-
“Isimgħuni Hekk Kif Niddefendi Lili Nnifsi”Nagħtu Xhieda bid-Dettall Dwar is-Saltna t’Alla
-
-
17 Xi wħud li kienu weqfin ħdejh baqgħu xxokkjati—mhux għall-wieħed li ta d-daqqa lil Pawlu imma għar-reazzjoni taʼ Pawlu! Huma staqsewh: “Int qed tgħajjar lill-qassis il-kbir t’Alla?” Bi tweġiba, Pawlu tahom lezzjoni fl-umiltà u fir-rispett għal-Liġi. Hu qal: “L-aħwa, ma kontx naf li hu l-qassis il-kbir. Għax l-Iskrittura tgħid, ‘Titkellimx ħażin fuq mexxej tal-poplu tiegħek.’”d (Atti 23:4, 5; Eżo. 22:28) Issa Pawlu adotta strateġija differenti. Billi żamm f’moħħu li s-Sinedriju kien magħmul mill-Fariżej u s-Sadduċej, hu qal: “Ħuti, jien Fariżew, u niġi mill-Fariżej. Jien qed niġi ġġudikat għax nemmen li l-mejtin se jiġu rxoxtati.”—Atti 23:6.
Bħal Pawlu, aħna nfittxu bażi komuni meta nkellmu lil dawk taʼ sfond reliġjuż differenti
18. Pawlu għala sejjaħ lilu nnifsu Fariżew, u aħna kif nistgħu nużaw irraġunar simili f’ċerti ċirkustanzi?
18 Pawlu għala sejjaħ lilu nnifsu Fariżew? Għax hu kien “jiġi mill-Fariżej,” jiġifieri kien ġej minn familja li tappartjeni lil din is-setta. Għalhekk, ħafna xorta kienu jqisuh bħala tali.e Imma Pawlu kif setaʼ jassoċja lilu nnifsu mat-twemmin tal-Fariżej fl-irxoxt? Kif jingħad, il-Fariżej kienu jemmnu li parti mill-bniedem kienet tibqaʼ ħajja meta jmut il-ġisem u li l-erwieħ tan-nies sewwa kienu se jerġgħu jgħixu f’iġsma umani. Pawlu ma kienx jemmen dawn l-ideat. Hu kien jemmen fl-irxoxt bħalma għallmu Ġesù. (Ġw. 5:25-29) Xorta waħda, Pawlu kien jaqbel mal-Fariżej li kien hemm tama taʼ ħajja wara l-mewt—għall-kuntrarju tas-Sadduċej, li ma kinux jemmnu f’ħajja fil-futur. Aħna nistgħu nużaw irraġunar simili meta niddiskutu kwistjonijiet mal-Kattoliċi jew mal-Protestanti. Nistgħu ngħidu li bħalhom, aħna nemmnu f’Alla. Veru, huma għandhom mnejn jemmnu fit-Trinità waqt li aħna nemmnu fl-Alla tal-Bibbja. Xorta waħda, it-tnejn nemmnu li hemm Alla.
-
-
“Isimgħuni Hekk Kif Niddefendi Lili Nnifsi”Nagħtu Xhieda bid-Dettall Dwar is-Saltna t’Alla
-
-
e Fis-sena 49 WK, meta l-appostli u l-anzjani kienu qed jiddiskutu jekk il-Ġentili kellhomx jissottomettu ruħhom għal-Liġi Mosajka, xi wħud fost il-Kristjani preżenti kienu identifikati bħala “wħud li qabel kienu parti mis-setta tal-Fariżej.” (Atti 15:5) Evidentement, dawn il-kredenti xorta kienu għadhom identifikati f’ċertu sens mal-isfond Fariżajku tagħhom.
-