LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w08 8/15 p. 29
  • X’Tiftakar?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Tiftakar?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Materjal Simili
  • Kif Hija Organizzata l-Ġemgħa li Tiggverna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • X’inhi l-Ġemgħa li Tiggverna tax-Xhieda taʼ Ġeħova?
    Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
  • “Ibqgħu għożżuhom”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Insolvu l-Problemi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
w08 8/15 p. 29

X’Tiftakar?

Ħadt gost taqra l-​ħarġiet reċenti tat-​Torri taʼ l-​Għassa? Ara jekk tistax twieġeb dawn il-​mistoqsijiet li ġejjin:

• Xi Kristjani jiffaċċjaw liema sfidi serji wara li jiżżewġu, u x’għandhom jistinkaw biex jagħmlu?

Xi koppji Kristjani għandhom mnejn jirrealizzaw li ftit li xejn jaqblu bejniethom. Minħabba li jafu li d-​divorzju li m’għandux bażi Skritturali m’huwiex soluzzjoni aċċettabbli, huma għandhom bżonn jaħdmu iebes sabiex iżommu ż-​żwieġ tagħhom sħiħ.—4/15, paġna 17.

• Kristjan imdaħħal fiż-​żmien li jmur jgħix f’dar taʼ l-​anzjani liema sfidi għandu mnejn jiffaċċja?

Għandu mnejn isib ruħu fit-​territorju taʼ kongregazzjoni li ma jkunx midħla tagħha. Ħafna li jkunu jgħixu fid-​dar taʼ l-​anzjani għandu mnejn ikollhom twemmin differenti u forsi jipprovaw jinvolvuh f’attivitajiet reliġjużi. Qraba Kristjani u membri tal-​kongregazzjoni lokali għandhom ikunu konxji taʼ dawn il-​problemi u joffru appoġġ u għajnuna.—4/15, paġni 25-27.

• Liema erbaʼ passi jistgħu jgħinu lill-​imseħbin fiż-​żwieġ isolvu l-​problemi?

Stabbilixxu ħin biex tiddiskutu l-​kwistjonijiet. (Ekk. 3:1, 7) Esprimu l-​opinjoni tagħkom bl-​onestà u bir-​rispett. (Efes. 4:25) Agħtu widen għas-​sentimenti tas-​sieħeb jew tas-​sieħba tagħkom u rrikonoxxuhom. (Mt. 7:12) Aqblu dwar soluzzjoni, u aħdmu flimkien biex issolvu l-​problema. (Ekk. 4:9, 10)—7/1, paġni 26-28.

• Meta Ġesù ħeġġiġna nitolbu għall-​maħfra tad-​djun tagħna, għal liema djun kien qed jirreferi?

Meta nqabblu Mattew 6:12 maʼ Luqa 11:4 jidher ċar li Ġesù ma kienx qed jirreferi għad-​djun finanzjarji. Hu kellu f’moħħu d-​dnubiet. Hemm bżonn li nimitaw lil Alla billi nkunu lesti li naħfru.—5/15, paġna 9.

• Il-​membri tal-​Ġemgħa li Tiggverna f’liema kumitati jaqdu?

Il-​Kumitat tal-​Koordinaturi; il-​Kumitat tal-​Personell; il-​Kumitat taʼ l-​Ippubblikar; il-​Kumitat tas-​Servizz; il-​Kumitat tat-​Tagħlim; il-​Kumitat tal-​Kitba.—5/15, paġna 29.

• Kienet il-​kondotta immorali deskritta f’Rumani 1:24-32 tapplika għal-​Lhud jew għall-​Ġentili?

Id-​deskrizzjoni tistaʼ tapplika għaż-​żewġ gruppi, imma l-​appostlu Pawlu kien qed jirreferi speċifikament għall-​Israelin apostati tal-​qedem li għal sekli sħaħ naqsu li jsegwu l-​Liġi. Huma kienu jafuhom id-​digrieti ġusti t’Alla, imma m’għexux fi qbil magħhom.—6/15, paġna 29.

• Għala se nkunu iktar ferħanin jekk nikkultivaw stennijiet raġunevoli?

Jekk inħabirku biex nilħqu miri li m’humiex raġunevoli akkost taʼ kollox, inkunu qed noħolqu tensjoni żejda għalina nfusna. Xorta waħda, m’għandniex nuru tant ħniena magħna nfusna li nibdew nużaw dawk li mill-​ħarsa tagħna huma limitazzjonijiet bħala skuża biex nagħmlu inqas fil-​ministeru.—7/15, paġna 29.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja