LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Ibqaʼ Fittex is-Saltna u t-Tjieba t’Alla
    It-Torri tal-Għassa—1991 | Jannar 1
    • 1, 2. L-​iskribi u l-​Fariżej fiex biddluhom atti li kienu tajbin fihom infushom, u xi twissija ta Ġesù lis-​segwaċi tiegħu?

      L-​ISKRIBI u l-​Fariżej fittxew it-​tjieba bil-​mod tagħhom stess, li ma kienx il-​mod t’Alla. Mhux hekk biss, imma meta kienu jwettqu atti li kienu tajbin fihom infushom huma biddluhom f’wirjiet ipokriti biex jidhru mill-​bnedmin. Huma kienu qed jaqdu, mhux lil Alla, imma lill-​vanità tagħhom stess. Ġesù wissa lid-​dixxipli tiegħu kontra reċitar bħal dan: “Oqogħdu attenti sewwa li ma tipprattikawx it-​tjieba tagħkom quddiem in-​nies sabiex tkunu osservati minnhom; inkella ma jkollkom l-​ebda rigal maʼ Missierkom li qiegħed fis-​smewwiet.”—Mattew 6:1.

  • Ibqaʼ Fittex is-Saltna u t-Tjieba t’Alla
    It-Torri tal-Għassa—1991 | Jannar 1
    • 3. (a) L-​iskribi u l-​Fariżej b’liema mod tħallsu bis-​sħiħ għall-​għoti tagħhom? (b) Il-​pożizzjoni taʼ Ġesù rigward il-​għoti kif kienet differenti?

      3 Il-​kelma Griega għal ‘qegħdin jieħdu kollu kemm hu’ (a·pe’kho) kienet termini li taʼ spiss kienet tidher fi rċevuti tan-​negozju. L-​użu tagħha fil-​Priedka tal-​Muntanja jindika li “huma ħadu r-​rigal tagħhom,” jiġifieri, “huma ffirmaw l-​irċevuta għar-​rigal tagħhom: id-​dritt tagħhom biex jieħdu r-​rigal ġie mwettaq, preċiżament bħal li kieku kienu diġà taw irċevuta għalih.” (An Expository Dictionary of New Testament Words, minn W. E. Vine) Għotjiet għall-​foqra kienu jiġu mwegħdin pubblikament fit-​toroq. Fis-​sinagogi l-​ismijiet tad-​donaturi kienu jiġu annunzjati. Dawk li taw ammonti kbar kienu onorati b’mod speċjali billi jkollhom siġġijiet viċin tar-​rabbini matul il-​qima. Huma taw biex jidhru mill-​bnedmin; kienu jarawhom u jiġu gglorifikati mill-​bnedmin; għaldaqstant, huma setgħu jittimbraw l-​irċevuta għall-​ħlas li ġie mill-​għoti tagħhom “Imħallas Kollu Kemm Hu.” Kemm kienet differenti l-​pożizzjoni taʼ Ġesù! Agħti “fis-​sigriet; imbagħad Missierek li qed iħares fis-​sigriet se jħallsek lura.”—Mattew 6:3, 4; Proverbji 19:17.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja