LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w90 3/1 pp. 4-5
  • In-Nuqqas taʼ Twemmin Stinat tal-Fariżej

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • In-Nuqqas taʼ Twemmin Stinat tal-Fariżej
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Materjal Simili
  • Il-Fariżej Ma Jridux Jemmnu
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Il-Fariżej jiffaċċjaw lir-raġel li kien agħma
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Ġesù jfejjaq raġel li twieled agħma
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Ifejjaq Raġel Imwieled Agħma
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
w90 3/1 pp. 4-5

Il-​Ħajja u l-​Ministeru taʼ Ġesù

In-​Nuqqas taʼ Twemmin Stinat tal-​Fariżej

IL-​ĠENITURI taʼ dak li darba kien tallab għami qed jibżgħu meta jiġu msejħin quddiem il-​Fariżej. Huma jafu li ġie ddeterminat li jiġi mkeċċi mis-​sinagoga kull min jesprimi fidi f’Ġesù. Dan il-​qtugħ taʼ sħubija minn maʼ oħrajn fil-​komunità jistaʼ jkun taʼ tbatija tremenda, speċjalment għal familja fqira. Għalhekk il-​ġenituri huma attenti ħafna.

“Huwa dan binkom li intom tgħidu twieled għami?” jistaqsu l-​Fariżej. “Kif, mela, inhu li jara fil-​preżent?”

“Aħna nafu li dan huwa binna u li kien imwieled għami,” jikkonfermaw il-​ġenituri. “Imma kif issa qiegħed jara ma nafux, jew min fetaħlu għajnejh ma nafux.” Żgur li binhom qalilhom dak kollu li ġara, imma l-​ġenituri jgħidu bil-​għaqal: “Staqsu lilu. Għandu l-​età. Irid jitkellem għalih innifsu.”

Għalhekk, il-​Fariżej jerġgħu jsejħu lir-​raġel. Din id-​darba huma jippruvaw jintimidawh billi jindikaw li ġabru xi evidenza li tinkrimina lil Ġesù. “Agħti glorja lil Alla,” huma jitolbu. “Aħna nafu li dan ir-​raġel huwa midneb.”

Ir-raġel li darba kien għami ma jiċħadx l-​akkuża tagħhom, billi josserva: “Jekk huwiex midneb ma nafx.” Imma hu jżid: “Ħaġa waħda naf, li, fil-​waqt li kont għami, jien nara fil-​preżent.”

Biex jippruvaw isibu difett fix-​xiehda tiegħu, il-​Fariżej jerggħu jistaqsu: “X’għamillek? Kif fetaħlek għajnejk?”

“Għidtilkom diġà,” jilmenta r-​raġel, “u madankollu intom ma smajtux. Għala tridu terġgħu tisimgħuh dan?” B’mod sarkastiku, hu jistaqsi: “Ma tridux issiru d-​dixxipli tiegħu wkoll, hux hekk?”

Din it-​tweġiba tirrabja lill-​Fariżej. “Inti dixxiplu taʼ dak ir-​raġel,” huma jakkużaw, “imma aħna dixxipli taʼ Mosè. Aħna nafu li Alla tkellem maʼ Mosè; imma nkwantu għal dan ir-​raġel, ma nafux mnejn hu.”

Waqt li jinħasad, it-​tallab umli jwieġeb: “Din żgur li hi ħaġa tal-​għaġeb, li ma tafux mnejn hu, u madankollu hu fetaħli għajnejja.” Liema konklużjoni għandha tittieħed minn dan? It-​tallab jiġbed l-​attenzjoni lejn l-​argument aċċettat: “Aħna nafu li Alla ma jismax mill-​midinbin, imma jekk xi ħadd jibżaʼ minn Alla u jagħmel ir-​rieda tiegħu, hu jismaʼ minn dan il-​wieħed. Mill-​qedem qatt ma nstemaʼ li xi ħadd fetaħ il-​għajnejn taʼ wieħed imwieled għami.” B’hekk, il-​konklużjoni għandha tkun ovvja: “Kieku dan ir-​raġel ma kienx minn Alla, hu ma setaʼ jagħmel xejn affattu.”

Il-Fariżej m’għandhom ebda tweġiba għal loġika ċara u onesta bħal din. Huma ma jistgħux jiffaċċjaw il-​verità, u għalhekk huma jgħajru lir-​raġel: “Inti kont imwieled għalkollox fid-​dnubiet, u madankollu qed tgħallem lilna?” Għal dan, huma jitfgħu lir-​raġel ’il barra, billi mid-​dehra jkeċċuh mis-​sinagoga.

Meta Ġesù jsir jaf b’dak li huma għamlu, hu jsib lir-​raġel u jgħid: “Qiegħed int tpoġġi fidi f’Bin il-​bniedem?”

“Min huwa, sinjur,” iwieġeb it-​tallab li darba kien għami, “biex inkun nistaʼ npoġġi fidi fih?”

“Dak li qiegħed jitkellem miegħek huwa dak il-​wieħed,” iwieġeb Ġesù.

Minnufih, ir-​raġel jitbaxxa quddiem Ġesù u jgħid: “Jien tassew inpoġġi fidi fih, Mulej.”

Ġesù mbagħad jispjega: “Għal dan il-​ġudiżzju jien ġejt ġo din id-​dinja: biex dawk li mhux qed jaraw jistgħu jaraw u dawk li qed jaraw jistgħu jsiru għomja.”

Għal dan, xi Fariżej li qegħdin jisimgħu jistaqsu: “Aħna m’aħniex għomja wkoll, hux hekk?” Kieku kellhom jirrikonoxxu li huma kienu għomja mentalment, kien ikun hemm skuża għall-​oppożizzjoni tagħhom lejn Ġesù. Bħalma jgħidilhom Ġesù: “Kieku kontu għomja, ma kien ikollkom ebda dnub.” Madankollu, huma, b’qalb iebsa, jinsistu li m’humiex għomja u ma jeħtieġu ebda tidwil spiritwali. Għalhekk Ġesù josserva: “Issa intom tgħidu, ‘Aħna naraw.’ Id-​dnub tagħkom jibqaʼ.” Ġwann 9:19-41.

◆ Il-​ġenituri tat-​tallab li darba kien għami għala huma beżgħana meta jiġu msejħin quddiem il-​Fariżej, u għalhekk kif iwieġbu b’attenzjoni kbira?

◆ Il-​Fariżej kif jippruvaw jintimidaw lir-​raġel li darba kien għami?

◆ Liema argument loġiku tar-​raġel jimla bil-​korla lill-​Fariżej?

◆ Il-​Fariżej għala huma bla skuża għall-​oppożizzjoni tagħhom lejn Ġesù?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja