-
“Isimgħuni Hekk Kif Niddefendi Lili Nnifsi”Nagħtu Xhieda bid-Dettall Dwar is-Saltna t’Alla
-
-
5 F’ċertu punt, Pawlu x’aktarx li semma l-kontribuzzjonijiet li kien ġab mill-Ewropa. L-interess li wrew l-aħwa li kienu joqogħdu f’postijiet ’il bogħod żgur li qanqal il-qlub tas-semmiegħa taʼ Pawlu. Infatti, bi tweġiba għar-rapport taʼ Pawlu, ir-rakkont jgħid: “[L-anzjani] bdew ifaħħru lil Alla.” (Atti 21:20a) B’mod simili, il-qlub taʼ ħafna llum li jgħaddu minn diżastri jew jissaportu mard serju jitqanqlu bil-kbir meta sħabhom fit-twemmin joffru għajnuna f’waqtha u kliem taʼ inkuraġġiment.
Ħafna Għadhom “Żelużi Biex Jobdu l-Liġi” (Atti 21:20b, 21)
6. Pawlu b’liema problema sar jaf?
6 Imbagħad l-anzjani għarrfu lil Pawlu li fil-Lhudija kien hemm problema li kienet tinvolvi lilu personalment. Huma qalu: “Ħuna, bħalma qed tara, hemm eluf taʼ dixxipli fost il-Lhud, u kollha huma żelużi biex jobdu l-Liġi. Imma dawn semgħu l-għajdut li int qed tgħallem lil-Lhud kollha fost il-popli xi ħaġa kontra l-Liġi taʼ Mosè, li hi apostasija, billi tgħidilhom biex ma jagħmlux iċ-ċirkonċiżjoni lit-tfal tagħhom u biex ma jimxux mad-drawwiet tagħna.”a—Atti 21:20b, 21.
7, 8. (a) Liema ħarsa żbaljata kellhom ħafna Kristjani fil-Lhudija? (b) Il-ħsieb żbaljat taʼ xi Kristjani Lhud, għala ma kienx apostasija?
7 Għala kien hemm ħafna Kristjani li kienu għadhom żelużi għal-Liġi Mosajka, meta kienu għaddew iktar minn 20 sena minn mindu tneħħiet? (Kol. 2:14) Fis-sena 49 WK (wara Kristu), l-appostli u l-anzjani li kienu ltaqgħu f’Ġerusalemm kienu bagħtu ittra lill-kongregazzjonijiet li fiha spjegaw li l-kredenti minn fost il-ġnus ma kellhomx bżonn jissottomettu ruħhom għaċ-ċirkonċiżjoni u jiġu taħt il-Liġi Mosajka. (Atti 15:23-29) Madankollu, dik l-ittra ma kinitx semmiet lill-kredenti Lhud, li ħafna minnhom ma fehmux li l-Liġi Mosajka ma kinitx għadha tapplika.
8 Dan il-ħsieb żbaljat, kien jiskwalifika lil kredenti Lhud bħal dawn milli jkunu Kristjani? Le. Dan ma kienx bħallikieku huma xi darba kienu aduraturi t’allat pagani u issa kienu qed ikomplu jsegwu d-drawwiet reliġjużi taʼ dik ir-reliġjon pagana. Il-Liġi li kienet daqstant importanti għal dawn il-kredenti Lhud oriġinarjament kienet ngħatat minn Ġeħova. Fil-Liġi ma kien hemm xejn demoniku jew ħażin. Imma din il-Liġi kellha x’taqsam mal-patt il-qadim, mentri issa l-Kristjani kienu taħt il-patt il-ġdid. L-osservanzi tal-patt tal-Liġi issa ma kinux għadhom jgħoddu b’konnessjoni mal-qima pura. Il-Kristjani Ebrej li kienu żelużi għal-Liġi ma kinux jifhmuh dan u kellhom nuqqas taʼ fiduċja fil-kongregazzjoni Kristjana. Huma kellhom bżonn iġibu l-ħsieb tagħhom fi qbil mal-verità progressiva li ġiet rivelata.b—Ġer. 31:31-34; Lq. 22:20.
-
-
“Isimgħuni Hekk Kif Niddefendi Lili Nnifsi”Nagħtu Xhieda bid-Dettall Dwar is-Saltna t’Alla
-
-
a Ladarba kien hemm għadd kbir taʼ Kristjani Lhud, probabbilment kien hemm ħafna kongregazzjonijiet li kienu jiltaqgħu fid-djar.
-