-
“Is-Siegħa Tiegħu Kienet Għadha Ma Waslitx”It-Torri tal-Għassa—2000 | Settembru 15
-
-
17. (a) Ġesù x’messaġġ urġenti jirċievi waqt li qed jippriedka fil-Perea? (b) X’juri li Ġesù hu konxju kemm taʼ l-iskop taʼ dak li jrid jagħmel kif ukoll taż-żmien imwaqqat?
17 Il-messaġġ urġenti ġej mingħand Marta u Marija, ħut Lazzru, li jgħixu Betanja, fil-Ġudea. “Mulej, ara, ħabibek marid,” jgħid il-messaġġier. “Din m’hijiex marda tal-mewt,” iwieġeb Ġesù, “iżda hi għall-glorja taʼ Alla, biex biha tingħata glorja lill-Iben taʼ Alla.” Biex ikun jistaʼ jitwettaq dan l-għan, Ġesù jibqaʼ apposta jumejn oħra fil-post fejn qiegħed. Imbagħad jgħid lid-dixxipli tiegħu: “Ejjew nerġgħu mmorru l-Lhudija.” Mimlijin stagħġib, huma jwiġbuh: “Rabbi, il-Lhud għadhom kemm kienu qegħdin ifittxu li jħaġġruk, u int rieġa’ sejjer hemm?” Imma Ġesù jaf li dak li baqaʼ ‘mis-sigħat taʼ bi nhar,’ jew iż-żmien li tah Alla biex iwettaq il-ministeru tiegħu fuq l-art, huwa qasir. Hu jaf eżatt x’irid jagħmel u għala.—Ġwann 11:1-10.
-
-
“Is-Siegħa Tiegħu Kienet Għadha Ma Waslitx”It-Torri tal-Għassa—2000 | Settembru 15
-
-
21. Il-miraklu taʼ l-irxoxt taʼ Lazzru jservi bħala introduzzjoni għal liema ħaġa?
21 Għalhekk, billi jdum ma jasal f’Betanja, Ġesù jistaʼ jwettaq dan il-miraklu li ħadd ma jistaʼ jinjorah. Bis-setgħa mogħtija lilu minn Alla, Ġesù jirxoxta raġel li ilu mejjet erbat ijiem. Minkejja l-pożizzjoni għolja tiegħu, is-Sinedriju kellu jinnota u jikkundanna għall-mewt lil dan il-Wieħed li jagħmel il-mirakli! B’hekk, dan il-miraklu jservi bħala introduzzjoni għal bidla importanti ħafna fil-ministeru taʼ Ġesù—il-bidla miż-żmien taʼ meta s-“siegħa tiegħu kienet għadha ma waslitx” għaż-żmien meta “waslet is-siegħa.”
-