LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Jehovah Jgħożż is-Servizz Tiegħek b’Ruħek Kollha
    It-Torri tal-Għassa—1997 | Novembru 1
    • 16. (a) Kif kien li Ġesù osserva l-​kontribuzzjoni taʼ waħda armla fqira? (b) Kemm kienu jiswew il-​muniti taʼ l-​armla?

      16 Xi jumejn wara, nhar il-​11 taʼ Nisan, Ġesù qattaʼ ġurnata twila fit-​tempju, fejn l-​awtorità tiegħu ġiet sfidata u fejn hu wieġeb b’sengħa xi mistoqsijiet delikati dwar it-​taxxi, l-​irxoxt, u affarijiet oħrajn. Hu kkundanna lill-​iskribi u ’l-Fariżej għaliex, fost affarijiet oħra, huma kienu “jberbqu ġid ir-​romol.” (Mark 12:40) Imbagħad Ġesù poġġa bil-​qiegħda, milli jidher fil-​Bitħa tan-​Nisa, fejn, skond it-​tradizzjoni Lhudija, kien hemm 13-il senduq tal-​flus. Hu qagħad hemm għal ftit ħin, josserva bir-​reqqa hekk kif in-​nies bdew jitfgħu l-​kontribuzzjonijiet tagħhom. Ġew ħafna nies għonja, xi wħud forsi b’dehra li kienu tajbin f’għajnejhom stess, saħansitra forsi b’ħafna pompa. (Qabbel Mattew 6:2.) Il-​ħarsa taʼ Ġesù waqgħet fuq waħda mara partikulari. Xi ħadd ordinarju għandu mnejn ma kien josserva xejn straordinarju dwarha jew dwar l-​għotja tagħha. Imma Ġesù, li setaʼ jkun jaf il-​qlub t’oħrajn, kien jaf li hi kienet “armla fqira.” Kien jaf ukoll l-​ammont eżatt taʼ l-​għotja tagħha​—“biċċtejn żgħar, jiġifieri xi tliet ħabbiet.”b—Mark 12:41, 42.

  • Jehovah Jgħożż is-Servizz Tiegħek b’Ruħek Kollha
    It-Torri tal-Għassa—1997 | Novembru 1
    • b Kull waħda minn dawn il-​muniti kienet lepton, l-​iżgħar munita Lhudija fiċ-​ċirkolazzjoni f’dak iż-​żmien. Żewġ lepta kienu ekwivalenti għal 1/64 tal-​paga taʼ ġurnata. Skond Mattew 10:29, b’munita assarion (ekwivalenti għal tmien lepta), wieħed setaʼ jixtri żewġ għasafar tal-​bejt, li kienu fost l-​orħos għasafar użati bħala ikel mill-​foqra. Mela din l-​armla kienet tassew fqira, għax kellha biss nofs l-​ammont meħtieġ biex tixtri għasfur tal-​bejt wieħed, li bil-​kemm kien biżżejjed għal ikla waħda.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja