Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna
7-13 taʼ Mejju
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | MARKU 7-8
“Erfaʼ z-zokk tat-tortura tiegħek u ibqaʼ miexi warajja”
nwtsty nota taʼ studju dwar Mk 8:34
ħa jiċħad lilu nnifsu: Jew “ħa jċedi d-drittijiet tiegħu kollha.” Dan jindika li persuna minn jeddha tkun lesta li tiċħad lilha nfisha għalkollox jew tkun lesta li tagħti lilha nfisha lil Alla. Il-frażi Griega tistaʼ tiġi tradotta “għandha tgħid le lilha nfisha,” u din il-frażi hi xierqa għax dan jistaʼ jinvolvi li tgħid le għax-xewqat, l-ambizzjonijiet, jew il-benefiċċji persunali. (2Ko 5:14, 15) Meta Marku tkellem dwar meta Pietru ċaħad lil Ġesù, Marku uża l-istess verb Grieg.—Mk 14:30, 31, 72.
Kif Qiegħed Tiġri fit-Tellieqa Għall-Ħajja?
14 “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja,” qal Ġesù Kristu lil ġemgħa taʼ dixxipli u oħrajn, “ħa jiċħad lilu nnifsu (jew, “hu jrid igħid, ‘Le’ lilu nnifsu,” Charles B. Williams) u jerfaʼ z-zokk tat-tortura tiegħu u jsegwini kontinwament.” (Mark 8:34) Meta naċċettaw din l-istedina, aħna rridu nkunu ppreparati li nagħmlu dan “kontinwament,” mhux għaliex hemm xi mertu speċjali fiċ-ċaħda tagħna nfusna, imma għaliex mument wieħed taʼ nuqqas taʼ attenzjoni, nuqqas wieħed taʼ ġudizzju tajjeb, jistaʼ jħassar dak kollu li nbena, saħansitra jtellfilna l-futur etern tagħna. Progress spiritwali normalment isir b’rata x’aktarx bil-mod, imma kemm jistaʼ jitħassar malajr jekk ma noqogħdux attenti kontinwament!
14-20 taʼ Mejju
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | MARKU 9-10
“Viżjoni li ssaħħaħ il-fidi”
nwtsty nota taʼ studju dwar Mk 9:7
leħen: Din hi t-tieni darba mit-tliet darbiet li tidher fl-Evanġelji fejn Ġeħova tkellem direttament mal-bnedmin.—Ara noti taʼ studju dwar Mk 1:11; Ġw 12:28.
Ħaffer għal ġawhar spiritwali
nwtsty noti taʼ studju dwar Mk 10:17, 18
Għalliem Tajjeb: Dan ir-raġel milli jidher kien qed juża l-kliem “Għalliem Tajjeb” bħala titlu formali u taʼ tifħir. Dan għax il-mexxejja reliġjużi normalment kienu jistennew li jkollhom unur bħal dan. Filwaqt li Ġesù m’għamel l-ebda oġġezzjoni meta sejħulu “Għalliem” u “Mulej,” għax hu fil-fatt hekk kien (Ġw 13:13), hu ta l-unur kollu lil Missieru.
Ħadd m’hu tajjeb, ħlief Alla biss: Hawnhekk Ġesù kien qed jirrikonoxxi li Ġeħova hu l-aqwa livell taʼ dak li hu tajjeb, il-Wieħed li għandu d-dritt sovran li jiddeċiedi x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin. Meta Adam u Eva rribellaw billi kielu mis-siġra tal-għarfien tat-tajjeb u l-ħażin, huma pprovaw jieħdu dak id-dritt. Għall-kuntrarju tagħhom, Ġesù b’mod umli jħalli lil Missieru jagħmel il-livelli. Alla jgħallimna x’inhu tajjeb permezz tal-liġijiet u l-prinċipji li nsibu fil-Kelma tiegħu.—Mk 10:19.
GĦIX BĦALA KRISTJAN
“Dak li Alla għaqqad flimkien . . . ”
nwtsty noti taʼ studju dwar Mk 10:4, 11
ċertifikat taʼ tkeċċija: Ara nota taʼ studju dwar Mt 19:7.
jiddivorzja lil martu: Jew “jibgħat ’l hemm lil martu.” Il-kliem taʼ Ġesù li nsibu f’Marku għandna nifhmuh billi naraw l-istqarrija iktar sħiħa li nsibu f’Mt 19:9, li tinkludi l-frażi “ħlief minħabba ż-żína,” jiġifieri l-immoralità sesswali. Dak li Marku kiteb rigward id-divorzju meta kkwota lil Ġesù japplika biss jekk il-bażi għal divorzju ma kienx “iż-żína,” (bil-Grieg, pornea), jiġifieri xi ħadd mill-miżżewġin ikun żleali.
jagħmel adulterju kontriha: Hawnhekk Ġesù ma kienx qed jaċċetta t-tagħlim komuni tar-rabbini li kien jippermetti lill-irġiel jiddivorzjaw lil marthom “għal kwalunkwe raġuni.” (Mt 19:3, 9) Ir-rabbini tagħhom kienu jgħallmu li raġel jagħmel x’jagħmel qatt ma setaʼ jiġi akkużat b’adulterju—il-mara biss setgħet tkun ħatja taʼ żlealtà. Infatti, il-ħsieb li anki l-irġiel setgħu jkunu ħatja t’adulterju lanqas biss kien jgħaddi minn moħħ il-biċċa l-kbira tal-Lhud. Billi qiegħed lill-irġiel taħt l-istess obbligi li kellhom in-nisa tagħhom, Ġesù kien qed jagħti dinjità u pożizzjoni soċjali aħjar lin-nisa.
21-27 taʼ Mejju
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | MARKU 11-12
“Tefgħet iktar minn dawk kollha”
nwtsty noti taʼ studju dwar Mk 12:41, 42
kaxxi tat-teżor: Sorsi antiki tal-Lhud jgħidu li dawn il-kaxxi, jew reċipjenti, tal-kontribuzzjonijiet kienu qishom trumbetti. Milli jidher dawn kellhom fetħiet żgħar fin-naħa taʼ fuq. In-nies kienu jitfgħu l-flus fihom għal diversi affarijiet. Il-kelma Griega li tintuża hawnhekk tidher ukoll fi Ġw 8:20, fejn hemmhekk ġiet tradotta “t-teżorerija.” Evidentement din l-espressjoni tirreferi għal post li kien hemm fil-Bitħa tan-Nisa. (Ara l-15-il taqsima tal-ktejjeb Gwida għall-Istudju tal-Kelma t’Alla.) Skont sorsi tar-rabbini, kien hemm 13-il kaxxa tat-teżor madwar il-ħitan taʼ dik il-bitħa. Jingħad li t-tempju kien fih ukoll kamra li kien fiha t-teżorerija prinċipali fejn fiha kienu jitfgħu l-flus li kienu jinġiebu mill-kaxxi tat-teżor.
żewġ muniti żgħar: Litteralment żewġ lepta, il-forma fil-plural tal-kelma Griega lepton, li tfisser xi ħaġa żgħira u rqiqa. Milli jidher il-munita lepton kienet l-iżgħar munita li kienet tintuża f’Iżrael. Din kienet tar-ram aħmar jew tal-bronż u 128 minnha kienu jagħmlu dinar.—Ara t-18-il taqsima tal-ktejjeb Gwida għall-Istudju tal-Kelma t’Alla.
għandhom valur żgħir ferm: Litteralment kwadran. Il-kelma Griega kodrantes (mill-kelma Latina kwadrani) tirreferi għal munita Rumana li kienet tar-ram aħmar jew tal-bronż u li 64 minnha kienu jagħmlu dinar. Hawnhekk Marku juża flus Rumani biex jispjega l-valur tal-muniti li normalment kienu jintużaw mil-Lhud.—Ara t-18-il taqsima tal-ktejjeb Gwida għall-Istudju tal-Kelma t’Alla.
Jehovah Jgħożż is-Servizz Tiegħek b’Ruħek Kollha
16 Xi jumejn wara, nhar il-11 taʼ Nisan, Ġesù qattaʼ ġurnata twila fit-tempju, fejn l-awtorità tiegħu ġiet sfidata u fejn hu wieġeb b’sengħa xi mistoqsijiet delikati dwar it-taxxi, l-irxoxt, u affarijiet oħrajn. Hu kkundanna lill-iskribi u ’l-Fariżej għaliex, fost affarijiet oħra, huma kienu “jberbqu ġid ir-romol.” (Mark 12:40) Imbagħad Ġesù poġġa bil-qiegħda, milli jidher fil-Bitħa tan-Nisa, fejn, skond it-tradizzjoni Lhudija, kien hemm 13-il senduq tal-flus. Hu qagħad hemm għal ftit ħin, josserva bir-reqqa hekk kif in-nies bdew jitfgħu l-kontribuzzjonijiet tagħhom. Ġew ħafna nies għonja, xi wħud forsi b’dehra li kienu tajbin f’għajnejhom stess, saħansitra forsi b’ħafna pompa. (Qabbel Mattew 6:2.) Il-ħarsa taʼ Ġesù waqgħet fuq waħda mara partikulari. Xi ħadd ordinarju għandu mnejn ma kien josserva xejn straordinarju dwarha jew dwar l-għotja tagħha. Imma Ġesù, li setaʼ jkun jaf il-qlub t’oħrajn, kien jaf li hi kienet “armla fqira.” Kien jaf ukoll l-ammont eżatt taʼ l-għotja tagħha—“biċċtejn żgħar, jiġifieri xi tliet ħabbiet.”—Mark 12:41, 42.
17 Ġesù sejjaħ ħdejh lid-dixxipli tiegħu, għax riedhom jaraw b’għajnejhom stess il-lezzjoni li kien se jgħallimhom. Hi “tefgħet iktar minn dawk kollha li tefgħu fit-teżor,” qal Ġesù. Skond l-istima tiegħu hi tefgħet iktar mill-oħrajn kollha f’daqqa. Hi “tefgħet kull ma kellha”—l-aħħar nitfa flus li kellha. Billi għamlet dan, hi telqet ruħha fl-idejn ħanina taʼ Jehovah. Il-persuna li b’hekk ġiet indikata bħala eżempju t’għoti lil Alla hi waħda li l-għotja tagħha kienet kważi bla valur materjalment. F’għajnejn Alla, madankollu, din kienet imprezzabbli!—Mark 12:43, 44; Ġakbu 1:27.
Jehovah Jgħożż is-Servizz Tiegħek b’Ruħek Kollha
17 Ġesù sejjaħ ħdejh lid-dixxipli tiegħu, għax riedhom jaraw b’għajnejhom stess il-lezzjoni li kien se jgħallimhom. Hi “tefgħet iktar minn dawk kollha li tefgħu fit-teżor,” qal Ġesù. Skond l-istima tiegħu hi tefgħet iktar mill-oħrajn kollha f’daqqa. Hi “tefgħet kull ma kellha”—l-aħħar nitfa flus li kellha. Billi għamlet dan, hi telqet ruħha fl-idejn ħanina taʼ Jehovah. Il-persuna li b’hekk ġiet indikata bħala eżempju t’għoti lil Alla hi waħda li l-għotja tagħha kienet kważi bla valur materjalment. F’għajnejn Alla, madankollu, din kienet imprezzabbli!—Mark 12:43, 44; Ġakbu 1:27.
w87 12/1 30 ¶1
Dak li tagħti huwa sagrifiċċju?
Minn dan ir-rakkont nistgħu nitgħallmu ħafna lezzjonijiet taʼ valur. Ilkoll kemm aħna għandna l-privileġġ li nappoġġjaw il-qima vera permezz tal-affarijiet materjali li għandna. Imma forsi l-iktar lezzjoni taʼ valur hi li dak li hu verament prezzjuż f’għajnejn Alla hu meta nagħtu dak li hu taʼ valur għalina, u mhux ix-xi ħaġa li xorta nistgħu ngħaddu mingħajrha. Fi kliem ieħor, qegħdin aħna verament nagħtu xi ħaġa li mhux se nħossu n-nuqqas tagħha? Jew dak li nagħtu huwa verament sagrifiċċju?
Ħaffer għal ġawhar spiritwali
nwtsty nota taʼ studju dwar Mk 11:17
dar tat-talb għall-ġnus kollha: Mit-tliet kittieba tal-Evanġelji li kkwotaw Is 56:7, Marku biss inkluda l-frażi “għall-ġnus [jew, popli] kollha.” (Mt 21:13; Lq 19:46) It-tempju f’Ġerusalemm suppost kien post fejn kemm l-Iżraelin u kemm in-nies mhux Lhud li kienu jħobbu u jibżgħu minn Alla setgħu jqimuh u jitolbuh. (1Sl 8:41-43) Ġesù bix-xieraq ikkundanna lil-Lhud li kienu qed jużaw it-tempju biex jagħmlu negozju, u b’hekk kienu qed jagħmluh għar tal-ħallelin. Il-mod kif kienu qed jaġixxu kien qed jaqtaʼ qalb in-nies mill-ġnus kollha milli jmorru għand Ġeħova fid-dar tiegħu tat-talb, u għalhekk kienu qed iċaħħduhom mill-opportunità li jsiru jafuh.
28 taʼ Mejju–3 taʼ Ġunju
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | MARKU 13-14
“Evita li taqaʼ fin-nassa tal-biżaʼ mill-bniedem”
it-2 619 ¶6 Pietru
Megħjun minn dixxiplu ieħor, li x’aktarx kien qed isegwih jew jimxi miegħu lejn id-dar tal-qassis il-kbir, Pietru baqaʼ dieħel fil-bitħa. (Ġw 18:15, 16) Hu ma qagħadx f’xi rokna fid-dlam biex ma jagħtix fil-għajn imma mar ħdejn in-nar għax kien qed iħoss il-bard. Peress li kien hemm id-dawl tan-nar, xi wħud għarfuh. L-aċċent Galilew tiegħu iktar tahom x’jifhmu li kien ikun maʼ Ġesù. Meta ġie akkużat b’dan, Pietru tliet darbiet ċaħad lil Ġesù u qalilhom li lanqas biss kien jafu. Fl-aħħar beda jaħlef u jisħaq fuq dan. Xi mkien fil-belt, serduq idden it-tieni darba, u Ġesù “dar u ħares lejn Pietru.” Pietru telaq mill-bitħa, u beda jibki biki taʼ mrar għax ma felaħx iktar. (Mt 26:69-75; Mk 14:66-72; Lq 22:54-62; Ġw 18:17, 18) Madankollu, it-talb bil-ħerqa li Ġesù għamel għal Pietru twieġeb, u Pietru ma tilifx il-fidi għalkollox.—Lq 22:31, 32.