LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Negħjew, Imma Ma Naqtgħux Qalbna
    It-Torri tal-Għassa—2004 | Awwissu 15
    • 1, 2. (a) Liema stedina sabiħa tingħata lil kulmin irid jipprattika l-​qima pura? (b) X’jistaʼ jkun taʼ periklu serju għall-​ispiritwalità tagħna?

      BĦALA dixxipli taʼ Ġesù, aħna midħla sew taʼ l-​istedina sabiħa tiegħu: “Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom. . . . Għax il-​madmad tiegħi ħelu u t-​toqol tiegħi ħafif.” (Mattew 11:28-30) Il-​Kristjani jiġu offruti wkoll “żminijiet taʼ mistrieħ mingħand il-​Mulej.” (Atti 3:20 [3:19, NW]) Żgur li int personalment ħassejt serħan meta tgħallimt il-​veritajiet tal-​Bibbja, meta sibt tama taʼ ferħ għall-​futur, u meta applikajt il-​prinċipji taʼ Jehovah f’ħajtek.

      2 Madankollu, xi wħud mill-​aduraturi taʼ Jehovah jgħaddu minn mumenti t’għeja emozzjonali. F’xi każi dawn il-​mumenti taʼ skuraġġiment ikunu qosra. Drabi oħra l-​għeja tistaʼ ddum żmien twil. Iktar ma jgħaddi ż-​żmien, xi wħud jistgħu jħossu li r-​responsabbiltajiet Kristjani tagħhom saru piż minflok tagħbija li sserraħ bħalma wiegħed Ġesù. Sentimenti negattivi bħal dawn jistgħu jkunu taʼ periklu serju għar-​relazzjoni li Kristjan għandu maʼ Jehovah.

  • Negħjew, Imma Ma Naqtgħux Qalbna
    It-Torri tal-Għassa—2004 | Awwissu 15
    • Il-​Kristjanità Ma Tgħakkisx lil Dak li Jkun

      5. Liema kontradizzjoni jidher li hemm rigward li wieħed ikun dixxiplu Kristjan?

      5 Veru, biex tkun Kristjan jeħtieġ li titħabat kemm tiflaħ. (Luqa 13:24) Ġesù saħansitra qal: “Min ma jerfax [“iz-​zokk tat-​tortura tiegħu,” NW] u jimxi warajja ma jistax ikun dixxiplu tiegħi.” (Luqa 14:27) Dan il-​kliem jistaʼ jidher li jikkontradixxi dak li qal Ġesù, li t-​toqol tiegħu huwa ħafif u jserraħ, imma fil-​fatt m’hemm l-​ebda kontradizzjoni.

      6, 7. Għala jistaʼ jingħad li l-​qima li nipprattikaw ma tegħjiniex?

      6 Meta titħabat kemm tiflaħ u taħdem iebes, għalkemm tegħja fiżikament, tistaʼ ssib sodisfazzjon u serħan jekk tagħmel dan għal kawża ġusta. (Koħèlet 3:13, 22) U x’kawża iktar ġusta jistaʼ jkollna milli naqsmu l-​veritajiet taʼ l-​għaġeb tal-​Bibbja mal-​proxxmu tagħna? Ukoll, l-​isforzi kollha li nagħmlu biex ngħixu fi qbil mal-​livelli morali għoljin t’Alla jidhru ferm żgħar meta nqabbluhom mal-​benefiċċji li ngawdu bħala riżultat. (Proverbji 2:10-20) Anki meta niġu persegwitati, aħna nqisuh unur li nbatu minħabba s-​Saltna t’Alla.—1 Pietru 4:14.

      7 It-​tagħbija taʼ Ġesù tassew hija rifreskanti, speċjalment meta titqabbel mad-​dlam spiritwali li jinsabu fih dawk li jibqgħu taħt il-​madmad tar-​reliġjon falza. Alla għandu mħabba tenera għalina u ma jitlobx minna iktar milli nifilħu. “Il-​kmandamenti [taʼ Jehovah] m’humiex tqal.” (1 Ġwanni 5:3) Il-​Kristjanità vera, kif spjegata fl-​Iskrittura, ma tgħakkisx lil dak li jkun. Jidher ċar li l-​qima li nipprattikaw la tegħjina u lanqas tiskuraġġina.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja