LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w90 4/1 pp. 6-10
  • “Ma Nistħux mill-Aħbar Tajba,”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Ma Nistħux mill-Aħbar Tajba,”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​Aħbar Tajba Mxandra Mad-​Dinja Kollha
  • L-​Aqwa Aħbar Li Tistaʼ Tiġi Mxandra
  • Ma Nistħux Minħabba Ġesù Kristu u Jehovah
  • Ma Jistħux li Jibżgħu Minn Alla u JagħtuH Glorja
  • ‘Ma Nistħux Minħabba l-Aħbar Tajba’
    2024-2025 Programm għall-Assemblea tas-Circuit mar-Rappreżentant tal-Fergħa
  • Hemm Aħbar Tajba li Kulħadd Għandu Bżonnha
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Din l-Aħbar Tajba Trid Tiġi Ppridkata l-Ewwel
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • ‘Inġibu Aħbar Tajba taʼ Xi Ħaġa Aħjar’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
w90 4/1 pp. 6-10

“Ma Nistħux mill-​Aħbar Tajba,”

“Jien ma nistħix mill-​aħbar tajba; hija, fil-​fatt, il-​qawwa t’Alla għas-​salvazzjoni taʼ kulmin għandu l-​fidi.”−RUMANI 1:16.

1. Aħbar tajba normalment kif tintlaqaʼ, iżda nies tad-​dinja taʼ bla fidi kif kienu se jqisu l-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla?

DAK li jidher għal xi persuna bħala aħbar tajba jistaʼ ma jitqiesx hekk minn xi ħadd ieħor. Normalment, min iġorr xi aħbar tajba jiġi milqugħ b’merħba mill-​qalb, u widna ħerqana biex tismaʼ l-​aħbar tiġi mdawra lejh. Madankollu, il-​Bibbja ħabbret li nies tad-​dinja bla fidi ma kinux se jqisu l-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla u l-​messaġġ tagħha taʼ salvazzjoni bħala taʼ pjaċir.—Qabbel 2 Korintin 2:15, 16.

2. L-​appostlu Pawlu x’qal dwar l-​aħbar tajba li hu ddikjara, u għala l-​messaġġ li ddikjara hu għadu aħbar tajba llum?

2 L-​appostlu Pawlu kien wieħed mibgħut biex iġorr aħbar tajba lill-​pubbliku. Kif kien iħossu dwar il-​ħatra tiegħu? Hu qal: “Hemm ħerqa nkwantu għalija li niddikjara l-​aħbar tajba wkoll lilkom hemmhekk f’Ruma. Għax jien ma nistħix mill-​aħbar tajba.” (Rumani 1:15, 16) Għal xi aħbar li tibqaʼ tajba saħansitra llum, kważi 2,000 sena wara li l-​appostlu Pawlu kiteb lill-​Kristjani f’dak iż-​żmien hemm f’Ruma, riedet verament tkun aħbar tajba dejjiema. Hija, fil-​fatt, “aħbar tajba taʼ dejjem.”−Rivelazzjoni 14:6.

3, 4. L-​appostlu Pawlu għala qal li hu ma kienx jistħi minħabba l-​aħbar tajba?

3 Pawlu għala qal li ma jistħix minħabba l-​aħbar tajba? Għala setaʼ kellu għalfejn jistħi minħabba fiha? Għaliex ma kinitx messaġġ popolari, għax kellha x’taqsam maʼ raġel li ġie maqtul fuq zokk tat-​tortura f’manjiera taʼ xi kriminal mistmerr, li kif kienu jidhru l-​affarijiet kollha fuq barra poġġietu tabilħaqq f’dell ikraħ ħafna. Għal tliet snin u nofs, dan ir-​raġel kien iġġerra mal-​Palestina kollha bl-​aħbar tajba u kien iltaqaʼ maʼ oppożizzjoni ħarxa mil-​Lhud, speċjalment mill-​mexxejja reliġjużi. U issa Pawlu, li jġorr l-​isem taʼ dak ir-​raġel miċħud, kien qed jiffaċċja ostilità simili.—Mattew 9:35; Ġwann 11:46-48, 53; Atti 9:15, 20, 23.

4 Minħabba oppożizzjoni bħal din, Pawlu u d-​dixxipli sħabu taʼ Ġesù Kristu setgħu ġew meqjusin bħala li kellhom xi ħaġa minn xiex jistħu. Tabilħaqq, Pawlu issa kien iħaddan xi ħaġa li hu nnifsu qabel kien iħares lejha bħala taʼ mistħija. Hu kien ħa sehem personalment f’li jitfaʼ tmaqdir fuq is-​segwaċi taʼ Ġesù Kristu. (Atti 26:9-11) Iżda hu kien ħalla dik il-​korsa taʼ azzjoni. Bħala riżultat, hu, flimkien maʼ oħrajn li saru Kristjani, batew persekuzzjoni vjolenti.—Atti 11:26.

5. Pawlu kif spjega l-​istqarrija tiegħu dwar li ma jistħix minħabba l-​aħbar tajba?

5 Jekk persuna tħalli lilha nfisha tħoss mistħija minħabba li hi segwaċi taʼ Ġesù Kristu, hi tkun qed taħsibha bħan-​nies tad-​dinja. L-​appostlu Pawlu ma kienx hekk. Minflok, biex jispjega għala ma jħossx mistħija minħabba l-​aħbar tajba li kien jippriedka, hu qal: “Hija, fil-​fatt, il-​qawwa t’Alla għas-​salvazzjoni taʼ kulmin għandu l-​fidi.” (Rumani 1:16) Il-​qawwa t’Alla ma tikkaġunax mistħija jekk tkun qed taħdem permezz taʼ dixxiplu taʼ Ġesù għat-​twettieq tal-​għan taʼ foħrija taʼ Dak Alla glorjuż li lilu Ġesù Kristu nnifsu kien jadura u jfaħħar.—Qabbel 1 Korintin 1:18; 9:22, 23.

L-​Aħbar Tajba Mxandra Mad-​Dinja Kollha

6, 7. (a) Liema responsabbiltà rigward l-​aħbar tajba qed jippruvaw igħixu fi qbil magħha x-​Xhieda taʼ Jehovah, u b’liema riżultat? (b) Għalkemm qatt ma rridu nħallu l-​biżaʼ jżommna lura milli nagħtu xiehda, x’jistaʼ jkun neċessarju xi drabi? (Ara nota taʼ taħt.)

6 Bħal Pawlu, ix-​Xhieda taʼ Jehovah illum huma dixxipli tal-​Iben igglorifikat Tiegħu, Ġesù Kristu. Lil dawn ix-​Xhieda tiegħu, Jehovah fdalhom dan it-​teżor tal-​“aħbar tajba u glorjuża.” (1 Timotew 1:11) Ix-​Xhieda taʼ Jehovah ma naqsux li jgħixu fi qbil maʼ din ir-​responsabbiltà tqila, u huma jiġu mħeġġin biex ma jistħux minħabba fiha. (2 Timotew 1:8) Huwa vitali li qatt ma nħallu l-​biżaʼ jew il-​mistħija jżommuna lura milli nagħtu xiehda u nidentifikaw lilna nfusna bħala Xhieda taʼ Jehovah.a

7 Għoti taʼ xiehda qalbieni u bla biżaʼ bħal dan irriżulta f’li jiġi mxandar mal-​art kollha l-​isem taʼ Dak Alla l-​Iktar Għoli u fl-​ippridkar tal-​aħbar tajba tas-​Saltna tiegħu fuq skala dinjija. L-​Iben t’Alla qal: “Din l-​aħbar tajba tas-​saltna se tkun ippridkata mal-​art abitata kollha bħala xiehda lill-​ġnus kollha; u mbagħad se jiġi t-​tmiem,” u qatt ma tistaʼ t-​tbassira tiegħu titħalla li tfalli. (Mattew 24:14) L-​aħbar tajba qed tiġi ppridkata issa f’iktar minn 210 artijiet, u t-​tmiem taʼ dan ix-​xogħol taʼ pridkar għadu ma ntlaħaqx. Bla ma nistħu minħabba l-​aħbar tajba u billi niffaċċjaw il-​futur bil-​kuraġġ, aħna nitolbu bħalma għamlu d-​dixxipli tal-​bidu taʼ Ġesù Kristu: “U issa, Jehovah, . . . agħti lill-​irsiera tiegħek li jibqgħu jitkellmu l-​kelma tiegħek bil-​qlubija kollha.”−Atti 4:29.

8. Ix-​Xhieda taʼ Jehovah għala m’għandhomx jiġu skuraġġiti minn oppożizzjoni fil-​ġnus kollha tal-​art?

8 Fil-​waqt li huwa veru li x-​Xhieda taʼ Jehovah huma mibgħudin u opponuti fil-​ġnus kollha tal-​art, dan hu bi twettieq taʼ dak li ġie mbassar bħala l-​marka li tidentifika lill-​adoraturi ġenwini taʼ Dak Alla ħaj u veru. (Ġwann 15:20, 21; 2 Timotew 3:12) Għalhekk minflok jiġu skuraġġiti u jaqtgħu qalbhom b’dan, xandara tal-​aħbar tajba huma assigurati li għandhom approvazzjoni divina u li jappartjenu lill-​organizzazzjoni approvata tas-​Sovran Universali, Jehovah.

9. Għala ma jimpurtax li għandna d-​dinja kollha kontrina?

9 Qatt tinsa: Aħna għandna l-​appoġġ taʼ Dak Alla l-​Iktar Għoli tal-​univers kollu. Għalhekk, x’jimporta jekk id-​dinja bis-​setet reliġjużi u l-​partiti politiċi kollha tagħha hi kontrina? L-​Iben uniġenitu t’Alla kellu d-​dinja kollha kontrih, u aħna ma nistħux li ninsabu fl-​istess sitwazzjoni. Kif qal lill-​appostli tiegħu: “Jekk id-​dinja tobgħodkom, tafu li bagħdet lili qabel bagħdet lilkom. Kieku kontu parti mid-​dinja, id-​dinja kienet tkun kuntenta b’dak li hu tagħha. Issa għaliex m’intom ebda parti mid-​dinja, imma jien għażiltkom ’il barra mid-​dinja, minħabba f’dan id-​dinja tobgħodkom.”−Ġwann 15:18, 19.

10. Minn liema sors ġiet ħafna mill-​persekuzzjoni fuq ix-​Xhieda, u għala ma jistħux minħabba fiha?

10 Ix-​Xhieda taʼ Jehovah b’hekk issaportew persekuzzjoni mad-​dinja kollha iżda b’mod l-​iktar prominenti f’dawk il-​ġnus li jiffurmaw l-​hekk imsejjaħ Kristjaneżmu. Din il-​persekuzzjoni mill-​Kristjaneżmu ma tagħtix prova li x-​Xhieda m’humiex Kristjani. Minflok, hija tikkonferma l-​istqarrija tagħhom li huma Kristjani veri, Xhieda taʼ Dak Alla u Missier Ġesù Kristu jiġifieri Jehovah. Għax huma Xhieda t’Alla, huma ma jistħux meta jsofru persekuzzjoni fuq bażi reliġjuża bħal din. Għalhekk, it-​twissija tal-​appostlu Pawlu għall-​Kristjani tal-​ewwel seklu biex ma jistħux b’mod xieraq tapplika għax-​Xhieda taʼ Jehovah issa.—Ara Filippin 1:27-29.

L-​Aqwa Aħbar Li Tistaʼ Tiġi Mxandra

11. Billi nieħdu l-​isem Xhieda taʼ Jehovah għala ma niqfux li nkunu segwaċi taʼ Ġesù Kristu?

11 Ix-​Xhieda taʼ Jehovah b’mod kuraġġuż aċċettaw isimhom bi twettieq tal-​wegħda taʼ Jehovah lill-​poplu tiegħu tal-​patt f’Isaija 43:10. Dan ma jfissirx, madankollu, li huma m’għandhomx iżjed isegwu lil Ġesù Kristu. Ġesù huwa l-​Mexxej tagħhom, il-​wieħed li l-​mudell tiegħu huma jsegwu. Huwa nnifsu hu wieħed mix-​xhieda taʼ Jehovah. Fil-​fatt huwa x-​Xhud prinċipali taʼ Jehovah.—1 Timotew 6:13; Rivelazzjoni 1:5.

12. Liema xorta taʼ aħbar jippridkaw mad-​dinja kollha x-​Xhieda taʼ Jehovah, u għala?

12 Il-​messaġġ li dawn ix-​Xhieda taʼ Jehovah jippridkaw mad-​dinja kollha huwa l-​aqwa aħbar li qatt setgħet tiġi mxandra. L-​ebda gvern qatt ma jistaʼ jkun aħjar għall-​umanità mis-​Saltna Messjanika li Jehovah waqqaf biex taħkem fuq id-​dinja taʼ bnedmin, li biex jifdiha hu bagħat lill-​Iben uniġenitu tiegħu. (Isaija 9:6, 7) L-​abitanti tal-​art li lilhom qed tiġi ppridkata l-​aħbar tajba tas-​Saltna qed jingħataw l-​opportunità biex jaċċettawha u biex juru li huma denji tar-​rigal taʼ ħajja taʼ dejjem f’perfezzjoni umana f’ġenna tal-​art.

13. Għala nistgħu nkunu ċerti li l-​gvern tas-​Saltna Messjanika se jkun l-​aqwa wieħed, u x-​Xhieda x’jirrikkmandaw mingħajr mistħija?

13 Ċertament, jekk Ġesù kien lest li jissaporti mewta krudili sabiex jifdi lil dawk li kellhom isiru ċ-​ċittadini tiegħu, hu kien se jkun ċert li ma jagħtihom ebda gvern ieħor għajr l-​aqwa wieħed. Aħna nirrikkmandaw lil kull ħlejqa umana fuq l-​art: Sir ċittadin lejali u ubbidjenti taʼ dak il-​gvern. Aħna ma nistħux minħabba dak il-​gvern li b’mod sinċier nirrikkmandaw lill-​bnedmin kollha. Aħna ma ninġibdux lura milli nippridkaw is-​Saltna, għalkemm din il-​korsa tistaʼ ġġibilna l-​persekuzzjoni. Bħall-​appostlu Pawlu, kull wieħed minna jgħid: “Jien ma nistħix mill-​aħbar tajba.”

14. Skond Ġesù, kemm kellu jkun mifrux l-​ippridkar tas-​Saltna fi żmienna?

14 Ġesu ħabbar li l-​ippridkar tal-​aħbar tajba tas-​Saltna kellu jkun fuq skala dinjija, u din il-​profezija vasta u li tinkludi lil kulħadd kienet xierqa għal dan il-​messaġġ. (Mark 13:10) Hu ma qagħadx jaħsibha biex iħabbar bil-​quddiem l-​ippridkar tas-​Saltna taʼ Jehovah sal-​punt l-​iktar imbiegħed—iva, sal-​istess trufijiet tal-​art. (Atti 1:8) Ġesù kien jaf li kulfejn setgħu jinstabu n-​nies, is-​segwaċi lejali tiegħu kienu se jagħmlu sforz sinċier biex jilħquhom bl-​aħbar tajba tas-​Saltna.

15, 16. (a) Min jixraqlu li jintlaħaq bl-​aħbar tajba? (b) Ix-​xogħol tal-​ippridkar għala se jitwettaq minkejja l-​persekuzzjoni mill-​organizzazzjoni tax-​Xitan?

15 L-​abitanti tal-​art illum igħoddu bl-​eluf taʼ miljuni u huma mifruxin fuq il-​kontinenti kollha u l-​gżejjer ewlenin tal-​oċeani. Madankollu, l-​ebda parti tal-​art abitata ma kienet imbiegħda wisq għax-​Xhieda taʼ Jehovah biex jippruvaw jilħquha bl-​aħbar tajba. L-​art abitata kollha hija l-​banketta simbolika għal saqajn Alla Jehovah. (Isaija 66:1) Ħlejjaq umani li jokkupaw xi parti mill-​banketta taʼ saqajh jixirqilhom jintlaħqu b’dan il-​messaġġ taʼ salvazzjoni.

16 L-​aħbar tajba llum hija aħbar li tferraħ taʼ gvern irjali li diġà ġie stabbilit f’idejn il-​Messija. Ġesù kien jaf li minkejja l-​iktar persekuzzjoni feroċi min-​naħa tal-​organizzazzjoni tax-​Xitan, l-​ispirtu t’Alla kien se jqanqal il-​veri segwaċi tal-​Messija biex jagħmlu minn kollox sabiex “din l-​aħbar tajba tas-​saltna” bħala fatt stabbilit setgħet tiġi “ppridkata mal-​art abitata kollha.”−Mattew 24:14.

Ma Nistħux Minħabba Ġesù Kristu u Jehovah

17. (a) Dwar xiex ma jistħux il-​veru adoraturi? (b) Liema regola waqqaf Ġesù f’Mark 8:38, u x’inhu s-​sinjifikat tagħha?

17 Dak Alla l-​Iktar Għoli ma qagħadx jaħsibha biex jagħti lilu nnifsu isem, Jehovah; lanqas m’għandhom l-​adoraturi lejali tiegħu jistħu minħabba dak l-​isem. Il-​veri adoraturi huma hienja li jiġu magħrufin u rikonoxxuti bħala dawk li jagħtu qima u ubbidjenza esklussiva lilu. Dwaru stess, Ġesu waqqaf ir-​regola, jew prinċipju, f’Mark 8:38: “Kulmin isir jistħi minħabba fija u fi kliemi f’din il-​ġenerazzjoni adultera u midinba, Bin il-​bniedem ukoll se jkun jistħi minħabba fih meta hu jasal fil-​glorja taʼ Missieru mal-​anġli qaddisa.” B’mod simili, kulmin se jistħi minħabba Dak Alla u Missier il-​Mulej Ġesù Kristu, Jehovah b’mod xieraq se jistħi minħabba f’wieħed bħal dan. U kwalunkwe ħlejqa li dwarha Jehovah se jistħi minħabba l-​korsa taʼ azzjoni mhix lejali tagħha ma jixirqilhiex li tgawdi eżistenza fi kwalunkwe parti mill-​qasam t’Alla fis-​sema jew fuq l-​art.—Luqa 9:26.

18. (a) Il-​kelmiet taʼ Ġesù f’Mattew 10:32, 33 għala għandhom ikunu mnaqqxin fi qlubna u f’imħuħna? (b) X’jiġrilhom dawk li jiċħdu lil Ġesù u lil Jehovah minħabba l-​biżaʼ tal-​bnedmin? (Agħti eżempji bbażati fuq in-​nota taʼ taħt.)

18 Ħalli dawn il-​kelmiet taʼ Ġesù Kristu jiġu minquxa ġewwa qlubna u mħuħna. “Kulħadd, mela, li jistqarr għaqda miegħi quddiem il-​bnedmin, jien ukoll se nistqarr għaqda miegħu quddiem Missieri li hu fis-​smewwiet; iżda kulmin jiċħadni quddiem il-​bnedmin, jien ukoll se niċħdu quddiem Missieri li hu fis-​smewwiet.” (Mattew 10:32, 33; Luqa 12:8, 9) Fuq l-​istess bażi, kulmin se jiċħad lil Dak Alla u Missier tal-​Mulej Ġesù Kristu se jiġi miċħud minnu. Hu mhux se jitqies bħala li jixraqlu li jkun membru tad-​dar li tagħha Ġesù Kristu hu l-​Iben ewlieni. Hu se jiġi għalhekk meqrud fiż-​żmien xieraq t’Alla. .b

19, 20. (a) Dawk li talbu biex isem Jehovah jiġi mqaddes għala mhux se jkollhom imniex jistħu? (b) Ix-​xandara bla biżaʼ tas-​Saltna x’wettqu, u b’liema appoġġ?

19 It-​talba mudell li Ġesù għallem lid-​dixxipli tiegħu se tiġi mwieġba: “Missierna fis-​smewwiet, ħa jitqaddes ismek. Ħa tiġi saltnatek. Ħa tingħamel ir-​rieda tiegħek, kif fis-​sema, ukoll fuq l-​art.” (Mattew 6:9, 10) Meta dak iseħħ, id-​dixxipli li jħobbu taʼ Ġesù ma jkollhom xejn imniex jistħu. Isem Jehovah se jkun irrispettat, imqaddes, mhux biss minn miljuni li ħajjin issa li jistgħu ma jmutu qatt iżda wkoll minn eluf taʼ miljuni taʼ bnedmin li hu se jsejħilhom ’il barra mill-​oqbra tagħhom matul il-​ħakma tiegħu tas-​Saltna taʼ elf sena. Se jkollhom l-​opportunità li jgħixu f’ġenna tal-​art għal dejjem.

20 Bla mistħija, dawn ix-​xandara bla biżaʼ tal-​aħbar tajba tas-​Saltna kienu kapaċi jwettqu xiehda globali minkejja oppożizzjoni mad-​dinja kollha għaliex għandhom qawwa superumana warajhom—l-​appoġġ tal-​anġli tas-​sema. Għaldaqstant, ix-​Xhieda taʼ Jehovah ‘jibżgħu minn Alla u jagħtuh glorja.’—Rivelazzjoni 14:6, 7.

Ma Jistħux li Jibżgħu Minn Alla u JagħtuH Glorja

21. Ix-​Xhieda taʼ Jehovah x’ma stħawx jagħmlu u b’liema riżultat?

21 Ix-​Xhieda taʼ Jehovah taw prova li ma jistħux li jibżgħu minn Alla u jagħtuh glorja, saħansitra billi jużaw l-​isem persunali tiegħu stess, Jehovah. Dan irriżulta f’barkiet enormi għalihom. Dawn il-​barkiet ġew bi twettieq lejali tal-​wegħdiet taʼ Dak Alla l-​Iktar Għoli. X’vindikar kien dan għalih bħala Dak Alla ħaj u veru, is-​Sovran tal-​univers!

22. Ix-​Xhieda taʼ Jehovah għala se jiffaċċjaw persekuzzjoni feroċi, iżda liema ferħ se jkun tagħhom?

22 Fil-​futur qarib, il-​gvernijiet sekulari se jduru kontra ħakmiet reliġjużi u se jtajruhom min-​nofs ilkoll kemm huma—inkluż il-​Kristjaneżmu. (Rivelazzjoni 17:16, 17) Għaldaqstant, ix-​Xhieda taʼ Jehovah se jiffaċċjaw perijodu taʼ persekuzzjoni feroċi mill-​elementi dinjin. Ma jkunux jistgħu jissaportu u jeħilsu li kieku dak Alla etern ma jkunx magħhom. Iżda hu magħhom, u b’hekk se jkollhom il-​ferħ li jaraw lil dawn l-​egħdewwa kontra Kristu u kontra Jehovah jittajru min-​nofs minn Dak Alla li lilu x-​Xhieda jaduraw bla ma jitħarrku. Huma mhux se jġarrbu l-​mistħija f’li jiġu mikxufin u meqrudin bħala egħdewwa tal-​vera teokrazija iżda se jġarrbu l-​ferħ li ma jitfissirx f’li jkantaw lil Jehovah: “Saħansitra minn żmien indefinit sa żmien indefinit inti Alla.”—Salm 90:2.

23. Ix-​Xhieda taʼ Jehovah għala m’għandhom xejn minn xiex jistħu, u b’liema riżultat?

23 Huma se jitrijonfaw f’Alla, il-​Missier taʼ Ġesù Kristu, li permezz tiegħu l-​familja umana ġiet mifdija biex tgawdi ħajja taʼ dejjem f’perfezzjoni umana u kuntentizza f’ġenna tal-​art. Kemm wera li hu Alla setgħan Jehovah permezz taʼ Kristu Ġesù! Kemm wera b’mod sabiħ Jehovah li hu jaf juża b’mod għaqli u taʼ mħabba, mhux jabbuża, l-​qawwa tiegħu li hi fuq kollox! Bi qbil maʼ dan, aħna m’għandna xejn minn xiex nistħu f’konnessjoni miegħu jew maʼ Ibnu l-​uniġenitu, Ġesù Kristu. Aħna ma nistħux inkunu xandara tal-​aħbar tajba u glorjuża, li tesprimi l-​qawwa li tirbaħ kollox taʼ Alla Jehovah permezz taʼ Kristu Ġesù, li qal fl-​aħħar sigħat taʼ ħajtu fuq l-​art: “Agħmlu kuraġġ! Jiena kkonkwistajt id-​dinja.” (Ġwann 16:33) F’li nieħdu din il-​korsa ejjew dejjem insegwu l-​eżempju tal-​appostlu Pawlu, li qatt ma kien jistħi minħabba l-​aħbar tajba. Jekk nagħmlu hekk, Alla li Jistaʼ Kollox ma jistħix minħabba fina.

[Noti taʼ taħt]

a Għalkemm ma rridux nistħu li nammettu li aħna Xhieda, hemm waqtiet li għandna nkunu “attenti bħal serpenti.” (Mattew l0:16) Ix-​Xhieda fil-​Ġermanja Nażista kienu jafu li kien hemm żmien biex jidentifikaw lilhom infushom u żmien li ma kellhomx jagħmlu dan.—Qabbel Atti 9:23-25.

b Darba wara l-​oħra, dawk li jiċħdu lil Ġesù u lil Jehovah minħabba l-​biżaʼ min-​nies ma sabu ebda favur mid-​dinja. Per eżempju, ara The Watchtower tal-​1 taʼ Mejju 1989, paġna 12; 1982 Yearbook, paġna 168; 1977 Yearbook, paġni 174-6. 1974 Yearbook, paġni 149-50, 177-8. Mill-​banda l-​oħra, saħansitra opponenti determinati tal-​aħbar tajba jantiċipaw li x-​Xhieda mhux se jiċħdu lil Ġesù u lil Jehovah. (1989 Yearbook, paġni 116-18) Ara wkoll Mattew l0:39 u Luqa 12:4.

Mistoqsijiet Bħala Ġabra

◻ Bħall-​appostlu Pawlu, liema attitudni għandu jkollna rigward ix-​xandir tal-​aħbar tajba, u għala?

◻ Il-​messaġġ li jxandru x-​Xhieda taʼ Jehovah għala hu l-​aqwa aħbar li qatt dehret?

◻ Liema twissija ta Ġesù dwar kulmin jistħi minħabba fih fil-​miġja tiegħu fil-​glorja tas-​Saltna?

◻ X’jiġrilhom dawk li jiċħdu lil Ġesù u lil Jehovah?

◻ Ix-​xandara tal-​aħbar tajba x’irnexxielhom iwettqu mingħajr mistħija, u għala?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja