LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Miljuni li Issa Mejtin Se Jerġgħu Jgħixu
    It-Torri tal-Għassa—1990 | Awwissu 1
    • Kif ħassu Ġesù għall-​mewt taʼ Lażżru jirrivela aspett teneru ħafna taʼ l-​Iben t’Alla. Ix-​xewqat profondi tiegħu f’din l-​okkażjoni jindikaw b’mod ċar ix-​xewqa intensa biex jirxoxta l-​mejtin. Aħna naqraw: “Marija, meta waslet fejn kien Ġesù u lemħitu, nxteħtet f’riġlejh, tgħidlu: ‘Mulej, kieku kont hawn, ħija ma kienx imut.’ Ġesù, għalhekk, meta raha tibki u l-​Lhud li ġew magħha jibku, tniegħed fl-​ispirtu u sar inkwetat; u qal: ‘Fejn qigħedtuh?’ Qalulu: ‘Mulej, ejja u ara.’ Ġesù qabiżlu d-​dmugħ. Għalhekk il-​Lhud bdew igħidu: ‘Ara, kemm kien miġbud lejh!’”—Ġwann 11:32-36.

  • Miljuni li Issa Mejtin Se Jerġgħu Jgħixu
    It-Torri tal-Għassa—1990 | Awwissu 1
    • L-espressjoni tradotta “inkwetat” tiġi minn kelma Griega (ta·rasʹso) li tindika aġitazzjoni. Skond The New Thayer’s Greek-English Lexicon of the New Testament, tfisser “li tikkaġuna f’dak li jkun taqlib minn ġewwa, . . . li teffettwa b’uġigħ jew niket kbir.” L-​espressjoni “qabiżlu d-​dmugħ” tiġi minn verb Grieg (da-kryʹo) li jfisser “jaqbiżlek id-​dmugħ, tibki bla ħoss.” Dan huwa f’kuntrast mal-​“biki” taʼ Marija u tal-​Lhud li kienu magħha, msemmi fi Ġwann 11:33. Hemmhekk il-​kelma Griega (minn klaiʹo) użata tfisser li tibki b’mod li tinstemaʼ jew li tgħajjat.d

      Ġesù, hemm, kien imqanqal profondament mill-​mewt tal-​għażiż ħabib tiegħu Lażżru u għad-​dehra taʼ oħt Lażżru tibki. Qalb Ġesù tant kienet mimlija bl-​emozzjoni li għajnejh imtlew bid-​dmugħ. Dak li tant jispikka hu li Ġesù kien qabel ġab lil tnejn oħra lura għall-​ħajja. U f’din l-​okkażjoni hu kellu l-​intenzjoni sħiħa li jagħmel l-​istess lil Lażżru. (Ġwann 11:11, 23, 25) Madankollu, hu “qabiżlu d-​dmugħ.” Li jirrestawra lill-​bnedmin għall-​ħajja, mela, mhix xi sempliċi proċedura għal Ġesù. Is-​sentimenti teneri u profondi tiegħu kif murijin f’din l-​okkażjoni jindikaw biċ-​ċar ix-​xewqa intensa tiegħu biex isolvi l-​ħerba tal-​mewt.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja