-
Jitlob waqt li hu mnikket fermĠesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
-
-
Ġesù hu inkwetat għall-aħħar dwar it-tmaqdir li l-mewta tiegħu bħala kriminal se ġġib fuq isem Missieru. Però, Ġeħova qed jismaʼ t-talb taʼ Ibnu u ħin minnhom Alla jibgħat anġlu biex isaħħu. Minkejja dan, Ġesù ma jiqafx jitlob lil Missieru bil-ħrara, imma jibqaʼ “jitlob iktar bil-ħeġġa.” L-istress emozzjonali hu kbir immens. X’piż qed iġorr Ġesù fuq spallejh! Fin-nofs hemm il-ħajja eterna tiegħu u dik tal-bnedmin li jemmnu f’Alla. Infatti, ‘l-għaraq tiegħu jibda nieżel fl-art bħal qtar tad-demm.’—Luqa 22:44.
-