LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Samaritan Jagħti Prova li Hu Proxxmu Tajjeb
    It-Torri tal-Għassa—1998 | Lulju 1
    • Meta tqis din is-​sitwazzjoni, il-​kliem taʼ Ġesù lil ċertu raġel li l-​liġi Lhudija kien jafha sew huwa istruttiv ħafna. Ir-​raġel resaq lejn Ġesù u staqsieh: “Mgħallem, x’nagħmel biex niret il-​ħajja taʼ dejjem?” Bi tweġiba, Ġesù ġibidlu l-​attenzjoni għal-​Liġi Mosajka, li tikkmanda biex ‘tħobb il-​Mulej, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, bil-​qawwa tiegħek, u b’moħħok kollu,’ u biex ‘tħobb lill-​proxxmu tiegħek bħalek innifsek.’ L-​avukat imbagħad staqsa lil Ġesù: “[I]l-proxxmu tiegħi min hu?” (Luqa 10:25-29; Levitiku 19:18; Dewteronomju 6:5) Skond il-​Fariżej, it-​terminu “proxxmu” kien japplika biss għal dawk li żammew mat-​tradizzjonijiet Lhud​—ċertament mhux għal Ġentili jew Samaritani. Jekk dan l-​avukat inkwiżittiv ħaseb li Ġesù kien se jappoġġja din il-​ħarsa, kien se jkollu sorpriża.

  • Samaritan Jagħti Prova li Hu Proxxmu Tajjeb
    It-Torri tal-Għassa—1998 | Lulju 1
    • Lezzjoni Għalina

      Ir-​raġel li staqsa lil Ġesù għamel dan f’attentat biex “jiġġustifika lilu nnifsu.” (Luqa 10:29, KŻ) Forsi ħaseb li Ġesù kien se jfaħħar ir-​rabta fastidjuża tiegħu mal-​Liġi Mosajka. Imma dan l-​individwu li kien jippretendiha kellu bżonn jitgħallem il-​verità tal-​proverbju Bibliku: “Kull ma jagħmel il-​bniedem hu safi f’għajnejh, imma l-​Mulej jiżinlu qalbu.”—Proverbji 21:2.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja