LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lff lezzjoni 21
  • Min Qed Jipprietka l-Aħbar Tajba?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Min Qed Jipprietka l-Aħbar Tajba?
  • Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • TGĦALLEM IŻJED
  • XI DDISKUTEJNA?
  • ARA IŻJED
  • Din l-Aħbar Tajba tas-Saltna Nippridkaw
    Għannu Tifħir lil Jehovah
  • “Morru u agħmlu dixxipli min-nies tal-ġnus kollha”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • ‘Inġibu Aħbar Tajba taʼ Xi Ħaġa Aħjar’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Ġeħova jiggwida x-xogħol ta’ tagħlim li nagħmlu madwar id-dinja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
Ara Iżjed
Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
lff lezzjoni 21
Lezzjoni 21. Raġel ġo belt qed jitkellem maʼ tnejn mix-​Xhieda taʼ Ġeħova ħdejn trolley.

LEZZJONI 21

Min Qed Jipprietka l-​Aħbar Tajba?

Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata

Ġeħova daqt se juża s-​Saltna tiegħu biex ineħħi l-​problemi kollha tagħna. Din l-​aħbar tant kemm hi sabiħa li kulħadd għandu jkun jaf biha. Ġesù ried lid-​dixxipli tiegħu jgħidu din l-​aħbar lil kulħadd! (Mattew 28:​19, 20) Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova kif qed jobdu lil Ġesù?

1. Mattew 24:14 kif qed issir illum?

Ġesù qal: “Din l-​aħbar tajba tas-​saltna tiġi pridkata fl-​art abitata kollha.” (Mattew 24:14) Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova qed jagħmlu dan ix-​xogħol importanti minn qalbhom. Aħna qed nippritkaw din l-​aħbar tajba mad-​dinja kollha f’iżjed minn 1,000 lingwa! Dan ix-​xogħol hu kbir ħafna. Allura jieħu l-​ħin u l-​enerġija, u jrid ikun organizzat sew. Mingħajr l-​għajnuna taʼ Ġeħova ma jistax isir.

2. Xi sforzi nagħmlu biex nippritkaw lin-​nies?

Aħna nippritkaw kull fejn insibu n-​nies. Bħall-​Kristjani tal-​bidu, aħna nippritkaw “minn dar għal dar.” (Atti 5:42) B’dal-​mod organizzat jirnexxilna nkellmu miljuni taʼ nies kull sena. Peress li n-​nies mhux dejjem ikunu d-​dar, aħna nippritkaw ukoll f’ħafna postijiet pubbliċi. Aħna dejjem naraw kif nistgħu nkellmu lil oħrajn dwar Ġeħova u dak kollu li se jagħmel.

3. Min għandu jipprietka l-​aħbar tajba?

Il-​Kristjani veri kollha għandhom jitkellmu m’oħrajn dwar l-​aħbar tajba. Aħna nieħdu din ir-​responsabbiltà bis-​serjetà. Aħna nippritkaw kemm nistgħu għax nafu li l-​aħbar tajba ssalva n-​nies. (Aqra l-​1 Timotju 4:16.) Aħna ma nitħallsux biex nagħmlu dan ix-​xogħol, għax il-​Bibbja tgħid: “Irċivejtu b’xejn, agħtu b’xejn.” (Mattew 10:​7, 8) Mhux kulħadd ikun irid jismagħna, imma aħna nibqgħu nippritkaw. Dan għax irridu nobdu lil Ġeħova u nferrħuh.

TGĦALLEM IŻJED

Tgħallem kif ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jippritkaw mad-​dinja kollha u kif Ġeħova qed jgħinna.

A. Żewġ Xhieda taʼ Ġeħova jippritkaw lil raġel fuq għolja sabiħa fil-​Costa Rica. B. Xhieda taʼ Ġeħova jippritkaw lil sajjieda f’port fl-​Istati Uniti. C. Żewġ Xhieda taʼ Ġeħova jippritkaw lil raġel f’villaġġ imwarrab fil-​Benin. D. Oħt tipprietka lil mara fi floating market fit-​Tajlandja. E. Żewġ Xhieda taʼ Ġeħova jippritkaw lil mara quddiem xi ġebel f’Yap. F. Żewġ Xhieda taʼ Ġeħova jippritkaw lil mara fuq bankina mimlija silġ maġenb xmara fl-​Iżvezja.

Nippritkaw mad-dinja kollha: (A) Il-Costa Rica, (B) L-Istati Uniti, (C) Il-Benin, (D) It-Tajlandja, (E) Yap, (F) L-Iżvezja

4. Aħna naħdmu iebes biex inkellmu lil kulħadd

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jagħmlu li jistgħu biex ikellmu lil kulħadd dwar l-​aħbar tajba. Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti:

VIDJOW: Nippritkaw “sa l-​Iktar Parti Mbiegħda taʼ l-​Art” (7:​33)

  • X’jogħġbok l-​iżjed mill-​isforzi li jagħmlu x-​Xhieda taʼ Ġeħova biex jippritkaw?

Aqra Mattew 22:39 u Rumani 10:​13-​15, u mbagħad iddiskuti:

  • L-​ippritkar kif juri li nħobbu lin-​nies?

  • Ġeħova kif iħares lejn dawk li jippritkaw l-​aħbar tajba? ​—Ara vers 15.

5. Aħna naħdmu flimkien m’Alla

Minn dak li ġara lil ħafna nies nistgħu naraw li Ġeħova qed jieħu ħsieb ix-​xogħol tagħna. Pereżempju fi New Zealand ħu li jismu Paul iltaqaʼ maʼ mara minn bieb għall-​bieb. Dakinhar filgħodu, il-​mara kienet talbet lil Alla. Hi użat isem Alla, Ġeħova, u talbitu biex xi ħadd iżurha dakinhar. Paul jgħid: “Tliet sigħat wara ħabbatt il-​bieb tagħha.”

Aqra l-​1 Korintin 3:​9, u mbagħad iddiskuti:

  • Eżempji bħalma ġara fi New Zealand, kif juru li Ġeħova qed jieħu ħsieb ix-​xogħol tagħna?

Aqra Atti 1:​8, u mbagħad iddiskuti:

  • Għala għandna bżonn l-​għajnuna taʼ Ġeħova biex nippritkaw?

Kont taf?

Fil-​laqgħa taʼ matul il-​ġimgħa, dejjem ikollna trejning taʼ kif nippritkaw. Jekk ġieli mort waħda minn dawn il-​laqgħat, x’taħseb dwar dat-​trejning?

Waqt laqgħa tal-​kongregazzjoni tnejn mix-​Xhieda taʼ Ġeħova juru kif tistaʼ titkellem dwar l-​aħbar tajba.

6. Aħna nobdu l-​kmand t’Alla biex nippritkaw

Fi żmien l-​ewwel dixxipli taʼ Ġesù, l-​għedewwa tagħhom provaw iwaqqfuhom milli jippritkaw. L-​ewwel Kristjani ddefendew b’mod legali d-​dritt tagħhom biex jippritkaw. (Filippin 1:7) Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova qed jagħmlu bħalhom.a

Ara l-​VIDJOW.

VIDJOW: Niddefendu l-​Ippritkar fil-​Qorti (2:​28)

Aqra Atti 5:​27-​42, u mbagħad iddiskuti:

  • Għala mhux se nieqfu nippritkaw? ​—Ara versi 29, 38, u 39.

XI ĦADD JISTAʼ JSAQSI: “Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova għala jmorru jħabbtu l-​bibien?”

  • Kif tistaʼ twieġeb?

XI DDISKUTEJNA?

Ġesù qal lid-​dixxipli tiegħu biex jippritkaw l-​aħbar tajba lil kulħadd. Ġeħova qed jgħin lin-​nies tiegħu biex jagħmlu dan ix-​xogħol.

X’Tgħallimt

  • Min qed jipprietka l-​aħbar tajba mad-​dinja kollha?

  • Meta nippritkaw, kif nuru li nħobbu lil oħrajn?

  • Taħseb li meta nippritkaw inkunu ferħanin? Għala?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Ara kif ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jippritkaw fi bliet kbar.

Special Metropolitan Public Witnessing in Paris (5:​11)

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova kif għenu lir-​refuġjati?

Nissodisfaw l-​għatx spiritwali fost ir-​refuġjati (5:​59)

Ismaʼ mara tispjega għala hi ferħana li tuża ħajjitha biex tipprietka.

Kuntenta li għażilt din il-​karriera (6:​29)

Ara xi każijiet importanti li ntrebħu fil-​qorti u kif jgħinuna nippritkaw l-​aħbar tajba.

“Predikaturi tas-​Saltna jiftħu kawża l-​qorti” (Is-​Saltna t’Alla qed taħkem!, kapitlu 13)

a Alla jikkmandana biex nippritkaw. Għalhekk, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jippritkaw l-​aħbar tajba anki jekk il-​gvernijiet ma jħalluhomx.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja