LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Ġeħova Jagħti “l-Ispirtu Qaddis lil Dawk li Jitolbuh”
    It-Torri tal-Għassa—2006 | Diċembru 15
    • 5. It-​tixbiha dwar ir-​raġel persistenti x’tgħallimna dwar l-​attitudni tagħna meta nitolbu?

      5 Din it-​tixbiha ċara taʼ raġel persistenti turi kif għandha tkun l-​attitudni tagħna meta nitolbu. Innota li Ġesù jgħid li r-​raġel jirnexxilu jikseb dak li jkollu bżonn “għax dan jippersisti bla mistħija.” (Luqa 11:8) L-​espressjoni “jippersisti bla mistħija” tidher darba biss fil-​Bibbja. Spiss il-​fatt li ma tistħix jitqies bħala kwalità ħażina. Madankollu, meta jkun hemm nuqqas taʼ mistħija jew turija taʼ persistenza għal raġuni tajba, din tistaʼ tkun kwalità taʼ min ifaħħarha. Dan hu l-​każ taʼ dak li ried jilqaʼ lil ħabibu għandu f’din it-​tixbiha. Ma jħoss ebda mistħija talli staqsa b’mod persistenti għal dak li kellu bżonn. Ladarba Ġesù jippreżenta lir-​raġel li ried jilqaʼ lil ħabibu għandu bħala eżempju għalina, bl-​istess mod, it-​talb tagħna għandu jkun persistenti. Ġeħova jridna ‘nibqgħu nitolbu, nibqgħu nfittxu, u nibqgħu nħabbtu.’ Bi tweġiba, hu se “jagħti l-​ispirtu qaddis lil dawk li jitolbuh.”

  • Ġeħova Jagħti “l-Ispirtu Qaddis lil Dawk li Jitolbuh”
    It-Torri tal-Għassa—2006 | Diċembru 15
    • 9, 10. (a) Agħti tixbiha li turi għala għandna bżonn inkunu persistenti meta nistaqsu lil Alla għall-​ispirtu tiegħu. (b) Liema mistoqsija għandna nistaqsu lilna nfusna, u għala?

      9 Sabiex napplikaw din il-​lezzjoni għal żmienna, immaġina li wieħed mill-​membri tal-​familja tiegħek jimrad f’nofs taʼ lejl. Sejjer tqajjem tabib biex tistaqsih għall-​għajnuna? Mhux jekk il-​pazjent għandu xi ħaġa żgħira. Madankollu, jekk ikun qed jagħtih xi attakk tal-​qalb, żgur li mhux se tistħi ċċempel tabib. Għala? Minħabba li tkun qed tiffaċċja emerġenza. Int tirrealizza li hemm bżonn l-​għajnuna mingħand xi ħadd tas-​sengħa. Jekk ma tistaqsix għall-​għajnuna jistaʼ jkun hemm konsegwenzi fatali. B’mod simili, il-​Kristjani veri jiffaċċjaw emerġenza kontinwa, biex ngħidu hekk. Il-​fatt hu li Satana qed idur bħal “iljun jgħajjat,” u qed jipprova jiblagħna. (1 Pietru 5:8) Sabiex nibqgħu ħajjin spiritwalment, l-​għajnuna taʼ l-​ispirtu t’Alla hija bżonnjuża ħafna. Jekk ma nistaqsux għall-​għajnuna t’Alla, dan jistaʼ jkun fatali. Għalhekk, b’persistenza bla mistħija aħna nitolbu lil Alla għall-​ispirtu qaddis tiegħu. (Efesin 3:​14-​16) Huwa biss billi nagħmlu dan li se nżommu s-​saħħa li għandna bżonn biex ‘nissaportu sat-​tmiem.’​—Mattew 10:22; 24:13.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja