼ jiġri?— Jekk jirnexxilu jaħrab, irid ikun verament għamel sforz kbir. Ma tkunx ħasra jekk xi ħadd imut f’maltempata xitwija sempliċement għax kien imħabbat wisq b’affarijiet oħra biex jibda l-​vjaġġ tiegħu iktar kmieni?—

In-nies jaħarbu minn Ġerusalemm waqt li t-temp jippermetti

Meta Ġesù tkellem dwar li wieħed jipprova jaħrab matul ix-​xitwa, x’lezzjoni kien qed jgħallem?

Qed tifhem x’inhu l-​punt meta Ġesù qal biex dak li jkun ma jistenniex sax-​xitwa biex jaħrab?— Kien qed jgħidilna li ladarba aħna nafu li Armageddon hi fil-​qrib, ma rridux indumu naħsbuha biex nuru li nħobbu lil Alla billi naqduh. Jekk indumu naħsbuha, jistaʼ jkun tard wisq għalina. B’hekk, inkunu qisna dawk in-​nies fi żmien id-​Dilluvju l-​kbir li semgħu lil Noè jwissihom imma ma daħlux fl-​arka.

Issa, ejja nitkellmu dwar kif se tkun il-​ħajja meta l-​gwerra kbira t’Armageddon tkun għaddiet. Se nitgħallmu x’għandu lest Alla għal dawk kollha minna li jħobbuh u jaqduh bħalissa.

Dawn li ġejjin huma skritturi oħra li juru li Armageddon hi fil-​qrib: it-​2 Timotju 3:​1-5 u t-​2 Pietru 3:​3, 4.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja