LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Tħalli Xejn Ifixklek Milli Timxi Wara Ġesù!
    It-Torri tal-Għassa (Studju)—2021 | Mejju
    • (3) ĠESÙ MA SEGWIEX IT-​TRADIZZJONIJIET TAL-​LHUD

      Ħafna tfixklu minħabba li Ġesù m’aċċettax it-tradizzjonijiet tagħhom. Dan kif jista’ jfixkel lil xi wħud illum? (Ara paragrafu 13)d

      13. Ħafna nies għala ħaduha kontra Ġesù?

      13 Fi żmien Ġesù, id-​dixxipli taʼ Ġwanni l-​Battista kienu sorpriżi għax id-​dixxipli taʼ Ġesù ma kinux isumu. Ġesù spjega li ma kellhomx għalfejn isumu meta hu kien għadu ħaj. (Mt. 9:14-​17) Minkejja dan, il-​Fariżej u oħrajn li kienu kontra Ġesù ħaduha kontrih għax ma mexiex mat-​tradizzjonijiet tagħhom. Huma kienu rrabjati għal Ġesù meta fejjaq lin-​nies fis-​Sabat. (Mk. 3:1-​6; Ġw. 9:16) Mill-​banda l-​oħra, huma kienu kburin li jżommu mas-​Sabat, però ma kinitx problema għalihom li jagħmlu n-​negozju fit-​tempju. U huma ħaduha bi kbira meta Ġesù rrabja magħhom u keċċiehom mit-​tempju. (Mt. 21:12, 13, 15) Meta Ġesù kien qed jgħallem fis-​sinagoga ġewwa Nazaret u semma l-​eżempji taʼ wħud Iżraelin tal-​passat biex juri n-​nuqqas taʼ fidi u l-​egoiżmu tagħhom, irrabjaw ħafna. (Lq. 4:16, 25-​30) Ħafna nies tfixklu għax Ġesù m’għamilx dak li huma ħasbu li kellu jagħmel.—Mt. 11:16-​19.

      14. Ġesù għala ma qabilx mat-​tradizzjonijiet taʼ nies li kienu jmorru kontra l-​Iskrittura?

      14 L-​Iskrittura x’tgħid? Permezz tal-​profeta Isaija, Ġeħova qal: “Dan il-​poplu resaq qrib b’fommu, u gglorifikani biss b’xofftejh, u biegħed qalbu minni, u jitgħallem il-​kmandi tal-​bnedmin u jqishom bħala l-​biżaʼ minni.” (Is. 29:13) Ġesù kellu raġun ma jaqbilx mat-​tradizzjonijiet li għamlu huma għax kienu kontra dak li tgħid il-​Bibbja. Dawk li ħasbu li l-​liġijiet u t-​tradizzjonijiet li għamlu kienu iktar importanti mill-​Iskrittura ħaduha kontra Ġeħova u l-​Messija li hu bagħat.

  • Tħalli Xejn Ifixklek Milli Timxi Wara Ġesù!
    It-Torri tal-Għassa (Studju)—2021 | Mejju
    • (4) ĠESÙ MA NDAĦALX FIL-​POLITIKA

      Ħafna tfixklu minħabba li Ġesù ma ndaħalx fil-politika. Dan kif jista’ jfixkel lil xi wħud illum? (Ara paragrafu 17)e

      17. In-​nies fi żmien Ġesù x’ħasbu li se jagħmel il-​Messija?

      17 Xi nies fi żmien Ġesù riedu li jinbidel il-​gvern. Huma ħasbu li l-​Messija se jeħlishom mill-​ħakma Rumana. Imma meta riedu jagħmlu lil Ġesù sultan hu m’aċċettax. (Ġw. 6:14, 15) Il-​qassisin u oħrajn bdew jibżgħu li Ġesù kien se jipprova jibdel il-​gvern u għalhekk ir-​Rumani kienu se jirrabjaw u jiħdulhom il-​poter li kienu tawhom. Minħabba li kienu inkwetati fuq dawn l-​affarijiet, ħafna Lhud tfixklu.

      18. Ħafna Lhud liema profeziji dwar il-​Messija injoraw?

      18 L-​Iskrittura x’tgħid? Għalkemm ħafna profeziji bassru li l-​Messija kien se jkun Gwerrier, profeziji oħrajn bassru li l-​ewwel kellu jmut għad-​dnubiet tagħna. (Is. 53:9, 12) Il-​Lhud għala kellhom ideat żbaljati dwar il-​Messija? Għax huma ffokaw biss fuq profeziji li kienu juru li se jeħilsuhom mill-​problemi tagħhom.—Ġw. 6:26, 27.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja