LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Fittex lil Jehovah għall-Faraġ
    It-Torri tal-Għassa—1996 | Novembru 1
    • 14. (a) Ġesù liema wegħda għamel fil-​lejl taʼ qabel ma miet? (b) X’inhu neċessarju jekk irridu nibbenefikaw bis-​sħiħ mill-​faraġ taʼ l-​ispirtu qaddis t’Alla?

      14 Fil-​lejl taʼ qabel ma miet, Ġesù għamilha ċara lill-​appostli leali tiegħu li hu dalwaqt kien se jitlaqhom u jirritorna għand Missieru. Dan inkwetahom u nikkithom. (Ġwann 13:33, 36; 14:27-​31) Billi rrikonoxxa l-​bżonn tagħhom għall-​faraġ kontinwu, Ġesù wegħedhom: “Jiena nitlob lill-​Missier, u hu jagħtikom Difensur ieħor biex jibqaʼ dejjem magħkom.” (Ġwann 14:16) Ġesù hawnhekk kien qiegħed jirreferi għall-​ispirtu qaddis t’Alla, li ġie msawwab fuq id-​dixxipli tiegħu 50 jum wara l-​irxoxt tiegħu.a Fost affarijiet oħrajn, l-​ispirtu t’Alla farraġhom matul il-​provi tagħhom u saħħaħhom biex ikomplu jagħmlu r-​rieda t’Alla. (Atti 4:31) Madankollu, għajnuna bħal din m’għandhiex tiġi meqjusa bħala xi ħaġa awtomatika. Biex jibbenefika minnha bis-​sħiħ, kull Kristjan irid ikompli jitlob għall-​għajnuna li tfarraġ li Alla jipprovdi permezz taʼ l-​ispirtu qaddis tiegħu.—Luqa 11:13.

  • Fittex lil Jehovah għall-Faraġ
    It-Torri tal-Għassa—1996 | Novembru 1
    • a Waħda mill-​funzjonijiet prinċipali taʼ l-​ispirtu t’Alla fuq il-​Kristjani taʼ l-​ewwel seklu kienet li jidlikom bħala wlied spiritwali adottivi t’Alla u bħala ħut Ġesù. (2 Korintin 1:21, 22) Dan huwa rriservat biss għall-​144,000 dixxiplu taʼ Kristu. (Apokalissi 14:1, 3) Illum il-​maġġoranza l-​kbira tal-​Kristjani ġentilment ġew mogħtijin it-​tama taʼ ħajja taʼ dejjem fuq art magħmula ġenna. Għalkemm mhux midlukin, huma wkoll jirċievu l-​għajnuna u l-​faraġ taʼ l-​ispirtu qaddis t’Alla.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja