LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lff lezzjoni 47
  • Lest Biex Titgħammed?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Lest Biex Titgħammed?
  • Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • TGĦALLEM IŻJED
  • XI DDISKUTEJNA?
  • ARA IŻJED
  • Il-Magħmudija Ġġiblek Futur Sabiħ!
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Il-magħmudija—Ħtieġa għall-Kristjani
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • Lest Int Biex Titgħammed?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • Għandi niddedika ħajti lil Alla u nitgħammed?
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
Ara Iżjed
Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
lff lezzjoni 47
Lezzjoni 47. Student tal-​Bibbja jaħseb fuq il-​magħmudija waqt li jara raġel ieħor jitgħammed.

LEZZJONI 47

Lest Biex Titgħammed?

Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata

Int u tistudja l-​Bibbja tgħallimt ħafna affarijiet dwar Ġeħova. Jaf anki għamilt bidliet f’ħajtek biex tagħmel dak li tgħallimt. Imma jaf hemm xi ħaġa li qiegħda żżommok lura milli tiddedika lilek innifsek lil Ġeħova u titgħammed. Din il-​lezzjoni se titkellem dwar xi affarijiet li jistgħu jżommuk lura milli titgħammed u x’se jgħinek biex tagħmel dan il-​pass.

1. Kemm trid tkun taf dwar il-​Bibbja qabel titgħammed?

Biex titgħammed, irid ikollok “għarfien eżatt dwar il-​verità.” (1 Timotju 2:4) Dan ma jfissirx li trid tkun kapaċi twieġeb kull mistoqsija dwar il-​Bibbja qabel titgħammed. Anki Kristjani li ilhom mgħammdin għal ħafna snin jibqgħu jitgħallmu. (Kolossin 1:​9, 10) Imma għandek tkun taf l-​affarijiet importanti li tgħallem il-​Bibbja. L-​anzjani fil-​kongregazzjoni jistgħu jgħinuk tara jekk tafx biżżejjed dwar il-​Bibbja.

2. Xi trid tagħmel qabel titgħammed?

Qabel titgħammed trid ‘tindem u ddur lura.’ (Aqra Atti 3:​19.) Dan ifisser li vera jiddispjaċik għall-​affarijiet ħżiena li tkun għamilt fil-​passat u titlob lil Ġeħova biex jaħfirlek. Trid tkun determinat li ma tagħmilx iżjed dak li Alla jgħid li hu ħażin u li tgħix kif jogħġob lilu. U anki tibda tmur il-​laqgħat u tipprietka mal-​aħwa tal-​kongregazzjoni.

3. Għala m’għandekx tibżaʼ u żżomm lura?

Xi nies jibżgħu li mhumiex kapaċi jżommu l-​wegħda li għamlu lil Ġeħova. Veru li xi kultant ħa tagħmel xi żbalji, bħalma għamlu rġiel u nisa leali fil-​Bibbja. Imma ftakar li Ġeħova mhux qed jistenna li l-​qaddejja tiegħu jkunu perfetti. (Aqra Salm 103:​13, 14.) Hu se jieħu pjaċir meta tagħmel l-​aħjar li tistaʼ. U fil-​fatt se jgħinek. Ġeħova jwegħedna li xejn “ma jistaʼ jifridna mill-​imħabba” tiegħu.​—Aqra Rumani 8:​38, 39.

TGĦALLEM IŻJED

Ara kif meta ssir taf lil Ġeħova aħjar u taċċetta l-​għajnuna tiegħu, se jgħinek f’affarijiet li jistgħu jżommuk lura biex titgħammed.

Grupp taʼ Stampi: Żagħżugħa titgħammed avolja kellha ħafna xi jwaqqafha. L-​istess stampi jerġgħu jidhru fil-​lezzjoni.

4. Sir af lil Ġeħova aħjar

Iż-​żagħżugħa tistudja l-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Ġeħova.

Kemm trid tkun tafu sew lil Ġeħova qabel titgħammed? Trid tkun tafu biżżejjed biex tħobbu u togħġbu. Ara l-​VIDJOW biex issir taf kif studenti tal-​Bibbja madwar id-​dinja saru jafu lil Ġeħova aħjar. Imbagħad iddiskuti l-​mistoqsija.

VIDJOW: It-​Triq għall-​Magħmudija (3:​56)

  • Fil-​vidjow, x’għen lil xi nies ikunu lesti biex jitgħammdu?

Aqra Rumani 12:​2, u mbagħad iddiskuti:

  • Għandek xi dubji dwar dak li tgħallem il-​Bibbja jew jekk ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jgħallmux il-​verità?

  • Jekk iva, x’tistaʼ tagħmel?

5. Egħleb sfidi li jistgħu jżommuk lura

Iż-​żagħżugħa titfaʼ Bibbja fil-​basket tagħha waqt li ommha tgħajjat magħha.

Kollha kemm aħna niffaċċjaw sfidi meta niddeċiedu li se niddedikaw lilna nfusna lil Ġeħova u nitgħammdu. Ara l-​VIDJOW biex tara eżempju, u mbagħad iddiskuti.

VIDJOW: L-​Imħabba għal Ġeħova Għenitni Negħleb l-​Isfidi (5:​22)

  • Fil-​vidjow, Narangerel xi sfidi kellha tegħleb biex taqdi lil Ġeħova?

  • L-​imħabba għal Ġeħova kif għenitha tegħleb dawk l-​isfidi?

Aqra Proverbji 29:25 u t-​2 Timotju 1:​7, u mbagħad iddiskuti:

  • X’jagħtina l-​kuraġġ biex negħlbu l-​isfidi?

6. Kun ċert li Ġeħova se jgħinek

Iż-​żagħżugħa titkellem fuq il-​Bibbja m’anzjana. Ħdejha hemm l-​oħt li qed tistudja magħha.

Ġeħova se jgħinek biex taqdih kif jixtieq hu. Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsijiet.

VIDJOW: Alla Ġeħova se jgħinek (2:​50)

  • Fil-​vidjow, dak li kien qed jistudja l-​Bibbja għala beda jżomm lura milli jitgħammed?

  • X’għenu biex jafda iżjed f’Ġeħova?

Aqra Isaija 41:​10, 13, u mbagħad iddiskuti:

  • Għala tistaʼ tkun ċert li se żżomm il-​wegħda li tagħmel fid-​dedikazzjoni tiegħek?

7. Apprezza iżjed kemm iħobbok Ġeħova

Iż-​żagħżugħa titlob waħedha.

Iżjed ma taħseb kemm iħobbok Ġeħova, iżjed se tapprezza u tkun trid taqdih għal dejjem. Aqra Salm 40:​5, u mbagħad iddiskuti:

  • Liema barkiet mingħand Ġeħova l-​iżjed li tapprezza?

Il-​profeta Ġeremija kien iħobb lil Ġeħova u dak li jgħid. Hu kien japprezza ħafna l-​privileġġ li jaqdi lil Ġeħova. Ġeremija qal: “Kelmtek saret għalija l-​ferħ u l-​hena taʼ qalbi; għax ismek issejjaħ fuqi, O Ġeħova.” (Ġeremija 15:16) Wieġeb dawn il-​mistoqsijiet:

  • Għala huwa privileġġ sabiħ li tkun wieħed mix-​Xhieda taʼ Ġeħova?

  • Trid titgħammed bħala Xhud taʼ Ġeħova?

  • Hemm xi ħaġa li qed iżżommok?

  • X’taħseb li trid tagħmel biex tkun lest li titgħammed?

Iż-​żagħżugħa titgħammed.

ĦAFNA JGĦIDU: “Nibżaʼ li ma nkunx nistaʼ nżomm il-​wegħda tiegħi tal-​magħmudija.”

  • Int kif tħossok?

XI DDISKUTEJNA?

Ġeħova se jgħinek tegħleb l-​isfidi li jkollok biex titgħammed.

X’Tgħallimt

  • Kemm trid tkun taf dwar il-​Bibbja biex titgħammed?

  • X’bidliet jaf ikollok tagħmel qabel titgħammed?

  • Għala m’għandekx tibżaʼ titgħammed?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Ifhem x’għandha tkun ir-​raġuni biex titgħammed.

“Lest Int Biex Titgħammed?” (It-​Torri tal-​Għassa, Marzu 2020)

Tgħallem kif tistaʼ tegħleb xi sfidi li qed iżommuk milli titgħammed.

“X’qed iżommni milli nitgħammed?” (It-​Torri tal-​Għassa, Marzu 2019)

Sir af kif raġel irnexxielu jegħleb sfidi kbar biex ikun jistaʼ jitgħammed.

‘Għala Qed Iddum Biex Titgħammed?’ (1:​10)

Għall-​ewwel, raġel jismu Ataa beda jaħsibha jekk jitgħammidx. Ara xi kkonvinċieh jieħu din id-​deċiżjoni importanti.

Jixraqli Dan Kollu? (7:​21)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja