LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • It-Tjieba Mhux bi Tradizzjonijiet Orali
    It-Torri tal-Għassa—1991 | Jannar 1
    • 12. (a) Liema bidla mill-​mod tas-​soltu tiegħu li jintroduċi referenzi għall-​Iskrittura Ebrajka għamel Ġesù fil-​Priedka tiegħu fuq il-​Muntanja, u għala? (b) X’nitgħallmu mis-​sitt użu tal-​espressjoni “Intqal”?

      12 Meta Ġesù iktar kwieni kkwota mill-​Iskrittura Ebrajka, hu qal: “Hu miktub.” (Mattew 4:4, 7, 10) Imma sitt darbiet fil-​Priedka taʼ fuq il-​Muntanja, hu introduċa dawk li nstemgħu bħal qishom stqarrijiet mill-​Iskrittura Ebrajka bil-​kelmiet: “Intqal.” (Mattew 5:21, 27, 31, 33, 38, 43) Għala? Għaliex hu kien qed jirreferi għall-​Iskrittura kif interpretata fid-​dawl tat-​tradizzjonijiet tal-​Fariżej li kienu jikkontradixxu l-​kmandamenti t’Alla. (Dewteronomju 4:2; Mattew 15:3) Dan jintgħamel ovvju fis-​sitt referenza li hi l-​aħħar waħda li għamel Ġesù f’din is-​serje: “Smajtu intom li ntqal, ‘Int trid tħobb lil għajrek u tobgħod lill-​għadu tiegħek.”ˈ Imma l-​ebda liġi taʼ Mosè ma qalet: “Obgħod lill-​għadu tiegħek.” L-​iskribi u l-​Fariżej qaluh dan. Dik kienet l-​interpretazzjoni tagħhom tal-​Liġi biex tħobb lil għajrek—il-​ġar Lhudi tiegħek, ħadd iżjed.

  • It-Tjieba Mhux bi Tradizzjonijiet Orali
    It-Torri tal-Għassa—1991 | Jannar 1
    • 17. Liema mod aħjar min ‘għajn għal għajn u sinna għal sinna’ għallem Ġesù?

      17 Ġesù mbagħad qal: “Smajtu intom li ntqal, ‘Għajn għal għajn u sinna għal sinna.’ Madankollu, jien ingħidilkom: Tirreżistuhx lil dak li hu mill-​agħar; imma kulmin jagħtik bil-​ħarta fuq ħaddejk il-​leminija, dawwarlu l-​oħra wkoll.” (Mattew 5:38-42) Ġesù hawn mhux qed jirreferi għal daqqa bil-​ħsieb li tferik imma għal daqqa taʼ ħarta b’insult. Tbaxxix lilek innifsek billi tpartat l-​insulti. Irrifjuta li tpatti l-​ħażen b’ħażen. Minflok, patti b’ġid u b’hekk “ibqaʼ kkonkwista lill-​ħażin bit-​tajjeb.”−Rumani 12:17-21.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja