LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • “Ħassu Mqanqal u Tħassarhom”
    “Ejja Kun Segwaċi Tiegħi”
    • 15, 16. Iddeskrivi żewġ ġrajjiet li juru kif Ġesù kien iqis lin-​nies li kien jippridkalhom.

      15 Fis-​sena 31 E.K., wara madwar sentejn li kien ilu jirsisti fil-​ministeru, Ġesù żied l-​isforzi tiegħu billi beda “jdur il-​bliet u l-​irħula kollha” tal-​Galilija. Dak li ra b’għajnejh messlu qalbu. L-​appostlu Mattew qal: “Malli ra l-​folol tħassarhom, għax kienu maltrattati u mferrxin bħal nagħaġ mingħajr ragħaj.” (Mattew 9:35, 36) Ġesù ħass għan-​nies komuni. Hu kien tassew konxju tal-​kundizzjoni spiritwali miżerabbli tagħhom. Hu kien jaf li huma kienu trattati ħażin u injorati għalkollox proprju minn dawk l-​uħud li suppost kienu qed jirgħuhom—il-​mexxejja reliġjużi. Imqanqal minn mogħdrija profonda, Ġesù stinka biex iwassal messaġġ taʼ tama lin-​nies. Ma kien hemm xejn li kellhom bżonn iktar mill-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla.

  • “Ħassu Mqanqal u Tħassarhom”
    “Ejja Kun Segwaċi Tiegħi”
    • 18 Għandna bżonn inqisu lin-​nies kif kien iqishom Ġesù—“maltrattati u mferrxin bħal nagħaġ mingħajr ragħaj.” Immaġina ssib ħaruf li ntilef u jinsab bla tama. Mingħajr ragħaj li jiggwidah lejn mergħat kollhom ħdura u ilma, l-​imsejken ħaruf qed imut bil-​ġuħ u bil-​għatx. Ma tħossx qalbek tingħafas għal dan il-​ħaruf? Ma tagħmilx l-​almu tiegħek biex tagħtih xi ħaġa x’jiekol u x’jixrob? Dan il-​ħaruf hu bħal ħafna nies li għadhom ma jafux l-​aħbar tajba. Injorati mir-​rgħajja reliġjużi foloz, dawn qed imutu bil-​ġuħ u bil-​għatx spiritwalment u mingħajr m’għandhom tama vera għall-​futur. Aħna għandna dak kollu li huma għandhom bżonn: l-​ikel spiritwali nutrittiv u l-​ilma frisk tal-​verità misjubin fil-​Kelma t’Alla. (Isaija 55:1, 2) Meta nirriflettu fuq il-​bżonnijiet spiritwali taʼ dawk taʼ madwarna, qalbna tingħafas għalihom. Jekk, bħal Ġesù, verament inħossu għan-​nies, se nagħmlu l-​almu tagħna biex ngħidulhom dwar it-​tama tas-​Saltna.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja