LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mwb18 Jannar p. 8
  • Mur l-ewwel agħmel paċi maʼ ħuk—Kif?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mur l-ewwel agħmel paċi maʼ ħuk—Kif?
  • Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2018
  • Materjal Simili
  • Irranġa kull nuqqas taʼ qbil bi mħabba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Kif Tirranġahom Int Id-Differenzi?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Tfixklux lil “Dawn iċ-Ċkejknin”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • “Ħa Niġru Wara l-Affarijiet li Jġibu l-Paċi”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
Ara Iżjed
Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2018
mwb18 Jannar p. 8

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Mur l-ewwel agħmel paċi maʼ ħuk—Kif?

Raġel iħalli s-sagrifiċċju tiegħu ħdejn l-artal u jmur jagħmel paċi maʼ ħuh

Immaġina li qed tgħix fil-​Galilija fi żmien Ġesù. Int mort Ġerusalemm biex tiċċelebra l-​Festa tal-​Għerejjex. Il-​belt hi mimlija b’nies li jridu jaqdu lil Alla u li ġew mill-​bogħod ħafna. Trid toffri sagrifiċċju lil Ġeħova. Allura, b’mogħża miegħek tibda l-​vjaġġ biex tmur fit-​tempju. Biex tasal, ikollok tgħaddi mill-​isqaqien tal-​belt li huma mimlijin bin-​nies. Meta tasal, it-​tempju jkun ippakkjat b’nies oħra li wkoll jixtiequ joffru sagrifiċċju. Fl-​aħħar, ikun imiss lilek biex tagħti l-​mogħża lill-​qassisin. F’dak il-​mument, tiftakar li ħuk, li min jaf fejn qiegħed fil-​folla jew fil-​belt, għandu xi ħaġa kontrik. Ġesù jispjega x’għandek tagħmel. (Aqra Mattew 5:24.) Int u l-​ħu li qed iħossu offiż, kif għandkom tfittxu l-​paċi skont kif qal Ġesù? Fiż-​żewġ listi t’hawn taħt, agħmel marka ħdejn it-​tweġiba t-​tajba.

INT GĦANDEK . . .

  • titkellem maʼ ħuk biss jekk taħseb li għandu għal xiex iħossu offiż

  • tipprova tikkoreġi l-​ħsieb taʼ ħuk jekk taħseb li qed ikun sensittiv iżżejjed jew li għandu biċċa mit-​tort

  • tismaʼ bil-​paċenzja kollha hekk kif ħuk jesprimi lilu nnifsu, u anki jekk ma tifhimx għalkollox dak li qed jgħid, skuża ruħek b’mod sinċier għall-​fatt li qed iħossu mweġġaʼ jew għall-​konsegwenzi tal-​azzjonijiet tiegħek li ma kinux intenzjonati

ĦUK GĦANDU . . .

  • ifittex l-​appoġġ t’oħrajn fil-​kongregazzjoni billi jgħidilhom kif int inqastu

  • iċanfrek, jeżamina kull dettall tal-​akkuża, u jitolbok biex tammetti l-​ħtija

  • jirrikonoxxi l-​umiltà u l-​kuraġġ li kellek bżonn biex tavviċinah u għandu jaħfirlek mill-​qalb

Għalkemm fil-​qima tagħna m’għadniex nissagrifikaw l-​annimali, Ġesù x’kien qed jgħallem dwar ir-​rabta li hemm bejn li jkollok il-​paċi maʼ ħuk u l-​qima li jaċċetta Alla?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja