LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w14 6/1 pp. 10-11
  • X’tama hemm għall-antenati tiegħi?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’tama hemm għall-antenati tiegħi?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • ĦTIEĠA GĦAS-​SALVAZZJONI
  • IT-​TAMA MWIEGĦDA FIL-​BIBBJA
  • META DAWK LI MHUMIEX SEWWA JIĠU RXOXTATI
  • “ALLA MHUX PARZJALI”
  • Irxoxt—Għal Min, u Fejn?
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • Min Se Jiġi Rxoxtat? Fejn Se Jgħixu?
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • Il-Maħbubin Mejtin Tiegħek—Se Terġaʼ Tarahom?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Se Jkun Hemm Irxoxt tat-Twajbin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
w14 6/1 pp. 10-11

X’tama hemm għall-​antenati tiegħi?

XI ŻMIEN ilu kien hemm titlu interessanti f’gazzetta Koreana jisimha The Chosun Ilbo. It-​titlu qajjem il-​mistoqsija: “‘L-​għażiża Shim Cheong,’ Li ma kienet taf xejn dwar Ġesù—Spiċċat l-​infern?”

Dan qajjem reazzjoni qawwija għax Shim Cheong hi żagħżugħa maħbuba fi ħrafa Koreana li tissagrifika ħajjitha biex tgħin lil missierha li hu agħmi. Matul is-​snin, in-​nies faħħruha ħafna lil din it-​tfajla. Infatti, fil-​Korea, Shim Cheong saret titqies bħala l-​eżempju taʼ bint devota.

Ħafna nies jaħsbu li hu inġust, anki offensiv, li persuna bħal din tiġi kkastigata fin-​nar tal-​infern sempliċement għax ma kinitx Kristjana mgħammda. Wara kollox, jingħad li din l-​istorja seħħet ħafna qabel ma n-​nies fir-​raħal tagħha saru jafu dwar il-​Kristu.

Fl-​artiklu kien hemm ukoll intervista maʼ qassis. Hu ġie mistoqsi jekk dawk li mietu qabel ma kellhom opportunità jitgħallmu dwar Ġesù kinux ilkoll ikkundannati għan-​nar tal-​infern. X’kienet ir-​risposta tiegħu? ‘Ma nafux. Nassumu li Alla żgur se jgħin lil dawn l-​uħud b’xi mod jew ieħor.’

ĦTIEĠA GĦAS-​SALVAZZJONI

Il-​Katekiżmu tal-​Knisja Kattolika jgħid li l-​magħmudija tindika “twelid ġdid mill-​ilma u l-​Ispirtu s-​Santu, twelid li mingħajru ‘ħadd ma jistaʼ jidħol fis-​saltna taʼ Alla (Ġw 3,5).’” Minħabba f’hekk, xi wħud jemmnu li dawk li mietu qabel ma tgħammdu jiġu mixħutin fin-​nar tal-​infern jew ibatu b’xi mod ieħor wara l-​mewt.

Iżda hemm ħafna oħrajn li jaħsbu li dan it-​twemmin ma jagħmilx sens. Miljuni taʼ nies mietu mingħajr ma kienu jafu x’tgħid il-​Bibbja. Ħaqqhom dawn turment etern? X’tgħid il-​Bibbja dwar dan?

IT-​TAMA MWIEGĦDA FIL-​BIBBJA

Il-​Bibbja turi b’mod ċar li Alla ma jinjorax lil dawk li għexu mingħajr ma kienu jafu x’inhuma l-​ħtiġijiet tiegħu. Atti 17:30 jassigurana: “Alla għalaq għajnejh għal żminijiet taʼ injoranza bħal din.” Allura liema tama toffri l-​Bibbja lil dawk li mietu qabel ma kellhom opportunità jitgħallmu dwar Alla?

Ġesù qed ikellem lill-kriminal li hu mdendel maʼ zokk maġenbu

Xi tfisser il-wegħda taʼ Ġesù: “Int tkun fil-Ġenna miegħi”?

It-​tweġiba nistgħu nsibuha f’dak li Ġesù qal lil wieħed mill-​kriminali li mietu maġenbu. Ir-​raġel qal lil Ġesù: “Ftakar fija meta tidħol fis-​saltna tiegħek.” Ġesù kif wieġbu? “Tassew ngħidlek illum, Int tkun fil-​Ġenna miegħi.”—Luqa 23:39-​43.

Kien Ġesù qed iwiegħed li r-​raġel kien se jmur fis-​sema? Le. Ir-​raġel ma kienx ‘twieled mill-​ġdid’ mill-​ilma u l-​ispirtu, li hi ħtieġa biex dak li jkun jidħol fis-​Saltna tas-​smewwiet. (Ġwanni 3:3-​6) Minflok, Ġesù kien qed iwiegħed lill-​kriminal li kien se jerġaʼ jgħix, f’Ġenna tal-​art. Peress li kien Lhudi, ir-​raġel x’aktarx li kien midħla tal-​Ġenna tal-​art—il-​ġnien tal-​Għeden—deskritta fl-​ewwel ktieb tal-​Bibbja. (Ġenesi 2:8) Il-​wegħda taʼ Ġesù tagħtu t-​tama ċerta taʼ rxoxt meta l-​art terġaʼ ssir Ġenna.

Infatti, il-​Bibbja twiegħed “irxoxt kemm tan-​nies sewwa u kemm taʼ dawk li m’humiex sewwa.” (Atti 24:15) “Dawk li m’humiex sewwa” huma dawk l-​uħud li m’għexux fi qbil mal-​livelli ġusti t’Alla għax ma kinux jafu bir-​rieda tiegħu. Ġesù se jirxoxta lil dak il-​kriminal mhux sewwa, kif ukoll lil miljuni, forsi biljuni, t’oħrajn li mietu fl-​injoranza. Imbagħad, fl-​art magħmula Ġenna, se jiġu mgħallmin il-​ħtiġijiet t’Alla, u se jkollhom l-​opportunità juru li jħobbu lil Alla billi jobdu l-​kmandamenti tiegħu.

META DAWK LI MHUMIEX SEWWA JIĠU RXOXTATI

Meta dawk li mhumiex sewwa jiġu rxoxtati, se jiġu huma ġudikati fuq dak li għamlu fil-​passat? Le. Rumani 6:7 jgħid: “Min miet inħeles mid-​dnub.” Dawk li mhumiex sewwa se jkunu pattew għal dnubhom bil-​mewt tagħhom. B’hekk, se jiġu ġudikati fuq dak li jagħmlu wara l-​irxoxt tagħhom, mhux fuq dak li għamlu fl-​injoranza qabel ma mietu. Kif se jibbenefikaw minn dan?

Wara l-​irxoxt, dawk li mhumiex sewwa se jkollhom opportunità jitgħallmu l-​liġijiet t’Alla, li se jiġu rivelati meta jinfetħu r-​rombli simboliċi. Imbagħad se jiġu ġudikati “skond l-​għemejjel tagħhom,” jiġifieri, skont jekk jobdu l-​liġijiet t’Alla jew le. (Rivelazzjoni 20:12, 13) Għal ħafna minn dawk li mhumiex sewwa, dan mhux se jkun it-​tieni ċans, imma l-​ewwel opportunità tagħhom biex jiksbu l-​ħajja taʼ dejjem fuq l-​art billi jitgħallmu x’inhi r-​rieda t’Alla u jagħmluha.

Dan it-​tagħlim Bibliku għen lil ħafna jerġgħu jibnu l-​fidi f’Alla. Yeong Sug kienet waħda minnhom. Hi trabbiet bħala Kattolika devota. Membri tal-​familja tagħha kienu qassisin. Hi xtaqet issir soru, u għalhekk daħlet f’kunvent, imma iktar tard telqet għax ħassitha diżappuntata b’dak li rat hemmhekk. Barra minn hekk, ma setgħetx taċċetta t-​tagħlim tan-​nar tal-​infern għax ħasset li ma tkunx ħaġa ġusta jew taʼ mħabba li n-​nies jiġu ttorturati.

Imbagħad, waħda mix-​Xhieda taʼ Ġeħova wriet lil Yeong Sug dan il-​kliem mill-​Bibbja: “Il-​ħajjin jafu li għad imutu; imma l-​mejtin ma jafu assolutament xejn, u lanqas jieħdu iktar ħlas.” (Ekkleżjasti 9:5) Ix-​Xhud għenitha tirrealizza li l-​antenati tagħha ma kinux qed jiġu tturmentati fin-​nar tal-​infern. Minflok, huma reqdin fil-​mewt, jistennew irxoxt.

Peress li kienet taf li ħafna nies qatt ma semgħu l-​verità mill-​Bibbja, Yeong Sug ħadet il-​kliem taʼ Ġesù f’​Mattew 24:14 bis-​serjetà: “Din l-​aħbar tajba tas-​saltna tiġi pridkata fl-​art abitata kollha bħala xiehda lill-​ġnus kollha; u mbagħad jiġi t-​tmiem.” Hi issa tieħu sehem fl-​ippritkar tal-​aħbar tajba u taqsam it-​tama meraviljuża tagħha mill-​Bibbja m’oħrajn.

“ALLA MHUX PARZJALI”

Il-​Bibbja tgħidilna: “Alla mhux parzjali, imma f’kull ġens min jibżaʼ minnu u jagħmel is-​sewwa hu aċċettat minnu.” (Atti 10:34, 35) Din hi l-​ġustizzja perfetta li lkoll kemm aħna nistgħu nistennew mingħand Alla, li “jħobb is-​sewwa u l-​ġustizzja.”—Salm 33:5.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja