-
Ġesù juri x’inhu “l-għerf mingħand Alla”Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
-
-
6-8. (a) Ġesù liema raġunijiet konvinċenti tana biex nevitaw l-ansjetà? (b) X’juri li l-pariri taʼ Ġesù jirriflettu l-għerf minn fuq?
6 Per eżempju, ikkunsidra l-parir għaqli taʼ Ġesù fuq kif inkampaw ma’ l-ansjetà dwar l-affarijiet materjali, kif imniżżel f’Mattew kapitlu 6. “Tibqgħux tkunu ansjużi dwar ħajjitkom rigward x’se tieklu jew x’se tixorbu, jew dwar ġisimkom rigward x’se tilbsu,” wissa Ġesù. (Vers 25, NW) L-ikel u l-ilbies huma bżonnijiet bażiċi, u huwa naturali li naħsbu kif se niksbuhom. Imma Ġesù jgħidilna biex ‘ma nibqgħux inkunu ansjużi’ dwar affarijiet bħal dawn.b Għala?
7 Ismaʼ waqt li Ġesù juża raġunar konvinċenti. Ladarba Jehovah tana l-ħajja u l-ġisem, ma jistax hu jipprovdilna l-ikel biex isostni dik il-ħajja u ħwejjeġ biex ilibbsu dak il-ġisem? (Vers 25) Jekk Alla jipprovdi l-ikel lill-għasafar u jlibbes il-fjuri bis-sbuħija, kemm iktar se jieħu ħsieb il-qaddejja umani tiegħu! (Versi 26, 28-30) Ir-realtà hi li ansjetà żejda xorta hi għalxejn. Lanqas tikka li hi tikka ma tistaʼ ttawlilna ħajjitna.c (Vers 27) Kif nistgħu nevitaw l-ansjetà? Ġesù jagħtina l-parir: Komplu agħtu l-prijorità lill-qima t’Alla f’ħajjitkom. Dawk li jagħmlu hekk jistgħu jkunu ċerti li l-bżonnijiet tagħhom taʼ kuljum ‘se jingħatawlhom’ minn Missierhom tas-sema. (Vers 33) Fl-aħħarnett, Ġesù jagħti suġġeriment prattiku ferm—għix ġurnata b’ġurnata. Għala żżid l-ansjetajiet t’għada ma’ dawk taʼ llum? (Vers 34) Barra minn hekk, għala tinkwieta bla bżonn dwar affarijiet li forsi qatt ma se jiġru? Jekk napplikaw pariri għaqlin bħal dawn nistgħu nevitaw ħafna wġigħ taʼ qalb f’din id-dinja stressanti.
-
-
Ġesù juri x’inhu “l-għerf mingħand Alla”Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
-
-
b Il-verb Grieg tradott ‘tkun ansjuż’ ifisser ‘li taljena moħħok.’ Kif jintuża f’Mattew 6:25, dan jirreferi għall-biżaʼ mimli ansjetà li jaljena jew ixerred il-moħħ fuq affarijiet oħra, u jisraq il-ferħ mill-ħajja.
-