LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Sabiex Ikollok il-Ħajja u l-Paċi, Imxi Skont l-Ispirtu
    It-Torri tal-Għassa—2011 | Novembru 15
    • 8 Il-​Liġi, bil-​ħafna kmandamenti tagħha, ikkundannat lill-​midinbin. Iżjed minn hekk, il-​qassisin il-​kbar taʼ Iżrael li kienu qed jaqdu taħt il-​Liġi kienu imperfetti u ma setgħux joffru sagrifiċċju adegwat għad-​dnub. Għaldaqstant, il-​Liġi kienet “dgħajfa permezz tal-​laħam.” Imma “billi bagħat lil Ibnu stess fix-​xebh tal-​laħam midneb” u billi offrieh bħala fidwa, Alla “kkundanna d-​dnub fil-​laħam,” u b’hekk għeleb “dak li ma setgħetx tagħmel il-​Liġi.” Minħabba f’hekk, il-​Kristjani midlukin huma meqjusin ġusti fuq il-​bażi tal-​fidi tagħhom fis-​sagrifiċċju taʼ Ġesù bħala fidwa. Huma mħeġġin biex ‘jimxu skond l-​ispirtu u mhux skond il-​laħam.’ (Aqra Rumani 8:3, 4.) Tabilħaqq, għandhom jagħmlu hekk fedelment sa tmiem il-​ħajja tagħhom fuq l-​art sabiex jingħataw “il-​kuruna tal-​ħajja.”—Riv. 2:10.

  • Sabiex Ikollok il-Ħajja u l-Paċi, Imxi Skont l-Ispirtu
    It-Torri tal-Għassa—2011 | Novembru 15
    • 10. Il-​liġi tad-​dnub u l-​mewt kif tikkontrollana?

      10 L-​appostlu Pawlu kiteb: “Permezz taʼ bniedem wieħed id-​dnub daħal fid-​dinja, u permezz tad-​dnub il-​mewt, u b’hekk il-​mewt infirxet fuq il-​bnedmin kollha għax kollha dinbu.” (Rum. 5:12) Minħabba li aħna lkoll ulied Adam, il-​liġi tad-​dnub u l-​mewt tikkontrollana. Ix-​xewqa midinba tagħna hi li nagħmlu affarijiet li ma jogħġbux lil Alla. Imma dawn l-​affarijiet iwasslu għall-​mewt. Fl-​ittra tiegħu lill-​Galatin, Pawlu qal li dawn l-​azzjonijiet u d-​drawwiet midinbin huma “għemejjel tal-​laħam.” Imbagħad żied jgħid: “Min jipprattika dawn l-​affarijiet ma jiritx is-​saltna t’Alla.” (Gal. 5:19-​21) Nies taʼ din ix-​xorta huma l-​istess bħal dawk li jimxu skont il-​laħam. (Rum. 8:4) Huma gwidati minn dak li l-​laħam imperfett tagħhom jgħidilhom biex jagħmlu. Imma huma n-​nies li jikkommettu dnubiet bħaż-​żína, l-​idolatrija, l-​ispiritiżmu, u dnubiet oħrajn l-​uniċi wħud li qed isegwu x-​xewqat tal-​laħam tagħhom? Le. “L-​għemejjel tal-​laħam” imsemmijin f’Galatin jinkludu wkoll affarijiet li ħafna jistgħu jaħsbu li huma biss nuqqasijiet persunali. Dawn jinkludu affarijiet bħall-​għira, l-​għadab, it-​tilwim, u l-​invidja. Qatt m’għandna naħsbu li m’għandniex bżonn niġġieldu kontra l-​laħam imperfett tagħna.

  • Sabiex Ikollok il-Ħajja u l-Paċi, Imxi Skont l-Ispirtu
    It-Torri tal-Għassa—2011 | Novembru 15
    • 12 Is-​sitwazzjoni tagħna hi simili għal li nitfejqu minn marda serja. Jekk nixtiequ nfiqu għalkollox, għandna nagħmlu dak li jgħidilna t-​tabib. Għalkemm nistgħu niġu meħlusin mil-​liġi tad-​dnub u l-​mewt jekk neżerċitaw il-​fidi fil-​fidwa, aħna xorta għadna imperfetti u midinbin. Sabiex inżommu relazzjoni b’saħħitha maʼ Ġeħova u jkollna l-​approvazzjoni tiegħu, irridu nagħmlu xi ħaġa. Jekk irridu nfiqu mill-​marda tal-​imperfezzjoni, Pawlu jgħidilna li rridu nimxu skont l-​ispirtu.

      Kif Nistgħu Nimxu Skont l-​Ispirtu?

      13. Xi jfisser li nimxu skont l-​ispirtu?

      13 Meta nkunu sejrin xi mkien, nibqgħu mexjin lejn dak il-​post. Biex nimxu skont l-​ispirtu, hemm bżonn li nagħmlu progress fil-​verità. (1 Tim. 4:15) Għalkemm ma nistgħux nagħmlu dan perfettament, kuljum nagħmlu l-​almu tagħna biex insegwu l-​gwida tal-​ispirtu t’Alla. Jekk ‘nimxu bl-​ispirtu’ jkollna l-​approvazzjoni t’Alla.—Gal. 5:16.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja