LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w90 4/15 pp. 4-5
  • Samaritan taʼ Qalb Tajba

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Samaritan taʼ Qalb Tajba
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Materjal Simili
  • Samaritan taʼ Qalb Tajba
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Samaritan juri li tassew iħobb lil proxxmu
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Samaritan Jagħti Prova li Hu Proxxmu Tajjeb
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Nitgħallmu Nuru Qalb Tajba
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
w90 4/15 pp. 4-5

Il-​Ħajja u l-​Ministeru taʼ Ġesù

Samaritan taʼ Qalb Tajba

ĠESÙ forsi qiegħed ħdejn Betanja, raħal xi żewġ mili minn Ġerusalemm. Raġel li hu espert fuq il-​Liġi taʼ Mosè jersaq lejh b’mistoqsija, billi jistaqsi: “Għalliem, billi nagħmel liema ħaġa se niret il-​ħajja taʼ dejjem?”

Ġesù jinduna li r-​raġel, li hu avukat, mhux qed jistaqsi biss għal tagħrif imma għaliex jixtieq li jġarrbu. L-​iskop tal-​avukat jistaʼ jkun li jġiegħel lil Ġesù jwieġeb b’tali mod li joffendi s-​sentimenti tal-​Lhud. Mela Ġesù jġiegħel lill-​avukat jikkommetti ruħu, billi jistaqsi: “X’hemm miktub fil-​Liġi? Kif taqra int?”

Biex iwieġeb, I-avukat, billi jeżerċita dehen mhux tas-​soltu, jikkwota mil-​liġijiet t’Alla f’Dewteronomju 6:5 u Levitiku 19:18, billi jgħid: “Int trid tħobb lil Jehovah Alla tiegħek b’qalbek kollha u b’ruħek kollha u b’saħħtek kollha u b’moħħok kollu,’ u, ‘il-​ġar tiegħek bħalek innifsek.’”

“Weġibt b’mod korrett,” jirrispondi Ġesù. “Kompli agħmel dan u se tikseb ħajja.”

L-avukat, madankollu, mhux sodisfatt. It-​tweġiba taʼ Ġesù mhix speċifika biżżejjed għalih. Hu jrid konferma mingħand Ġesù li l-​opinjonijiet tiegħu stess huma korretti u għalhekk li hu twajjeb fil-​mod kif jittratta lil oħrajn. Għalhekk, hu jistaqsi: “Min tassew hu l-​ġar tiegħi?”

Il-Lhud jemmnu li l-​kelma “ġar” tapplika biss għal Lhud sħabhom, kif donnu jindika l-​kuntest taʼ Levitiku 19:18. Fil-​fatt, iktar tard saħansitra l-​appostlu Pietru qal: “Intom tafu tajjeb kemm hu kontra l-​liġi għal wieħed Lhudi li jissieħeb maʼ jew jersaq lejn raġel taʼ razza oħra.” Mela l-​avukat, u forsi d-​dixxipli taʼ Ġesù wkoll, jemmnu li huma twajbin jekk jittrattaw biss lil sħabhom Lhud b’qalb tajba, ladarba, fl-​opinjoni tagħhom, dawk li m’humiex Lhud m’humiex tassew il-​ġirien tagħhom.

Mingħajr ma joffendi lil dawk li qed jisimgħuh, Ġesù kif jistaʼ jikkorreġi l-​opinjoni tagħhom? Hu jgħid storja, possibilment ibbażata fuq ġrajja vera. “Ċertu [Lhudi],” jispjega Ġesù, “kien nieżel minn Ġerusalemm lejn Ġeriko u waqaʼ f’idejn xi ħallelin, li kemm neżżgħuh u kemm tawh xi daqqiet, u telqu, billi ħallewh nofsu mejjet.”

“Issa, b’kumbinazzjoni,” jkompli Ġesù, “ċertu qassis kien nieżel minn dik it-​triq, imma, meta rah, għadda min-​naħa l-​oħra. Bl-​istess mod, wieħed Levita wkoll, meta wasal ħdejn il-​post u rah, baqaʼ għaddej min-​naħa l-​oħra. Imma ċertu Samaritan li għadda mit-​triq wasal fuqu u, malli rah, ġie mqanqal mill-​ħasra.”

Ħafna qassisin u l-​qaddejja tagħhom tat-​tempju Levita jgħixu f’Ġeriko, distanza taʼ 14-il mil fi triq perikoluża li tinżel 3,000 pied minnb fejn huma jaqdu fit-​tempju f’Ġerusalemm. Il-​qassis u l-​Levita kienu mistennijin li jgħinu lil seħibhom Lhudi fin-​niket. Imma ma jgħinuhx. Minflok, wieħed Samaritan igħinu. Il-​Lhud tant jobogħduhom lis-​Samaritani li dan l-​aħħar huma nsultaw lil Ġesù bl-​aktar mod qawwi billi sejħulu “Samaritan.”

Is-Samaritan x’jagħmel biex igħin lil-​Lhudi? “Hu resaq lejh,” igħid Ġesù, “u rabat il-​ġrieħi tiegħu, billi sawwab żejt u nbid fuqhom. Imbagħad tellgħu fuq il-​bhima tiegħu stess u ġabu f’lukanda u ħa ħsiebu. U l-​għada hu ħareġ żewġ muniti [madwar is-​salarju taʼ jumejn], tahom lil sid il-​lukanda, u qal, ‘Ħu ħsiebu, u dak kollu li tonfoq minbarra dan, jien se nħallsek lura meta niġi lura hawnhekk.’”

Wara li jirrakkonta l-​istorja, Ġesù jistaqsi lill-​avukat: “Min minn dawn it-​tlieta jidhirlek li għamel lilu nnifsu ġar għar-​raġel li waqaʼ f’idejn il-​ħallelin?”

Billi jħossu skomdu biex jattribwixxi xi mertu lil Samaritan, l-​avukat iwieġeb sempliċement: “Il-​wieħed li aġixxa bi ħniena lejh.”

“Mur fi triqtek u agħmel l-​istess int innifsek,” jikkonkludi Ġesù.

Kieku Ġesù qal lill-​avukat b’mod dirett li dawk li m’humiex Lhud kienu wkoll il-​ġirien tiegħu, mhux biss ir-​raġel ma kienx jaċċettah dan imma l-​biċċa l-​kbira mill-​udjenza kienet wisq probabbli tappoġġjah fid-​diskussjoni maʼ Ġesù. Din l-​istorja vera, madankollu, għamlitha ħaġa ovvja b’mod li ħadd ma jistaʼ jiċħdu li l-​ġirien tagħna jinkludu nies li m’humiex mir-​razza tagħna jew tan-​nazzjonalità tagħna. Liema mod meraviljuż għandu Ġesù biex igħallem! Luqa 10:25-37; Atti 10:28; Ġwann 4:9; 8:48.

◆ L-​avukat liema mistoqsijiet staqsieh lil Ġesù, u b’mod evidenti x’kien l-​iskop tiegħu f’li jistaqsi?

◆ Il-​Lhud min kienu jemmnu li kienu l-​ġirien tagħhom, u liema raġuni hemm biex temmen li saħansitra d-​dixxipli kellhom din l-​opinjoni?

◆ Ġesù kif daħħal b’mod effettiv l-​opinjoni korretta sabiex l-​avukat ma setax juri li hi falza?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja