LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ‘Nagħrfu l-imħabba ta’ Kristu’
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
    • “Missier, Aħfrilhom”

      16. Kif jidher ċar li Ġesù kien lest li jaħfer anki meta kien fuq iz-​zokk tat-​tortura?

      16 Ġesù rrifletta perfettament l-​imħabba taʼ Missieru b’mod importanti ieħor—hu kien lest li ‘jaħfer.’ (Salm 86:5) Din ir-​rieda kienet tidher ċar anki meta kien fuq iz-​zokk tat-​tortura. Meta kellu jgħaddi minn mewta taʼ mistħija, b’idejh u saqajh minfudin bl-​imsiemer, Ġesù dwar xiex tkellem? Sejjaħ hu lil Jehovah biex jikkastiga lil min kien se joqtlu? Għall-​kuntrarju, fost l-​aħħar kliem li qal Ġesù nsibu: “Missier, aħfrilhom, għax ma jafux x’inhuma jagħmlu.”—Luqa 23:34.b

  • ‘Nagħrfu l-imħabba ta’ Kristu’
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
    • b L-​ewwel parti taʼ Luqa 23:34 tħalliet barra f’ċerti manuskritti antiki. Madankollu, peress li dan il-​kliem jinsab f’ħafna manuskritti oħra t’awtorità, ġie mniżżel fin-​New World Translation u f’għadd taʼ traduzzjonijiet oħra. B’mod evidenti Ġesù kien qiegħed jitkellem dwar is-​suldati Rumani li sammruh maz-​zokk. Dawn ma kinux jafu x’qegħdin jagħmlu, għax ma rrealizzawx min tassew kien Ġesù. M’għandniex xi ngħidu, il-​mexxejja reliġjużi li pprovokaw dan il-​qtil kienu ħatjin bil-​wisq iktar, għax huma kienu jafu x’qegħdin jagħmlu u aġixxew b’malizzja. Għal ħafna minnhom, il-​maħfra ma kinitx possibbli.—Ġwanni 11:45-​53.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja