LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • “Ara, Jien Magħkom il-Jiem Kollha”
    It-Torri tal-Għassa—2013 | Lulju 15
    • 16, 17. (a) X’inhi l-​aħħar ġrajja li Ġesù jsemmi fit-​tixbiha tiegħu? (b) Għala nikkonkludu li t-​twettiq taʼ din il-​ġrajja għadu ġej?

      16 Il-​ħames, id-​dija. Ġesù jtemm il-​profezija tiegħu billi jgħid: “F’dak iż-​żmien in-​nies sewwa jiddu bħax-​xemx fis-​saltna taʼ Missierhom.” (Mt. 13:43) Dan fejn u meta se jseħħ? It-​twettiq taʼ dan il-​kliem għadu ġej, u se jitwettaq fis-​sema, mhux fuq l-​art.f Ikkunsidra żewġ raġunijiet għal din il-​konklużjoni.

      17 L-​ewwel, dan meta se jseħħ? Ġesù qal: “F’dak iż-​żmien in-​nies sewwa jiddu.” Il-​frażi “f’dak iż-​żmien” milli jidher tirreferi għall-​ġrajja li Ġesù kien għadu kif semma, jiġifieri, ‘ix-​xħit tas-​sikrana fil-​forn tan-​nar.’ Dan iseħħ waqt l-​aħħar parti tat-​tribulazzjoni l-​kbira. B’hekk, ‘id-​dija’ tal-​midlukin isseħħ f’dak iż-​żmien fil-​futur ukoll. It-​tieni, dan fejn se jseħħ? Ġesù qal li n-​nies sewwa se ‘jiddu fis-​saltna.’ Dan xi jfisser? Il-​midlukin leali kollha li jkunu għadhom fuq l-​art wara li tkun għaddiet l-​ewwel parti tat-​tribulazzjoni l-​kbira se jkunu diġà rċivew l-​immarkar bis-​siġill finali tagħhom. Imbagħad, bħalma turi l-​profezija taʼ Ġesù dwar it-​tribulazzjoni l-​kbira, se jinġabru fis-​sema. (Mt. 24:31) Hemmhekk huma se jiddu “fis-​saltna taʼ Missierhom,” u ftit wara l-​gwerra t’Armageddon, bħala l-​għarusa hienja taʼ Ġesù se jieħdu sehem fiż-​“żwieġ tal-​Ħaruf.”—Riv. 19:6-​9.

  • “Ara, Jien Magħkom il-Jiem Kollha”
    It-Torri tal-Għassa—2013 | Lulju 15
    • f Paragrafu 16: Danjel 12:3 jgħid li “dawk li għandhom id-​dehen [il-​Kristjani midlukin] jiddu bħad-​dija tal-​firxa tas-​sema.” Waqt li għadhom fuq l-​art, dan jagħmluh billi jieħdu sehem fix-​xogħol tal-​ippritkar. Però, Mattew 13:43 jipponta lejn iż-​żmien meta se jiddu fis-​Saltna tas-​sema. Qabel konna naħsbu li ż-​żewġ skritturi kienu jirreferu għall-​istess attività—ix-​xogħol tal-​ippritkar.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja