-
“Għalkemm Miet, Għadu Jitkellem”Imita l-Fidi Tagħhom
-
-
5. Ġesù x’ried ifisser bl-istqarrija tiegħu meta assoċja lil Abel mat-“tisjis tad-dinja”? (Ara wkoll in-nota taʼ taħt.)
5 Abel twieled fil-bidu tal-istorja umana. Ġesù iktar tard tkellem dwar Abel bħala li għex fi żmien “it-tisjis tad-dinja.” (Aqra Luqa 11:50, 51.) Evidentement Ġesù ried ifisser id-dinja taʼ nies li għandhom mnejn jiġu mifdijin mid-dnub. Filwaqt li Abel kien ir-rabaʼ bniedem li eżista, milli jidher hu kien l-ewwel wieħed li Alla ra li jistħoqqlu jiġi mifdi.a B’mod ċar, Abel ma trabbiex fost nies li għexu ħajja eżemplari.
-
-
“Għalkemm Miet, Għadu Jitkellem”Imita l-Fidi Tagħhom
-
-
a L-espressjoni “t-tisjis tad-dinja” tinvolvi l-idea taʼ prokreazzjoni, u b’hekk għandha x’taqsam mal-bidu tan-nisel uman. Però, Ġesù għala assoċja lil Abel mat-“tisjis tad-dinja” u mhux lil Kajjin, li kien l-ewwel bniedem li twieled? Id-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet taʼ Kajjin wassluh għal ribelljoni intenzjonata kontra Alla Ġeħova. Bħall-ġenituri tiegħu, Kajjin ma jidhirx li se jiġi rxoxtat u mifdi.
-