LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • jy kap. 132 p. 300-p. 301 para. 3
  • “Żgur li dan ir-raġel kien Bin Alla”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Żgur li dan ir-raġel kien Bin Alla”
  • Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Materjal Simili
  • “Ċertament li Dan Kien Bin Alla”
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • L-Aħħar Jum tal-Ħajja taʼ Ġesù Bħala Bniedem
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Ġarrbet xabla taʼ niket kbir
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • X’Nitgħallmu mill-​Kliem li Qal Ġesù Qabel Miet?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
Ara Iżjed
Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
jy kap. 132 p. 300-p. 301 para. 3
Wara li Ġesù jmut fuq iz-zokk maġenb żewġ kriminali, fizzjal tal-armata jgħid: “Żgur li dan ir-raġel kien Bin Alla”

KAPITLU 132

“Żgur li dan ir-​raġel kien bin Alla”

MATTEW 27:45-​56 MARKU 15:33-​41 LUQA 23:44-​49 ĠWANNI 19:25-​30

  • ĠESÙ JMUT FUQ IZ-​ZOKK

  • ISEĦĦU AFFARIJIET MHUX TAS-​SOLTU META JMUT ĠESÙ

Issa saret “is-​sitt siegħa,” jew nofsinhar. Dalma mhux tas-​soltu taqaʼ “fuq l-​art kollha sad-​disaʼ siegħa,” jiġifieri t-​tlieta taʼ wara nofsinhar. (Marku 15:33) Din id-​dalma tal-​biżaʼ mhix ġejja minn xi eklissi tax-​xemx. Eklissi jseħħ meta jkun hemm qamar ġdid, imma dan hu żmien il-​Qbiż, meta l-​qamar ikun kwinta. U din id-​dalma ddum ħafna iktar mill-​ftit minuti li jdum eklissi. Allura huwa Alla li kkaġuna din id-​dalma!

Immaġina l-​effett li dan żgur ikollu fuq dawk li qed iwaqqgħu lil Ġesù għaċ-​ċajt. Matul dan il-​ħin taʼ dlam, erbaʼ nisa jersqu lejn iz-​zokk tat-​tortura. Dawn huma omm Ġesù, Salomè, Marija l-​Maddalena, u Marija omm l-​appostlu Ġakbu ż-​Żgħir.

L-​appostlu Ġwanni qiegħed m’omm Ġesù li hi mnikkta “ħdejn iz-​zokk tat-​tortura.” Marija tara lil binha li wildet u rabbiet imdendel quddiemha f’agunija. Hi tħossha bħallikieku niffduha b’“xabla twila.” (Ġwanni 19:25; Luqa 2:35) Madankollu, minkejja l-​uġigħ kbir li Ġesù qed iħoss, irid jagħmel ċert li jkun hemm min jieħu ħsiebha. Hu bi sforz jagħmel sinjal lejn Ġwanni b’rasu u jgħid lil ommu: “Mara, ara! Ibnek!” Imbagħad jagħmel sinjal lejn Marija u lil Ġwanni jgħidlu: “Ara! Ommok!”—Ġwanni 19:26, 27.

Ġesù qed jafda lill-​appostlu li jħobb b’mod speċjali biex jieħu ħsieb lil ommu, li milli jidher issa romlot. Ġesù jaf tajjeb li ħutu mill-​omm għadhom ma poġġewx fidi fih. Allura qed jagħmel ċert li ma jkun jonqosha xejn, la fiżikament u lanqas spiritwalment. X’eżempju mill-​aqwa!

Madwar il-​ħin li jispiċċa d-​dlam, Ġesù jgħid: “Għandi l-​għatx.” B’dan il-​kliem qed iwettaq l-​iskritturi. (Ġwanni 19:28; Salm 22:15) Ġesù jħoss li Missieru neħħa l-​protezzjoni tiegħu, biex ngħidu hekk, ħalli l-​integrità taʼ Ibnu tiġi mġarrba bis-​sħiħ. Kristu jgħajjat forsi bl-​Aramajk taʼ djalett Galilew: “Eli, Eli, lama sabaqtani?” li tfisser, “Alla tiegħi, Alla tiegħi, għala abbandunajtni?” Xi wħud li qegħdin bilwieqfa fil-​viċin ma jifhmuhx sew u jgħidu: “Ara! Qed isejjaħ lil Elija.” Wieħed minnhom imur jiġri, ixarrab sponża bl-​inbid qares, ipoġġiha fuq qasba, u jagħtiha lil Ġesù biex jixrob. Imma oħrajn jgħidu: “Ħalluh! Ħa naraw jekk Elija jiġix iniżżlu.”—Marku 15:34-​36.

Ġesù mbagħad jgħajjat: “Twettaq!” (Ġwanni 19:30) Iva, hu wettaq dak kollu li Missieru bagħtu fuq l-​art biex jagħmel. Fl-​aħħar, Ġesù jgħid: “Missier, f’idejk nafda l-​ispirtu tiegħi.” (Luqa 23:46) B’hekk, Ġesù jafda l-​ispirtu tiegħu f’idejn Ġeħova, konvint li Alla se jerġaʼ jagħtih il-​ħajja. B’fiduċja sħiħa f’Alla, Kristu jbaxxi rasu u jmut.

F’dak il-​mument, iseħħ terremot kbir, li jaqsam il-​blat. Tant hu qawwi li xi oqbra barra Ġerusalemm jinfetħu u jintefgħu ’l barra xi iġsma mejtin. Uħud li huma għaddejjin minn hemm u li jaraw l-​iġsma mejtin, jidħlu “fil-​belt qaddisa” u jgħidu x’għadhom kif raw.—Mattew 12:11; 27:51-​53.

Xħin imut Ġesù, il-​purtiera twila u tqila li tifred il-​Qaddis mill-​Iktar Qaddis fit-​tempju t’Alla tiċċarrat fi tnejn, minn fuq s’isfel. Din il-​ġrajja tal-​għaġeb hi turija tar-​rabja t’Alla għal dawk li qatlu lil Ibnu u turi li t-​triq għall-​Iktar Qaddis, is-​sema stess, issa hi miftuħa.—Ebrej 9:2, 3; 10:19, 20.

Mhux taʼ b’xejn li n-​nies jibdew jibżgħu ħafna. Il-​fizzjal tal-​armata li kien inkarigat mill-​esekuzzjoni jgħid: “Żgur li dan ir-​raġel kien Bin Alla.” (Marku 15:39) Hu forsi kien hemm waqt il-​ġuri taʼ Ġesù quddiem Pilatu meta ġie diskus jekk kienx l-​Iben t’Alla jew le. Issa hu konvint li Ġesù hu raġel sewwa u li hu fil-​fatt l-​Iben t’Alla.

Oħrajn, imqanqlin minn dawn il-​ġrajjiet mhux tas-​soltu, jerħulha lejn djarhom u qed “iħabbtu fuq sidirhom” bħala turija tan-​niket u d-​dispjaċir kbir tagħhom. (Luqa 23:48) Fost dawk li qed jaraw kollox mill-​bogħod hemm ħafna dixxipli nisa li kultant kienu jivvjaġġaw maʼ Ġesù. Anki huma jħossuhom imqanqlin ferm minn dawn il-​ġrajjiet sinifikanti.

“SAMMRU MAʼ ZOKK”

L-​għedewwa taʼ Ġesù għajtu: “Sammru maʼ zokk!” (Ġwanni 19:15) Il-​kelma bażika bil-​Grieg għal “zokk” li tintuża fir-​rakkonti tal-​Evanġelju hi stawros. Il-​ktieb History of the Cross jgħid: “Stawros tfisser ‘arblu wieqaf,’ zokk b’saħħtu, bħal dak li l-​bdiewa jużaw biex jagħmlu ħajt taʼ zkuk ippontati—xejn iktar u xejn inqas.”

  • Għala ma jistax ikun li kien eklissi tax-​xemx li kkaġuna t-​tliet sigħat taʼ dlam?

  • Ġesù liema eżempju mill-​aqwa jipprovdi dwar kif wieħed għandu jieħu ħsieb ġenituri mdaħħlin fiż-​żmien?

  • X’jiġri minħabba terremot, u xi jfisser il-​fatt li l-​purtiera tat-​tempju tiċċarrat fi tnejn?

  • Il-​mewt taʼ Ġesù u l-​ġrajjiet li jseħħu kif jeffettwaw lil dawk preżenti?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja