LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Aqdi lil Ġeħova mingħajr ma tiġi aljenat
    It-Torri tal-Għassa—2015 | Ottubru 15
    • 1, 2. Ġesù għala kien iħobb lil Marta, imma liema żball għamlet li juri li ma kinitx perfetta?

      META toqgħod taħseb fuq Marta oħt Lazzru, x’tip taʼ persuna timmaġina? Il-​Bibbja turi li Marta kienet ħabiba ħafna maʼ Ġesù, u l-​Bibbja tgħid li kien iħobbha. Ovvjament, Marta ma kinitx l-​unika mara li Ġesù kien iħobb u jirrispetta. Pereżempju, Marija, li tiġi oħt Marta, ukoll kienet ħabiba mill-​qrib taʼ Ġesù. U Ġesù ħabb lil ommu stess, Marija. (Ġwanni 11:5; 19:25-​27) Allura Ġesù għala kien iħobb lil Marta?

  • Aqdi lil Ġeħova mingħajr ma tiġi aljenat
    It-Torri tal-Għassa—2015 | Ottubru 15
    • 4 Imma Marta kienet aljenata. Hi kienet okkupata tipprepara ikla speċjali għal Ġesù u tagħmel ħafna affarijiet oħra biex tgħinu jħossu komdu kemm jistaʼ jkun. Meta rat li Marija ma kinitx qed tgħinha, bdiet tirrita ruħha u tgerger maʼ Ġesù. Hu kien jaf li Marta kienet qed tipprova tagħmel wisq, u allura b’qalb tajba qal: “Marta, Marta, int ansjuża u mifxula dwar ħafna affarijiet.” Hu ssuġġerixxa wkoll li ikla sempliċi, forsi platt wieħed, kien ikun biżżejjed. Imbagħad Ġesù faħħar lil Marija talli kienet qed tisimgħu b’attenzjoni kbira. Hu qal: “Min-​naħa tagħha, Marija għażlet l-​aħjar sehem, u mhux se jittiħdilha.” Marija forsi maż-​żmien kienet insiet x’kielet matul l-​ikla, imma bla dubju hi qatt ma nsiet l-​affarijiet li tgħallmet minn Ġesù u l-​mod kif faħħarha. Iktar minn 60 sena wara, l-​appostlu Ġwanni kiteb: “Ġesù kien iħobbhom lil Marta u lil oħtha.” (Ġwanni 11:5) Dan il-​kliem juri li Marta aċċettat il-​korrezzjoni bi mħabba taʼ Ġesù u qdiet lil Ġeħova b’lealtà għall-​kumplament taʼ ħajjitha.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja