Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna
25 taʼ Frar–3 taʼ Marzu
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | RUMANI 9-11
Ħaffer għal ġawhar spiritwali
it-1 1260 ¶2
Għajjur, Għira
Żelu gwidat b’mod ħażin. Wieħed jistaʼ jkun żeluż b’mod sinċier għal ċertu kawża u madankollu xorta jkun żbaljat u ma jogħġobx lil Alla. Hekk ġara lil ħafna Lhud tal-ewwel seklu. Huma kienu jfittxu li l-ġustizzja tiġi minn dak li jagħmlu huma stess taħt il-Liġi Mosajka. Imma Pawlu wera li ż-żelu tagħhom kien gwidat b’mod ħażin minħabba nuqqas taʼ għarfien eżatt. Għaldaqstant, huma ma rċivewx il-ġustizzja vera li tiġi mingħand Alla. Huma kellhom jaraw l-iżball tagħhom u jduru lejn Alla permezz taʼ Kristu biex jirċievu l-ġustizzja u l-libertà mill-kundanna tal-Liġi. (Rum 10:1-10) Sawl taʼ Tarsu kien wieħed minn dawn. Hu tant kien żeluż b’mod estrem għall-Ġudaiżmu li kien qed ‘jippersegwita lill-kongregazzjoni t’Alla u jħarbatha.’ Hu kien iżomm mal-Liġi anki f’affarijiet żgħar ħafna biex juri ‘bil-provi li kien bla ħtija.’ (Ga 1:13, 14; Flp 3:6) Però, iż-żelu li kellu għall-Ġudaiżmu kien qed jiggwidah b’mod ħażin. Hu kien sinċier f’qalbu, u għalhekk Ġeħova wrieh qalb tajba mhix mistħoqqa permezz taʼ Kristu billi ġibdu lejn it-triq tal-qima vera.—1Ti 1:12, 13.