LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Ġeħova Għadd ‘Saħansitra x-Xagħar taʼ Rasek’
    It-Torri tal-Għassa—2005 | Awwissu 1
    • 6 Biex jgħin lill-​appostli jifhmu għala ma kellhomx għalfejn jibżgħu, Ġesù kompla jkellimhom billi tahom żewġ tixbihat. Hu qalilhom: “Ma jinbigħux żewġ għasafar tal-​bejt għal munita taʼ valur żgħir? Iżda lanqas wieħed minnhom ma jaqaʼ fl-​art mingħajr ma jkun jaf Missierkom. Għax saħansitra x-​xagħar taʼ raskom kollu hu magħdud. Għalhekk tibżgħux: intom tiswew iktar minn ħafna għasafar tal-​bejt.” (Mattew 10:​29-31) Innota li Ġesù għamel konnessjoni bejn li ma nibżgħux meta niffaċċjaw id-​diffikultajiet u li nkunu fiduċjużi li Ġeħova jimpurtah minna personalment. Jidher ċar li Pawlu kellu dan it-​tip taʼ fiduċja. Hu kiteb: “Jekk Alla hu favur tagħna, min se jkun kontra tagħna? Hu li lanqas lil Ibnu stess ma ħelisha imma tah għalina lkoll, għala ma jagħtiniex miegħu wkoll b’qalb tajba l-​affarijiet l-​oħra kollha?” (Rumani 8:​31, 32) Ikunu xi jkunu l-​ostakli li tiffaċċja, int ukoll tistaʼ tkun ċert li Ġeħova jimpurtah minnek personalment sakemm tibqaʼ leali lejh. Dan se jidher iktar u iktar ċar hekk kif neżaminaw iktar mill-​qrib it-​twissija taʼ Ġesù lill-​appostli tiegħu.

  • Ġeħova Għadd ‘Saħansitra x-Xagħar taʼ Rasek’
    It-Torri tal-Għassa—2005 | Awwissu 1
    • 10. Xi tfisser l-​istqarrija: “Saħansitra x-​xagħar taʼ raskom kollu hu magħdud”?

      10 Minbarra t-​tixbiha tiegħu dwar l-​għasafar tal-​bejt, Ġesù kompla jgħid: “Saħansitra x-​xagħar taʼ raskom kollu hu magħdud.” (Mattew 10:30) Din l-​istqarrija fil-​qosor imma profonda tenfasizza l-​punt tat-​tixbiha taʼ Ġesù dwar l-​għasafar tal-​bejt. Ikkunsidra dan: Ras taʼ bniedem ġeneralment ikun fiha xi 100,000 xagħra. Ġeneralment, ix-​xagħar kollu jidher li hu l-​istess, u ma noqogħdux neżaminaw xagħarna waħda waħda. Però, Alla Ġeħova jinnota kull xagħra u jgħoddha. Ladarba dan hu l-​każ, hemm xi dettall f’ħajjitna li Ġeħova jistaʼ ma jkunx jafu? Żgur li Ġeħova jifhem kif kull wieħed mill-​qaddejja tiegħu hu magħmul b’mod uniku. Tabilħaqq, hu ‘jara l-​qalb.’—1 Samwel 16:7.

      11. David kif esprima li kien fiduċjuż li Ġeħova jieħu interess fih personalment?

      11 David kien jaf xi tfisser it-​tbatija u kien fiduċjuż li Ġeħova kien jinnotah. “Mulej, int tgħarbilni u tagħrafni,” kiteb hu. “Int taf meta noqgħod u meta nqum, int tagħraf mill-​bogħod ħsibijieti.” (Salm 139:​1, 2) Int ukoll tistaʼ tkun ċert li Ġeħova jafek personalment. (Ġeremija 17:10) Tgħaġġilx biex tassumi li int insinifikanti wisq biex għajnejn Ġeħova li jaraw kollox jinnotaw lilek ukoll!

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja