LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • pe kap. 13 pp. 112-119
  • Il-Gvern Taʼ Paċi T’Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Gvern Taʼ Paċi T’Alla
  • Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • JENFASIZZA L-​IMPORTANZA TAS-​SALTNA
  • JIRRANĠA GĦALL-​GVERN ĠDID TAʼ L-​ART
  • JEHOVAH JIFTAKAR FIL-​WEGĦDA TIEGĦU
  • X’Inhi s-Saltna t’Alla? Kif Nuru li Rriduha
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • X’inhi s-Saltna t’Alla?
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • L-Armonija Sħiħa tal-Bibbja
    Il-Bibbja—Il-Kelma tʼAlla jew tal-Bniedem?
  • Is-Saltna t’Alla Taħkem
    Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem
Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
pe kap. 13 pp. 112-119

Kapitlu 13

Il-​Gvern Taʼ Paċi T’Alla

1. Il-gvernijiet umani x’naqsu li jagħmlu?

INNOTAJT INT li l-​gvernijiet umani, saħansitra dawk b’intenzjonijiet tajbin, naqsu li jissodisfaw il-​ħtiġijiet veri tan-​nies? Ħadd minnhom ma solva l-​problemi tal-​kriminalità u l-​mibgħeda bejn ir-​razez jew ipprovda ikel xieraq u djar għan-nies kollha tiegħu. Ma lliberawx liċ-​ċittadini tagħhom kompletament mill-​mard. Lanqas l-​ebda gvern ma rnexxielu jwaqqaf ix-​xjuħija u l-​mewt jew iġib il-​mejtin lura għall-​​ħajja. M’hemm lanqas wieħed li saħansitra ġab paċi u sigurtà dejjiema liċ-​ċittadini tiegħu. Il-​gvernijiet tal-​bnedmin sempliċement m’humiex kapaċi jsolvu l-​problemi kbar li qegħdin jiffaċċjaw lin-​nies.

2. X’inhu l-​messaġġ prinċipali tal-​Bibbja?

2 Il-Ħallieq tagħna jaf kemm għandna bżonn gvern taʼ tjieba li se jagħmel possibbli li n-​nies kollha jgawdu ħajja mimlija u hienja. Mela huwa għalhekk li l-​Bibbja titkellem dwar gvern taħt id-​direzzjoni t’Alla. Fil-​fatt, dan il-​gvern minn Alla li ġie mwiegħed huwa l-​messaġġ prinċipali tal-​Bibbja.

3. Isaija 9:​6, 7, x’jgħid dwar il-​gvern t’Alla?

3 Imma tistaʼ tistaqsi: ‘Il-​Bibbja fejn titkellem dwar il-​gvern t’Alla?’ Dan tagħmlu, per eżempju, f’​Isaija 9:​6, 7. Skond il-​King James Version, dawn il-​versi jgħidu: “Għax tweldilna tifel, ngħatalna iben: u l-​gvern se jkun fuq spalltu: u ismu jissejjaħ Taʼ L-​Għaġeb, Kunsillier, Dak Alla setgħan, Il-​Missier taʼ dejjem, Il-​Prinċep tal-​Paċi. Dwar iż-​żjieda tal-​gvern tiegħu u l-​paċi mhux se jkun hemm tmiem.”

4. Min hu t-​tifel li jsir il-​ħakkiem tal-​gvern t’Alla?

4 Il-Bibbja hawnhekk qiegħda titkellem dwar it-​twelid taʼ tifel, prinċep. Maż-​żmien dan l-​‘iben taʼ sultan’ kellu jsir ħakkiem kbir, “Il-​Prinċep tal-​Paċi.” Kellu jkun inkarigat minn gvern verament taʼ l-​għaġeb. Dan il-​gvern se jġib il-​paċi għall-​art kollha, u l-​paċi se tibqaʼ għal dejjem. It-tifel, li t-​twelid tiegħu ġie mbassar f’​Isaija 9:​6, 7, kien Ġesù. Meta ħabbar it-​twelid tiegħu lit-​tfajla verġni Marija, l-​anġlu Gabrijel qal dwar Ġesù: “Se jaħkem bħala sultan . . . u ma se jkun hemm ebda tmiem għas-​saltna tiegħu.”​—Luqa 1:​30-33.

JENFASIZZA L-​IMPORTANZA TAS-​SALTNA

5. (a) L-importanza tas-​Saltna kif inhi murija fil-​Bibbja? (b) X’inhi s-​saltna t’Alla, u x’se tagħmel?

5 Waqt li kienu fuq l-​art, ix-​xogħol prinċipali taʼ Ġesù Kristu u taʼ dawk li kienu jappoġġjawh kien li jippridkaw u jgħallmu dwar is-​saltna t’Alla li ġejja. (Luqa 4:43; 8:1) Jagħmlu madwar 140 referenza għal dik is-​saltna fil-​Bibbja. Ġesù saħansitra għallem lis-​segwaċi tiegħu biex jitolbu ’l Alla: “Tiġi saltnatek. Ir-​rieda tiegħek issir fl-​art, bħalma hija fis-​sema.” (Mattew 6:10, King James Version) Hija din is-​saltna li l-​Kristjani jitolbu għaliha tassew gvern? Għandu mnejn int ma kontx taħseb li hija, imma hija. L-​Iben t’Alla, Ġesù Kristu, hu s-​Sultan tas-​Saltna. U l-​art kollha se tkun it-​territorju li fuqu hu jaħkem. Kemm se tkun ħaġa mill-​aħjar meta n-​nies ma jkunux maqsumin f’ħafna ġnus opposti, imma l-​bnedmin kollha jkunu magħqudin fil-​paċi taħt il-​gvern tas-​Saltna t’Alla!

6. Meta Ġesù kien fuq l-​art, għala ntqal li s-​Saltna kienet “qrib” u “f’nofskom”?

6 Ġwanni l-​Għammied beda jippriedka dwar dan il-​gvern, billi qal lin-​nies: “Indmu, għax is-​saltna tas-​smewwiet qorbot.” (Mattew 3:​1, 2) Ġwanni għala setaʼ jgħid hekk? Għaliex Ġesù, il-​Wieħed li kellu jkun il-​ħakkiem tal-​gvern tas-​sema t’Alla, kien wasal biex jitgħammed minnu u jiġi midluk bl-ispirtu qaddis t’Alla. Mela tistaʼ tifhem għala Ġesù iktar tard qal lill-​Fariżej: “Ħares! is-​saltna t’Alla qiegħda f’nofskom.” (Luqa 17:21) Dan kien għaliex Ġesù, li lilu Alla kien ħatar bħala sultan, kien hemmhekk magħhom. Matul it-tliet snin u nofs tiegħu taʼ ppridkar u tagħlim, Ġesù, bil-​fedeltà tiegħu lejn Alla sal-​mewt, ta prova li kellu d-​dritt ikun sultan.

7. Liema ħaġa turi li s-​Saltna kienet kwistjoni importanti meta Ġesù kien fuq l-​art?

7 Biex nuru li s-​saltna t’Alla kienet il-​kwistjoni importanti matul il-​ministeru taʼ Kristu, ejjew nikkunsidraw x’ġara fl-​aħħar jum qabel mewtu. Il-​Bibbja tgħidilna li n-​nies akkużaw lil Ġesù, billi qalu: “Lil dan ir-​raġel sibnieh jaqleb taʼ taħt fuq lill-​ġens tagħna u jipprojbixxi l-​ħlas taʼ taxxi lil Ċesri u jgħid li hu nnifsu hu Kristu sultan.” Meta semaʼ dawn l-​affarijiet, il-​gvernatur Ruman Ponzju Pilatu staqsa lil Ġesù: “Int is-​sultan tal-​Lhud?”​—Luqa 23:​1-3.

8. (a) Ġesù kif wieġeb meta ġie mistoqsi jekk kienx sultan? (b) X’ried ifisser Ġesù meta qal li s-​saltna tiegħu “m’hijiex minn dan is-​sors”?

8 Ġesù ma weġibx il-​mistoqsija taʼ Pilatu direttament, imma qal: “Is-​saltna tiegħi m’hija ebda parti minn din id-​dinja. Kieku s-​saltna tiegħi kienet parti minn din id-​dinja, il-​qaddejja tiegħi kienu jiġġieldu biex ma niġix ikkunsinnat lil-​Lhud. Imma, kif inhi, is-​saltna tiegħi m’hijiex minn dan is-​sors.” Ġesù wieġeb b’dan il-​mod għaliex is-​saltna tiegħu ma kellhiex tkun waħda taʼ l-​art. Hu kellu jaħkem mis-​sema, mhux bħala bniedem minn xi tron fuq l-​art. Peress li l-​kwistjoni kienet dwar jekk Ġesù kellux id-​dritt li jaħkem bħala sultan jew le, Pilatu reġaʼ staqsa lil Ġesù: “Sewwa, allura, int sultan?”

9. (a) Ġesù liema verità taʼ l-​għaġeb għarraf? (b) X’inhuma l-​mistoqsijiet kbar illum?

9 Jidher ċar li Ġesù kien qiegħed jgħaddi ġuri għal ħajtu għaliex kien qiegħed jippriedka u jgħallem dwar gvern ġdid. Mela Ġesù wieġeb lil Pilatu: “Int innifsek qiegħed tgħid li jien sultan. Għal dan jien twelidt, u għal dan jien ġejt fid-​dinja, biex nagħti xiehda għall-​verità.” (Ġwann 18:​36, 37) Iva, Ġesù kien qattaʼ ħajtu fuq l-​art jgħid lin-​nies il-​verità taʼ l-​għaġeb dwar il-​gvern tas-​Saltna t’Alla. Kien il-​messaġġ prinċipali tiegħu. U s-​Saltna għadha l-​iktar kwistjoni importanti llum. Madankollu, jibqaʼ dawn il-​mistoqsijiet: Liema gvern huwa l-​iktar importanti fil-​​ħajja taʼ bniedem? Huwa xi gvern tal-​bnedmin, jew huwa s-​saltna t’Alla bi Kristu bħala ħakkiem?

JIRRANĠA GĦALL-​GVERN ĠDID TAʼ L-​ART

10. (a) Alla meta ra l-​ħtieġa għall-​gvern ġdid? (b) Fil-​Bibbja fejn qiegħda l-​ewwel referenza għal dan il-​gvern? (ċ) Is-​serpent lil min jirrappreżenta?

10 Kien meta Satana ġiegħel lil Adam u Eva jingħaqdu miegħu fl-​irvell tiegħu li Jehovah ra l-​bżonn għal gvern ġdid fuq il-​bnedmin. Mela Alla minnufih tkellem dwar l-​iskop tiegħu li jwaqqaf gvern bħal dan. Hu rrefera għal dan il-​gvern meta qataʼ s-​sentenza fuq is-​serpent, billi fil-​fatt qal lil Satana x-​Xitan: “Se nqiegħed għadwa bejnek u l-​mara u bejn iż-​żerriegħa tiegħek u ż-​żerriegħa tagħha. Hu se jbenġlek fir-​ras u int se tbenġlu fl-​għarqub.”​—Ġenesi 3:​14, 15.

11. Bejn min kellu jkun hemm mibgħeda?

11 Imma tistaʼ tistaqsi: ‘Fejn tintqal xi ħaġa hawnhekk dwar gvern?’ Ejjew inħarsu bir-​reqqa lejn din l-​istqarrija u se naraw. L-​iskrittura tgħid li kellu jkun hemm għadwa, jew mibgħeda, bejn Satana u “l-​mara.” Iżjed minn hekk, kellu jkun hemm mibgħeda bejn “iż-​żerriegħa,” jew tfal, taʼ Satana u “ż-​żerriegħa,” jew tfal, tal-​mara. L-​ewwelnett, għandna bżonn insibu min hija “l-​mara.”

12. X’jintqal dwar “[i]l-mara” f’​Rivelazzjoni kapitlu 12?

12 M’hijiex xi mara fuq l-​art. Satana ma kellux xi mibgħeda speċjali lejn xi mara umana partikulari. Minflok, din hija mara simbolika. Jiġifieri, tirrappreżenta xi ħaġa oħra. Dan jidher mill-​aħħar ktieb tal-​Bibbja, Rivelazzjoni, fejn jingħata iktar tagħrif dwarha. Hemmhekk “[i]l-mara” hija deskritta bħala li hija “mżejna bix-​xemx, wieqfa fuq il-​qamar, u bit-​tnax-il kewkba fuq rasha.” Biex jgħinna nifhmu lil min tirrappreżenta din “[i]l-mara,” innota x’ikompli jgħid Rivelazzjoni dwar binha: “Il-​mara ġabet tifel fid-​dinja, l-​iben li kellu jaħkem il-​ġnus kollha b’xettru tal-​​ħadid, u t-​tifel ġie meħud dritt ’il fuq lejn Alla u lejn it-​tron tiegħu.”​—Rivelazzjoni 12:​1-5, The Jerusalem Bible.

13. It-“tifel” u “l-​mara” lil min jew lil liema ħaġa jirrappreżentaw?

13 Li nsiru nafu min huwa jew x’inhu t-​“tifel” jgħinna nsibu lil min jew x’tirrappreżenta “l-​mara.” It-​tifel m’huwiex persuna litterali, bħalma l-​mara m’hijiex mara umana vera. L-​iskrittura turi li dan “[i]t-tifel” għandu “jaħkem il-​ġnus kollha.” Mela t-​“tifel” jirrappreżenta l-​gvern t’Alla b’Ġesù Kristu li qiegħed jaħkem bħala Sultan. “Il-​mara,” għalhekk, tirrappreżenta l-​organizzazzjoni t’Alla taʼ ħlejjaq spirti leali. Sewwa sew bħalma t-​“tifel” ġie mill-​“mara,” hekk ukoll is-​Sultan, Ġesù Kristu, ġie mill-​organizzazzjoni tas-​sema, il-​ġemgħa taʼ ħlejjaq spirti leali fis-​sema li jaħdmu flimkien biex iwettqu l-​iskop t’Alla. Galatin 4:26 lil din l-​organizzazzjoni jsejħilha “Ġerusalemm taʼ fuq.” Mela, allura, meta Adam u Eva rribellaw l-​ewwel darba kontra l-​ħakma t’Alla, Jehovah għamel arranġamenti għal gvern tas-​Saltna li kellu jservi bħala tama għal dawk li jħobbu t-​tjieba.

JEHOVAH JIFTAKAR FIL-​WEGĦDA TIEGĦU

14. (a) Jehovah kif wera li ftakar fil-​wegħda tiegħu dwar “żerriegħa” li kellu jbenġel lil Satana? (b) Min hu ż-​“żerriegħa” mwiegħed?

14 Jehovah ma nesiex il-​wegħda tiegħu li jibgħat “żerriegħa” li kellu jkun il-​ħakkiem tal-​gvern t’Alla. Dan il-​ħakkiem kellu jeqred lil Satana billi jgħaffiġlu rasu. (Rumani 16:20; Ebrej 2:14) Iktar tard, Jehovah qal li n-​nisel imwiegħed kellu jiġi mir-​raġel leali Abraham. Jehovah qal lil Abraham: “Permezz taż-​żerriegħa tiegħek il-​ġnus kollha taʼ l-​art ċertament li se jbierku lilhom infushom.” (Ġenesi 22:18) Min hu dan iż-​“żerriegħa” li ġie mwiegħed li kellu jiġi mil-​linja t’Abraham? Il-​Bibbja tagħti t-​tweġiba iktar tard, billi tgħid: “Issa l-​wegħdiet intqalu lil Abraham u liż-​żerriegħa tiegħu. Jgħid, mhux: ‘U lil żrieragħ,’ bħal fil-​każ taʼ ħafna minnhom, imma bħal fil-​każ taʼ wieħed: ‘U liż-​żerriegħa tiegħek,’ li hu Kristu.” (Galatin 3:16) Jehovah qal ukoll lil bin Abraham, Iżakk, u lin-​neputi tiegħu Ġakobb li ż-​“żerriegħa” tal-​“mara” t’Alla kellu jiġi mil-​linja tan-​nisel tagħhom.​—Ġenesi 26:​1-5; 28:​10-14.

15, 16. Liema ħaġa tagħti prova li ż-​“żerriegħa” kellu jkun sultan li jaħkem?

15 Biex jagħmel ċar li dan iż-​“żerriegħa” kellu jkun sultan li jaħkem, Ġakobb għamel din l-​istqarrija lil ibnu Ġuda: “Ix-​xettru [jew, awtorità taʼ ħakma] m’huwiex se jdur fil-​ġenb minn Ġuda, lanqas il-​ħatar tal-​kmandant minn bejn riġlejh, sakemm jiġi Xilo; u lilu se tappartjeni l-​ubbidjenza tal-​popli.” (Ġenesi 49:10) Ġesù Kristu ġie mit-​tribù taʼ Ġuda. Hu ta prova li kien dan “Xilo” li lilu “se tappartjeni l-​ubbidjenza tal-​popli.”​—Ebrej 7:14.

16 Kważi 700 sena wara l-​istqarrija lil Ġuda, Jehovah qal rigward David tat-​tribù taʼ Ġuda: “Sibt lil David il-​qaddej tiegħi . . . U jien ċertament li se nistabbilixxi liż-​żerriegħa tiegħu għal dejjem u t-​tron tiegħu bħall-​jiem tas-​sema.” (Salm 89:​20, 29) Meta Alla jgħid li ż-​“żerriegħa” taʼ David se jiġi stabbilit “għal dejjem” u li “t-​tron tiegħu” se jeżisti daqs “il-​jiem tas-​sema,” x’irid ifisser? Alla Jehovah qiegħed jirreferi għall-​fatt li l-​gvern tas-​Saltna f’idejn il-​ħakkiem maħtur tiegħu, Ġesù Kristu, se jibqaʼ għal dejjem. Kif nafu?

17. Kif nafu li l-​ħakkiem imwiegħed hu Ġesù Kristu?

17 Sewwa, ftakar f’dak li l-​anġlu taʼ Jehovah, Gabrijel, qal lil Marija dwar it-​tifel li kellu jitweldilha. Hu qal: “Trid issemmih Ġesù.” Imma Ġesù ma kellux jibqaʼ biss tifel, jew saħansitra raġel, fuq l-​art. Gabrijel kompla jgħid: “Dan il-​wieħed se jkun kbir u se jkun imsejjaħ Bin l-​Iktar Għoli; u Alla Jehovah se jagħtih it-​tron taʼ David missieru, u hu se jaħkem bħala sultan fuq dar Ġakobb għal dejjem, u ma se jkun hemm ebda tmiem għas-​saltna tiegħu.” (Luqa 1:​31-33) M’huwiex dan verament taʼ l-​għaġeb li Jehovah għamel arranġamenti biex jistabbilixxi gvern taʼ tjieba għall-​benefiċċju dejjiemi taʼ dawk li jħobbuh u jafdaw fih?

18. (a) Il-Bibbja kif tiddeskrivi t-​tmiem tal-​gvernijiet taʼ l-​art? (b) Il-​gvern t’Alla x’se jagħmel għan-​nies?

18 Iż-żmien issa huwa qrib meta l-​gvern tas-​Saltna t’Alla se jieħu azzjoni biex jeqred il-​gvernijiet kollha tad-​dinja. Ġesù Kristu mbagħad se jidħol fl-​azzjoni bħala Sultan rebbieħ. Waqt li tiddeskrivi din il-​battalja, il-​Bibbja tgħid: “Fil-​jiem taʼ dawk is-​slaten dak Alla tas-​sema se jwaqqaf saltna li qatt ma se tinġab f’rovina. . . . Din se tgħaffeġ lil u ġġib tmiem għal dawn is-​saltniet kollha, u hija nfisha se tibqaʼ għal żminijiet indefiniti.” (Danjel 2:44; Rivelazzjoni 19:​11-16) Bil-​gvernijiet l-​oħrajn kollha mneħħijin min-​nofs, il-​gvern t’Alla se jissodisfa l-​ħtiġijiet veri tan-​nies. Il-​Ħakkiem, Ġesù Kristu, se jieħu ħsieb li ebda sudditu leali tiegħu ma jimrad, jixjieħ jew imut. Il-​kriminalità, il-​problema tad-​djar, il-​ġuħ u l-​problemi l-​oħrajn kollha bħal dawn se jiġu solvuti. Maʼ l-​art kollha se jkun hemm paċi u sigurtà veri. (2 Pietru 3:13; Rivelazzjoni 21:​3-5) Madankollu, għandna bżonn nitgħallmu iktar dwar dawk li se jkunu ħakkiema f’dan il-​gvern tas-​Saltna t’Alla.

[Stampa f’paġna 112, 113]

Ġesù bagħat lis-​segwaċi tiegħu biex jagħmlu x-​xogħol importanti taʼ l-​ippridkar dwar is-​saltna t’Alla

[Stampa f’paġna 114]

Meta kien għaddej ġuri għal ħajtu, Ġesù kompla jippriedka s-​saltna t’Alla

[Stampa f’paġna 119]

Kif tħares int lejn Ġesù​—bħala sultan rebbieħ jew bħala tarbija li ma tistaʼ tagħmel xejn?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja