LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • jy kap. 91 p. 214-p. 215 para. 4
  • Lazzru jiġi rxoxtat

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Lazzru jiġi rxoxtat
  • Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Materjal Simili
  • Meta Lażżru Jiġi Rxoxtat
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Il-Qassis il-Kbir li Kkundanna lil Ġesù
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Ġesù jittieħed għand Anna, imbagħad għand Kajfa
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Ġesù jqajjem lil Lazzru mill-mewt
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
Ara Iżjed
Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
jy kap. 91 p. 214-p. 215 para. 4
Marta u Marija jħarsu hekk kif Ġesù jirxoxta lil ħuhom

KAPITLU 91

Lazzru jiġi rxoxtat

ĠWANNI 11:38-​54

  • L-​IRXOXT TAʼ LAZZRU

  • IL-​MEMBRI TAS-​SINEDRIJU JIPPJANAW BIEX JOQTLU LIL ĠESÙ

Wara li Ġesù jiltaqaʼ maʼ Marta u mbagħad maʼ Marija viċin Betanja, huma jmorru ħdejn il-​qabar tat-​tifkira taʼ Lazzru. Dan hu għar b’ġebla kbira quddiem id-​daħla. Ġesù jgħidilhom: “Neħħu l-​ġebla.” Marta tesprimi t-​tħassib tagħha għax ma tafx Ġesù x’biħsiebu jagħmel. “Mulej,” tgħid hi, “s’issa żgur niten għax ilu erbat ijiem” mejjet. Imma Ġesù jgħidilha: “M’għedtlekx li jekk temmen tara l-​glorja t’Alla?”—Ġwanni 11:39, 40.

Għalhekk, titneħħa l-​ġebla. Ġesù mbagħad jerfaʼ għajnejh lejn is-​sema u jitlob: “Missier, nirringrazzjak li smajtni. Veru, kont naf li dejjem tismagħni; imma għedt dan minħabba l-​folla li qiegħda madwari, sabiex jemmnu li int bgħattni.” It-​talba fil-​pubbliku taʼ Ġesù turi lil dawk li qed jarawh li dak li se jagħmel hu bil-​qawwa t’Alla. Imbagħad Ġesù jgħajjat b’leħen qawwi: “Lazzru, oħroġ!” U Lazzru joħroġ, b’idejh u b’saqajh infaxxati u wiċċu mgħotti b’ċarruta. Ġesù jgħid: “Ħolluh u ħalluh imur.”—Ġwanni 11:41-​44.

Ħafna Lhud li ġew biex ifarrġu lil Marija u lil Marta jaraw dan il-​miraklu u jpoġġu l-​fidi f’Ġesù. Imma oħrajn imorru jgħidu lill-​Fariżej x’għamel Ġesù. Il-​Fariżej u l-​qassisin ewlenin ilaqqgħu s-​Sinedriju, il-​Qorti Superjuri Lhudija. Din il-​ġemgħa tinkludi l-​qassis il-​kbir, Kajfa. Xi wħud minnhom jilmentaw: “X’se nagħmlu, għax dan ir-​raġel qed iwettaq ħafna sinjali? Jekk inħalluh sejjer hekk, kulħadd ipoġġi l-​fidi fih, u jiġu r-​Rumani u jiħdulna postna u ġensna.” (Ġwanni 11:47, 48) Għalkemm semgħu x-​xhieda taʼ dawk li raw b’għajnejhom stess li Ġesù qed “iwettaq ħafna sinjali,” dawn l-​irġiel ma jifirħux b’dak li Alla qed jagħmel permezz tiegħu. Dak li jinteressahom l-​iktar hu l-​pożizzjoni u l-​awtorità tagħhom stess.

Xi Lhud jgħidu lill-Fariżej dwar l-irxoxt taʼ Lazzru

Il-​fatt li Lazzru ġie mqajjem mill-​mewt hu bħal daqqa taʼ ħarta għas-​Sadduċej, li ma jemmnux fl-​irxoxt. Kajfa, li hu wieħed mis-​Sadduċej, issa jitkellem u jgħid: “Intom ma tafu xejn, u m’intomx tirraġunaw li hu għall-​ġid tagħkom li raġel wieħed imut għan-​nom tan-​nies u ma jinqeridx il-​ġens kollu kemm hu.”—Ġwanni 11:49, 50; Atti 5:17; 23:8.

Hu minħabba l-​kariga sagra taʼ Kajfa li Alla jġiegħlu jgħid dan—ma jgħidux “minnu nnifsu.” Kajfa jrid ifisser li Ġesù għandu jinqatel biex ma jkomplix idgħajjef l-​awtorità u l-​influwenza tal-​mexxejja reliġjużi Lhud. Però, il-​profezija taʼ Kajfa tipponta lejn il-​fatt li permezz taʼ mewtu, Ġesù kien se jipprovdi fidwa, mhux biss għal-​Lhud, imma għall-​“ulied [kollha ta’] Alla li huma mxerrdin.”—Ġwanni 11:51, 52.

Kajfa jirnexxilu jinfluwenza lill-​membri tas-​Sinedriju biex jippjanaw il-​qtil taʼ Ġesù. Jistaʼ jkun li Nikodemu, membru tas-​Sinedriju li hu ħabib taʼ Ġesù, jgħidlu b’dawn il-​pjanijiet? Jgħidlu jew ma jgħidlux, Ġesù jitlaq mill-​inħawi taʼ Ġerusalemm, u b’hekk jevita li jinqatel qabel iż-​żmien stabbilit t’Alla.

  • Dawk li jaraw l-​irxoxt taʼ Lazzru kif jirreaġixxu?

  • X’jikxef il-​ħażen tal-​membri tas-​Sinedriju?

  • Minkejja l-​intenzjonijiet taʼ Kajfa, Alla xi jġiegħlu jipprofetizza?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja