-
“Jinfirex Ħafna u Jeffettwa Iktar u Iktar Nies” Minkejja l-OppożizzjoniNagħtu Xhieda bid-Dettall Dwar is-Saltna t’Alla
-
-
“Inqalaʼ Ħafna Inkwiet” (Atti 19:23-41)
“Intom tafu sew li sejrin tajjeb b’dan in-negozju.”—Atti 19:25
16, 17. (a) Iddeskrivi kif Demetriju qanqal ir-rewwixta f’Efesu. (b) L-Efesin kif urew il-fanatiżmu tagħhom?
16 Issa wasalna għat-tattika taʼ Satana deskritta minn Luqa meta kiteb li “nqalaʼ ħafna inkwiet minħabba t-Triq.” U ma kienx qed jesaġera.e (Atti 19:23) Raġel jismu Demetriju qalaʼ l-inkwiet. Ġibed l-attenzjoni taʼ sħabu tal-istess sengħa billi l-ewwel fakkarhom li l-prosperità tagħhom ġiet milli jbigħu l-idoli. Imbagħad kompla jissuġġerixxi li l-messaġġ li pprietka Pawlu kien se jtellifhom il-flus, ladarba l-Kristjani ma kinux iqimu lill-idoli. Imbagħad appella għall-kburija bħala ċittadini t’Efesu u għan-nazzjonaliżmu tal-udjenza tiegħu, billi wissiehom li l-alla mara tagħhom Artemi u t-tempju għaliha magħruf mad-dinja kollha kienu fil-periklu li ma jibqgħu ‘jiswew għal xejn.’—Atti 19:24-27.
-
-
“Jinfirex Ħafna u Jeffettwa Iktar u Iktar Nies” Minkejja l-OppożizzjoniNagħtu Xhieda bid-Dettall Dwar is-Saltna t’Alla
-
-
e Xi wħud jgħidu li Pawlu rrefera għal din il-ġrajja meta qal lill-Korintin li “lanqas saħansitra minn ħajjitna ma konna ċerti.” (2 Kor. 1:8) Madankollu, forsi kellu f’moħħu ġrajja saħansitra iktar perikoluża. Meta Pawlu kiteb li ‘ġġieled mal-bhejjem salvaġġi f’Efesu,’ setaʼ kien qed jirreferi għal esperjenza m’annimali feroċi f’xi arena jew għal xi oppożizzjoni mill-bnedmin. (1 Kor. 15:32) Kemm l-interpretazzjoni letterali kif ukoll dik figurattiva huma possibbli.
-