LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • “Huma Ppritkaw bil-Kuraġġ bl-Awtorità taʼ Ġeħova”
    Nagħtu Xhieda bid-Dettall Dwar is-Saltna t’Alla
    • 8. Pawlu u Barnaba għala telqu minn Ikonju, u x’lezzjoni nitgħallmu mill-eżempju tagħhom?

      8 Wara xi żmien, l-opponenti f’Ikonju fasslu pjan biex iħaġġru lil Pawlu u lil Barnaba. Meta dawn iż-żewġ missjunarji saru jafu b’dan, huma għażlu li jmorru f’territorju ieħor biex jagħtu xhieda. (Atti 14:5-7) Illum, il-proklamaturi tas-Saltna juru diskrezzjoni simili. Meta niffaċċjaw attakki verbali, nitkellmu bil-kuraġġ. (Flp. 1:7; 1 Pt. 3:13-15) Imma meta jkun hemm theddid taʼ vjolenza, aħna nevitaw li nagħmlu xi ħaġa banali li tipperikola bla bżonn ħajjitna jew il-ħajja taʼ sħabna fit-twemmin.—Prov. 22:3.

  • “Huma Ppritkaw bil-Kuraġġ bl-Awtorità taʼ Ġeħova”
    Nagħtu Xhieda bid-Dettall Dwar is-Saltna t’Alla
    • Ikonju kien mal-fruntiera bejn ir-reġjuni Galatin tal-Likaonja u l-Friġja. Ċerti kittieba tal-qedem, inkluż Ċiċerun u Strabun, sejħu lil Ikonju belt tal-Likaonja, u minn ħarsa ġeografika, il-belt kienet tagħmel parti minn dan ir-reġjun. Madankollu, ir-rakkont tal-​Atti jiddistingwi lil Ikonju mil-Likaonja, fejn kienu jitkellmu “bil-lingwa tal-Likaonja.” (Atti 14:1-6, 11) Għal din ir-raġuni, xi kritiċi argumentaw li l-ktieb tal-​Atti ma kienx eżatt. Però, fl-1910, xi arkeoloġi sabu skrizzjonijiet fil-belt li indikaw li l-Friġjan tassew kien il-lingwa użata f’Ikonju għal żewġ sekli wara ż-żjara taʼ Pawlu u Barnaba. Għalhekk, il-kittieb tal-​Atti kien korrett meta ddistingwa lil Ikonju mill-bliet tal-Likaonja.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja