LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 1/08 pp. 28-29
  • X’Jiġri fil-Mewt?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Jiġri fil-Mewt?
  • Stenbaħ!—2008
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’Jiġri minn Ħsibijietna?
  • Aħbar Tajba dwar il-​Mewt
  • X’Jiġri Meta Tmut?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • X’Jiġri Mal-Mewt?
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • X’Jiġrilhom il-Maħbubin Mejtin Tagħna?
    Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem
  • X’Tama Hemm għall-Maħbubin Tagħna li Mietu?
    X’Tama Hemm għall-Maħbubin Mejtin?
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2008
g 1/08 pp. 28-29

Il-​Ħarsa tal-​Bibbja

X’Jiġri fil-​Mewt?

MA KIENX l-​iskop t’Alla li wliedu l-​bnedmin imutu. (Rumani 8:20, 21) Fil-​fatt, meta Ġeħova kellem lil Adam dwar il-​mewt għall-​ewwel darba, din ma ssemmietx bħala riżultat li kellu jistennieh b’mod naturali, imma bħala l-​kastig minħabba diżubbidjenza lejn Alla. (Ġenesi 2:17) Adam kien jaf xi tfisser il-​mewt, ladarba kien jara l-​annimali jmutu.

Adam dineb, u bata l-​konsegwenza tal-​mewt billi miet fl-​età taʼ 930 sena. (Ġenesi 5:5; Rumani 6:23) Peress li ġie mkeċċi mill-​familja t’Alla minħabba d-​diżubbidjenza, hu ma baqax jiġi kunsidrat bħala iben t’Alla. (Dewteronomju 32:5) Il-​Bibbja tgħid hekk dwar il-​konsegwenzi koroh għall-​umanità: “Bħalma permezz taʼ bniedem wieħed id-​dnub daħal fid-​dinja, u permezz tad-​dnub il-​mewt, u b’hekk il-​mewt infirxet fuq il-​bnedmin kollha għax kollha dinbu.”—Rumani 5:12.

X’Jiġri minn Ħsibijietna?

Il-​Bibbja tgħid ukoll: “Dak li jiġri lill-​bniedem jiġri lill-​bhima, għax it-​tnejn tmiem wieħed għandhom; bħalma tmut il-​bhima jmut ukoll il-​bniedem, għax l-​istess hu nifs il-​ħajja li hemm fihom ilkoll. Xejn m’hu aħjar il-​bniedem mill-​bhima; ladarba kollox hu frugħa. Lejn l-​istess post imorru t-​tnejn; lkoll mit-​trab saru, u lkoll lejn it-​trab jerġgħu jmorru.” (Koħèlet 3:19, 20) Xi jfisser li lejn it-​trab jerġgħu jmorru?

L-espressjoni “lejn it-​trab jerġgħu jmorru” tfakkarna fl-​istqarrija li Alla għamel lill-​ewwel bniedem: “Trab int, u fit-​trab terġaʼ tmur.” (Ġenesi 3:19) Dan ifisser li l-​bnedmin, bħall-​annimali, huma ħolqien fiżiku. Aħna m’aħniex xi spirti li sempliċement qed ngħixu f’ġisem tad-​demm u l-​laħam. Il-​fakultajiet mentali tagħna ma jistgħux jibqgħu jiffunzjonaw wara li ġisimna jmut. Rigward bniedem li jmut, il-​Bibbja tgħid: “[“Jieqaf nifsu,” KŻ], lejn l-​art jerġaʼ jmur; jintemmu dakinhar ħsibijietu.”—Salm 146:4.

Jekk dan hu dak li jiġri, f’liema kundizzjoni huma l-​mejtin? Il-​Kelma t’Alla tagħti tweġiba ċara: “Il-​ħajjin, għallinqas, jafu li għad imutu, iżda l-​mejtin ma jafu xejn.” (Koħèlet 9:5) Minflok ma tgħid li l-​mewt hija bħal ħabib li jilqagħna għal ħajja aħjar, fil-​Bibbja din hi msejħa “l-​aħħar għadu,” minħabba li ttemm l-​attivitajiet kollha tagħna. (1 Korintin 15:26; Koħèlet 9:10) Ifisser dan li l-​mewt hija kundizzjoni bla tama?

Aħbar Tajba dwar il-​Mewt

Għal miljuni taʼ bnedmin, il-​mewt hija bħal raqda li se jiġu mqajmin minnha. Darba minnhom, Ġesù qal lid-​dixxipli tiegħu dwar seħibhom li kien miet: “Il-​ħabib tagħna Lazzru mar jistrieħ, imma jien se mmur inqajmu mill-​irqad.” Meta Ġesù kien fi triqtu lejn il-​qabar tat-​tifkira, hu ltaqaʼ maʼ folla nies li kienu qed jibkuh. Hekk kif wasal ħdejn il-​qabar, hu ta ordni biex jinfetaħ il-​qabar u għajjat: “Lazzru oħroġ!” Ir-​raġel li kien ilu mejjet erbat ijiem ħareġ. (Ġwanni 11:11-14, 39, 43, 44) Ladarba ġisem Lazzru kien qed jitħassar, Ġesù wera b’dan il-​mod li Alla jistaʼ jiftakar kollox dwar il-​mejtin—il-​personalità, il-​memorja, u l-​apparenza tagħhom. Hu jistaʼ jerġaʼ jagħtihom il-​ħajja. F’okkażjoni oħra Ġesù qal: “Ġejja s-​siegħa li fiha dawk kollha li qegħdin fl-​oqbra tat-​tifkira jisimgħu leħnu [jiġifieri, leħen Ġesù] u joħorġu.”—Ġwanni 5:28, 29.

Il-Bibbja tipprovdilna iktar aħbarijiet tajbin, billi tgħid: “Bħala l-​aħħar għadu, il-​mewt se tinġieb fix-​xejn.” (1 Korintin 15:26) Qatt iżjed ma se jkun kemm uħud imnikktin li se jkollhom imorru ċ-​ċimiterju biex jidfnu maħbub tagħhom li miet. Il-​Bibbja tgħid: “Ma jkunx hemm iżjed mewt.” (Rivelazzjoni 21:4) Ma taqbilx int li l-​ħarsa tal-​Bibbja dwar dak li jiġri fil-​mewt hija waħda taʼ faraġ?

QATT ĦSIBT DWAR DAN?

◼ Jafu xi ħaġa l-​mejtin?—Koħèlet 9:5.

◼ Hija l-​mewt tal-​bnedmin kundizzjoni bla tama?—Ġwanni 5:28, 29.

[Kumment f’paġna 29]

“[“Jieqaf nifsu,” Karm Żammit] lejn l-​art jerġaʼ jmur; jintemmu dakinhar ħsibijietu.”—Salm 146:4

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja