LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Eħilsu minn kull idea li tmur kontra t-tagħlim t’Alla!
    It-Torri tal-Għassa (Studju)—2019 | Ġunju
    • 1. Liema twissija kiteb l-​appostlu Pawlu lill-​Kristjani midlukin?

      “TIBQGĦUX,” wissa l-​appostlu Pawlu. Tibqgħux xiex? “Tibqgħux magħġunin skond din is-​sistema.” (Rum. 12:2) Pawlu kiteb dan il-​kliem lill-​Kristjani tal-​ewwel seklu. Għala kien ta twissija daqstant diretta lil irġiel u nisa li diġà kienu dedikati lil Alla u midlukin bl-​ispirtu qaddis?—Rum. 1:7.

      2-3. Satana kif jipprova jbegħedna minn Ġeħova, iżda aħna kif nistgħu nneħħu kompletament affarijiet li huma “stabbiliti fis-​sod” f’moħħna?

      2 Pawlu kien konċernat għaliex xi Kristjani milli jidher kienu qed jiġu influwenzati minn ideat u filosofiji taʼ ħsara li nsibu fid-​dinja taʼ Satana. (Efes. 4:17-19) Dan jistaʼ jiġri lil kull wieħed minna. F’attentat iddisprat biex ibegħedna minn Ġeħova, Satana, l-​alla taʼ din is-​sistema, juża diversi tattiki. Waħda minnhom hi li jieħu vantaġġ minn xi xewqa li għandu mnejn ikollna biex inkunu ambizzjużi jew famużi. Hu jistaʼ saħansitra jipprova juża l-​affarijiet li tgħallimna mid-​dar, mill-​iskola, u min-​nies madwarna sabiex iġegħelna naħsbu bil-​mod li jridna hu.

  • Eħilsu minn kull idea li tmur kontra t-tagħlim t’Alla!
    It-Torri tal-Għassa (Studju)—2019 | Ġunju
  • Eħilsu minn kull idea li tmur kontra t-tagħlim t’Alla!
    It-Torri tal-Għassa (Studju)—2019 | Ġunju
    • “INBIDLU BILLI ĠEDDU MOĦĦKOM”

      4. Ħafna minna x’bidliet kellna nagħmlu meta aċċettajna l-​verità?

      4 Aħseb ftit fil-​bidliet li kellek bżonn tagħmel meta aċċettajt il-​verità tal-​Kelma t’Alla u ddeċidejt li taqdi lil Ġeħova. Għal ħafna minna, dan kien jinvolvi li nwaqqfu ċerta mġiba ħażina. (1 Kor. 6:9-​11) Kemm aħna grati li Ġeħova għenna nieqfu nagħmlu dawn il-​prattiki ħżiena!

      5. Liema żewġ affarijiet jiġu deskritti f’​Rumani 12:2?

      5 Madankollu, qatt m’għandna nħossuna li m’għandniex bżonn nagħmlu iżjed bidliet. Għalkemm waqafna nagħmlu dnubiet serji li konna nagħmlu qabel il-​magħmudija, xorta rridu nibqgħu naħdmu iebes biex nevitaw kwalunkwe ħaġa li tħajjarna nerġgħu nagħmluhom. Kif nistgħu nagħmlu dan? Pawlu jwieġeb: “Tibqgħux magħġunin skond din is-​sistema, imma nbidlu billi ġġeddu moħħkom.” (Rum. 12:2) Allura jeħtieġ li nagħmlu żewġ affarijiet. L-​ewwel, jeħtieġ li ma ‘nibqgħux magħġunin,’ jew influwenzati, minn din id-​dinja. It-​tieni, jeħtieġ li ‘ninbidlu’ billi nibdlu l-​mod kif naħsbu.

      Inbdilt għalkollox jew għat-​taparsi?

      Żagħżugħ għandu l-leħja mhix imqaxxra u xagħru mħabbel, imma qed iżomm ritratt tiegħu li juri li għandu leħja mqaxxra u liebes qmis u ingravata

      Il-​kelma Griega tradotta “nbidlu” f’​Rumani 12:2 tindika bidla fis-​sura jew fl-​għamla, bħall-​bidla taʼ xagħat, jew dudu tal-​ħaxix, għal farfett. Dan ifisser li nibdlu dak li aħna minn ġewwa—il-​ħsibijiet u x-​xewqat tagħna. Din hi differenti mill-​bidla għat-​taparsi li jitkellem dwarha t-​2 Korintin 11:13-15, fejn persuna tibdel biss dak li hu minn barra.

      6. X’nitgħallmu mill-​ħsieb li hemm fil-​kliem taʼ Ġesù mniżżel f’​Mattew 12:43-45?

      6 Il-​bidla li kellu f’moħħu Pawlu tinvolvi iktar milli nibdlu fuq fuq il-​mod kif nidhru. Din taffettwa kull parti minna. (Ara l-​kaxxa “Inbdilt għalkollox jew għat-​taparsi?”) Neħtieġu li ninbidlu kompletament—l-​attitudnijiet l-​iktar profondi, is-​sentimenti, u x-​xewqat tagħna. Allura, kulħadd għandu bżonn jistaqsi lilu nnifsu: ‘Il-​bidliet li qed nagħmel biex insir Kristjan jaffettwaw biss kif nidher għal oħrajn, jew verament qed insir Kristjan f’qalbi u f’moħħi?’ Fil-​kliem imniżżel f’​Mattew 12:43-45, Ġesù wriena x’hemm bżonn isir. (Aqra.) Il-​ħsieb wara dan il-​kliem jenfasizza din il-​verità importanti: Mhuwiex biżżejjed li neħilsu minn ħsibijiet ħżiena; jeħtieġ li l-​vojt tagħhom nimlewh bi ħsibijiet li Alla japprova.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja