-
Ġeħova Jagħti “l-Ispirtu Qaddis lil Dawk li Jitolbuh”It-Torri tal-Għassa—2006 | Diċembru 15
-
-
4 Ġesù qal: “Min minnkom ikollu ħabib u jmur għandu f’nofsillejl u jgħidlu, ‘Ħabib, islifni tliet ħobżiet, għax għadu kif ġie għandi ħabib tiegħi li qed jivvjaġġa u m’għandi xejn xi nqiegħed quddiemu’? U dak minn ġewwa jwieġbu, ‘Tibqax iddejjaqni. Il-bieb diġà msakkar, u wliedi ż-żgħar qegħdin fis-sodda miegħi; ma nistax inqum nagħtik.’ Ngħidilkom, Għalkemm ma jqumx jagħtih għax hu ħabibu, żgur li għax dan jippersisti bla mistħija, iqum u jagħtih dak li għandu bżonn.” Ġesù mbagħad spjega kif din it-tixbiha tapplika għat-talb, billi qal: “Għaldaqstant ngħidilkom, Ibqgħu itolbu, u jingħatalkom; ibqgħu fittxu, u ssibu; ibqgħu ħabbtu, u jinfetħilkom. Għax kulmin jitlob jaqlaʼ, u kulmin ifittex isib, u kulmin iħabbat jinfetaħlu.”—Luqa 11:5-10.
-
-
Ġeħova Jagħti “l-Ispirtu Qaddis lil Dawk li Jitolbuh”It-Torri tal-Għassa—2006 | Diċembru 15
-
-
6. Fi żmien Ġesù, kif kienu jqisu d-drawwa li tintwera l-ospitalità?
6 Ġesù mhux biss jurina kif għandna nitolbu—b’persistenza bla mistħija—imma wkoll għala għandna nagħmlu dan. Sabiex nifhmu din il-lezzjoni b’mod ċar, għandna nikkunsidraw kif dawk li semgħu t-tixbiha taʼ Ġesù dwar ir-raġel persistenti qiesu d-drawwa taʼ li tintwera l-ospitalità. Diversi siltiet fl-Iskrittura juru li fi żminijiet Bibliċi, speċjalment il-qaddejja t’Alla, kienu jiħduh bis-serjetà l-fatt li jkollhom il-mistidnin. (Ġenesi 18:2-5; Ebrej 13:2) Nuqqas t’ospitalità kienet xi ħaġa t’għajb. (Luqa 7:36-38, 44-46) B’dan f’moħħna, ejja nerġgħu nikkunsidraw l-istorja taʼ Ġesù.
7. Ir-raġel fit-tixbiha taʼ Ġesù għala ma staħax iqajjem lill-ħabib tiegħu?
7 Ir-raġel fit-tixbiha jkollu żjara minn xi ħadd f’nofs taʼ lejl. Dan iħoss li għandu jservi l-ikel għall-mistieden tiegħu imma ‘m’għandu xejn xi jqiegħed quddiemu.’ Fil-ħarsa tiegħu, din hija sitwazzjoni taʼ emerġenza! Akkost taʼ kollox, għandu bżonn jikseb ftit ħobż. Għalhekk, imur għand ħabib tiegħu u bla mistħija jqajmu. Ir-raġel jgħajjat: “Ħabib, islifni tliet ħobżiet.” Hu jippersisti bit-talba tiegħu sakemm jikseb dak li għandu bżonn. Huwa biss meta għandu l-ħobż f’idejh li jistaʼ jilqaʼ lil ħabibu għandu kif suppost.
Iktar Ma Jkun Kbir il-Bżonn —Iktar Trid Titlob
8. X’se jqanqalna biex nitolbu b’mod persistenti għall-ispirtu qaddis?
8 Din it-tixbiha x’turi dwar ir-raġuni għala nitolbu b’mod persistenti? Ir-raġel baqaʼ jitlob għall-ħobż għaliex ħass li kien neċessarju għall-aħħar li jkollu dak il-ħobż f’idejh biex ikun jistaʼ jwettaq id-dmir tiegħu. (Isaija 58:5-7) Mingħajr il-ħobż, ma kienx jirnexxilu jwettaq id-dmir tiegħu. Bl-istess mod, minħabba li nirrealizzaw li l-fatt li jkollna l-ispirtu t’Alla huwa neċessarju għall-aħħar biex inwettqu l-ministeru tagħna bħala Kristjani veri, aħna nibqgħu nirrikorru lejn Alla, billi nitolbuh għal dan l-ispirtu. (Żakkarija 4:6) Mingħajru se nfallu. (Mattew 26:41) Taraha l-konklużjoni importanti li nistgħu nisiltu minn din it-tixbiha? Jekk inqisu l-ispirtu t’Alla bħala xi ħaġa li għandna bżonn b’urġenza, x’aktarx li iktar se nitolbu għalih b’persistenza.
9, 10. (a) Agħti tixbiha li turi għala għandna bżonn inkunu persistenti meta nistaqsu lil Alla għall-ispirtu tiegħu. (b) Liema mistoqsija għandna nistaqsu lilna nfusna, u għala?
9 Sabiex napplikaw din il-lezzjoni għal żmienna, immaġina li wieħed mill-membri tal-familja tiegħek jimrad f’nofs taʼ lejl. Sejjer tqajjem tabib biex tistaqsih għall-għajnuna? Mhux jekk il-pazjent għandu xi ħaġa żgħira. Madankollu, jekk ikun qed jagħtih xi attakk tal-qalb, żgur li mhux se tistħi ċċempel tabib. Għala? Minħabba li tkun qed tiffaċċja emerġenza. Int tirrealizza li hemm bżonn l-għajnuna mingħand xi ħadd tas-sengħa. Jekk ma tistaqsix għall-għajnuna jistaʼ jkun hemm konsegwenzi fatali. B’mod simili, il-Kristjani veri jiffaċċjaw emerġenza kontinwa, biex ngħidu hekk. Il-fatt hu li Satana qed idur bħal “iljun jgħajjat,” u qed jipprova jiblagħna. (1 Pietru 5:8) Sabiex nibqgħu ħajjin spiritwalment, l-għajnuna taʼ l-ispirtu t’Alla hija bżonnjuża ħafna. Jekk ma nistaqsux għall-għajnuna t’Alla, dan jistaʼ jkun fatali. Għalhekk, b’persistenza bla mistħija aħna nitolbu lil Alla għall-ispirtu qaddis tiegħu. (Efesin 3:14-16) Huwa biss billi nagħmlu dan li se nżommu s-saħħa li għandna bżonn biex ‘nissaportu sat-tmiem.’—Mattew 10:22; 24:13.
-