-
Tfigħ taʼ Dawl Fuq il-Preżenza taʼ KristuIt-Torri tal-Għassa—1993 | Awwissu 1
-
-
8, 9. (a) Il-preżenza rjali taʼ Ġesù x’tinvolvi? (b) Il-profezija taʼ Ġesù rigward Kristijiet foloz x’tindika dwar il-post u l-manjiera tal-preżenza tiegħu?
8 Ladarba l-istat taʼ sultan taʼ Ġesù jħaddan lill-art kollha, il-qima vera qiegħda tespandi mal-kontinenti kollha. Il-preżenza (pa·rou·siʹa) rjali tiegħu hija żmien taʼ spezzjoni globali. (1 Pietru 2:12) Imma se jkun hemm belt kapitali, jew ċentru, fejn Ġesù jistaʼ jiġi kkonsultat? Ġesù wieġeb dan billi bassar li fl-istennija tal-preżenza tiegħu, kellhom iqumu Kristijiet foloz. Hu wissa: “Jekk in-nies igħidulkom, ‘Ħares! [Kristu] qiegħed fix-xagħri,’ toħorġux; ‘Ħares! Qiegħed fil-kmamar taʼ ġewwa,’ temmnuhiex. Għax sewwa sew bħalma s-sajjetta toħroġ mill-partijiet tal-Lvant u tiddi fuq il-partijiet tal-Punent, hekk se tkun il-preżenza [pa·rou·siʹa] taʼ Bin il-bniedem.”—Mattew 24:24, 26, 27.
-
-
Tfigħ taʼ Dawl Fuq il-Preżenza taʼ KristuIt-Torri tal-Għassa—1993 | Awwissu 1
-
-
10. Sajjetti taʼ verità Biblika kif leħħew b’mod globali?
10 Għall-kuntrarju, ma kellu jkun hemm xejn x’wieħed jaħbi dwar li Ġesù ġie bħala Sultan, biex jagħti bidu għall-preżenza rjali tiegħu. Bħalma bassar Ġesù, fuq skala globali, sajjetti taʼ verità tal-Bibbja jkomplu jleħħu maʼ nħawi kbar ħafna mill-partijiet tal-Lvant sal-partijiet tal-Punent. Verament, bħala dawk li jġorru d-dawl illum, ix-Xhieda taʼ Jehovah jagħtu prova li huma “dawl tal-ġnus, biex is-salvazzjoni [taʼ Jehovah] tistaʼ tiġi li tkun sal-estremità tal-art.”—Isaija 49:6.
-