LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Ġesù jittieħed għand Anna, imbagħad għand Kajfa
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
    • Uffiċjal li qiegħed fil-​qrib jagħti lil Ġesù daqqa taʼ ħarta u b’disprezz jgħidlu: “Hekk twieġbu int lill-​qassis ewlieni?” Imma Ġesù, billi jaf li m’għamel xejn ħażin, jgħid: “Jekk għedt xi ħaġa ħażina, ixhed dwar il-​ħażin; imma jekk tkellimt sewwa, għala tagħtini bil-​ħarta?” (Ġwanni 18:22, 23) Anna mbagħad jordna li Ġesù jittieħed għand Kajfa, ir-​raġel taʼ bintu.

      S’issa laħqu ltaqgħu flimkien dawk li jifformaw is-​Sinedriju—il-​qassis il-​kbir, ix-​xjuħ tal-​poplu, u l-​iskribi. Huma jinġabru fid-​dar taʼ Kajfa. Mhuwiex legali li jgħaddu lil xi ħadd ġuri fil-​lejla tal-​Qbiż, imma dan ma jwaqqafhomx milli jipprovaw jilħqu l-​iskop mill-​agħar tagħhom.

      Dan il-​grupp mhuwiex xi wieħed imparzjali. Wara li Ġesù rxoxta lil Lazzru, is-​Sinedriju ddeċieda li Ġesù għandu jmut. (Ġwanni 11:47-​53) U ftit jiem ilu biss, il-​mexxejja reliġjużi kkonfoffaw biex jaħtfu lil Ġesù u joqtluh. (Mattew 26:3, 4) Iva, saħansitra qabel ma jibda l-​ġuri tiegħu, lil Ġesù diġà qatgħuhielu għall-​mewt!

  • Miċħud fid-dar taʼ Kajfa
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
    • Meta Ġesù jiġi arrestat fil-​ġnien tal-​Ġetsemani, l-​appostli jabbandunawh u jaħarbu bil-​biżaʼ. Madankollu, tnejn minnhom jieqfu u jduru lura. Dawn huma Pietru u “dixxiplu ieħor,” li milli jidher hu l-​appostlu Ġwanni. (Ġwanni 18:15; 19:35; 21:24) Huma għandhom mnejn jilħqu lil Ġesù hekk kif ikun qed jittieħed għand Anna. Meta Anna jibgħat lil Ġesù għand il-​Qassis il-​Kbir Kajfa, Pietru u Ġwanni jsegwuh mill-​bogħod. X’aktarx li huma jħossuhom imtertqin, billi qed jibżgħu għal ħajjithom stess u fl-​istess ħin huma inkwetati dwar x’se jiġri lil Sidhom.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja