LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w91 11/15 pp. 11-16
  • Nipproduċu “Kull Xorta taʼ Tjubija”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Nipproduċu “Kull Xorta taʼ Tjubija”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • “Ibqaʼ Agħmel it-​Tajjeb”
  • Qis lil Oħrajn
  • “Komplu Siru Mimlijin Ħniena”
  • Ġeneruża u ospitabbli
  • Ingħidu l-​Verità
  • Ikkultiva t-​Tjubija
  • Ibqaʼ Uri t-Tjubija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • “O kemm hija kbira t-tjubija tiegħu!”
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
  • It-Tjubija Abbundanti taʼ Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • It-tjubija—Kif tistaʼ tiżviluppaha?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
w91 11/15 pp. 11-16

Nipproduċu “Kull Xorta taʼ Tjubija”

“Il-​frott tad-​dawl jikkonsisti minn kull xorta taʼ tjubija.”−EFESIN 5:9.

1, 2. Liema żewġ gruppi eżistew minn żmien il-​qedem, u kemm huma differenti s-​sitwazzjonijiet tagħhom illum?

WARA l-​irvell f’Għeden, xi sitt elef sena ilu, u jerġaʼ wara d-​Dulluvju taʼ żmien Noè, il-​bnedmin inqasmu f’żewġ gruppi, jew organizzazzjonijiet, waħda magħmula minn dawk li stinkaw biex jaqdu lil Jehovah, l-​oħra minn dawk li segwew lil Satana. Għadhom jeżistu dawn l-​organizzazzjonijiet? Ċertament li għadhom! Il-​profeta Isaija semma lil dawn iż-​żewġ gruppi u bassar il-​qagħda tagħhom fi żmienna: “Ħares! dalma nfisha se tiksi l-​art, u swidija kbira l-​gruppi nazzjonali; imma fuqek Jehovah se jiddi, u fuqek il-​glorja tiegħu stess se tidher.”−Isaija 60:1, 2.

2 Iva, id-​differenza bejn dawn iż-​żewġ organizzazzjonijiet hi kbira daqs dik taʼ bejn id-​dlam u d-​dawl. U bħalma raġġ taʼ dawl se jattira lil wieħed mitluf fid-​dlam, hekk id-​dawl mingħand Jehovah li jiddi f’din id-​dinja mudlama jattira lejn l-​organizzazzjoni t’Alla lil miljuni taʼ wħud taʼ qalb li hi sewwa. Bħalma kompla jgħid Isaija: “Ġnus [ngħaġ oħra] ċertament li se jmorru lejn dawlek, u slaten [werrieta midlukin tas-​Saltna] lejn it-​tlellix tad-​dija tiegħek.”−Isaija 60:3.

3. Il-​Kristjani b’liema modi juru l-​glorja taʼ Jehovah?

3 In-​nies taʼ Jehovah kif juru l-​glorja taʼ Jehovah? L-​ewwelnett, huma jippridkaw l-​aħbar tajba tas-​Saltna stabbilita tas-​sema t’Alla. (Mark 13:10) Imma iktar minn hekk, huma jimitaw lil Jehovah, l-​eżempju primarju tat-​tjubija, u b’hekk bil-​kondotta tagħhom huma jattiraw lil uħud ġwejdin lejn id-​dawl. (Efesin 5:1) Pawlu qal: “Intom kontu darba dlam, imma issa intom dawl f’konnessjoni mal-​Mulej. Ibqgħu imxu bħala tfal tad-​dawl.” Hu kompla: “Il-​frott tad-​dawl jikkonsisti minn kull xorta taʼ tjubija u tjieba u verità. Ibqgħu żguraw x’inhu aċċettabbli għall-​Mulej; u ieqfu milli taqsmu magħhom fix-​xogħlijiet bla frott li jappartjenu lid-​dlam.” (Efesin 5:8-11) X’ried ifisser Pawlu b’“kull xorta taʼ tjubija”?

4. X’inhi t-​tjubija, u kif tidher fi Kristjan?

4 Bħalma wera l-​artiklu tagħna taʼ qabel, it-​tjubija hija l-​kwalità jew l-​istat taʼ eċċellenza morali, virtù. Ġesù qal li Jehovah biss hu tajjeb fis-​sens assolut. (Mark 10:18) Madankollu, Kristjan jistaʼ jimita lil Jehovah billi jikkultiva t-​tjubija bħala frotta tal-​ispirtu. (Galatin 5:22) Waqt li jikkummenta fuq a·g̣a·thos, il-​kelma Griega għal “tajjeb,” Vine’s Expository Dictionary of Old and New Testament Words igħid, “Tiddeskrivi dak li, billi hu tajjeb fil-​karattru jew fil-​kostituzzjoni tiegħu, hu taʼ ġid fl-​effett tiegħu.” Kristjan li jikkultiva t-​tjubija sejjer għalhekk kemm ikun tajjeb u kemm jagħmel it-​tajjeb. (Qabbel Dewteronomju 12:28.) Hu se jevita wkoll l-​affarijiet li huma opposti għat-​tjubija, “ix-​xogħlijiet taʼ mingħajr frott li jappartjenu lid-​dlam.” Il-​modi differenti li bihom Kristjan jistaʼ juri t-​tjubija fl-​imġieba tiegħu huma x-​‘xortajiet taʼ tjubija’ li semma Pawlu. X’inhuma xi wħud minn dawn?

“Ibqaʼ Agħmel it-​Tajjeb”

5. Liema hi xorta waħda taʼ tjubija, u Kristjan għala għandu jikkultivaha?

5 Pawlu rrefera għal waħda minn dawn fl-​ittra tiegħu lir-​Rumani. Waqt li tkellem dwar sottomissjoni lejn “l-​awtoritajiet superjuri,” hu qal: “Trid int, allura, li ma jkollok ebda biżaʼ mill-​awtorita? Ibqaʼ agħmel it-​tajjeb, u int se jkollok tifħir mingħandha.” It-​“tajjeb” li jirreferi għalih hija l-​ubbidjenza lejn il-​liġijiet u l-​arranġamenti tal-​awtoritajiet sekulari. Kristjan għala għandu jkun sottomess lejn dawn? Sabiex jevita konflitt li m’huwiex neċessarju mal-​awtoritajiet, b’riskju taʼ kastig u—iktar importanti—sabiex jippreserva kuxjenza nadifa quddiem Alla. (Rumani 13:1-7) Fil-​waqt li jippreserva l-​ubbidjenza primarja tiegħu lejn Jehovah, Kristjan ‘jonora lis-​sultan,’ billi ma jirribellax kontra l-​awtoritajiet li Alla Jehovah qed jippermetti li jeżistu. (1 Pietru 2:13-17) B’dan il-​mod, il-​Kristjani huma ġirien tajbin, ċittadini tajbin, u eżempji tajbin.

Qis lil Oħrajn

6. (a) X’inhu aspett ieħor tat-​tjubija? (b) Min huma msemmijin fil-​Bibbja bħala li jixirqilhom il-​konsiderazzjoni tagħna?

6 It-​tjubija taʼ Jehovah hija murija f’li hu jipprovdi għall-​abitanti kollha tal-​art “xita mis-​sema u staġuni taʼ frott.” Dan jirriżulta ‘f’ħafna ikel u ferħ tajjeb’ u juri li hu verament Alla li jqis kollox. (Atti 14:17) Ahna nistgħu nimitawh f’dan ir-​rigward billi nqisu lil oħrajn f’modi żgħar u kbar. Lil min, b’mod speċifiku? Pawlu jirreferi b’mod partikulari għall-​anzjani, “dawk li qegħdin jaħdmu iebes fostkom u jippresiedu fuqkom fil-​Mulej u jwissukom.” Hu jħeġġeġ lill-​Kristjani biex lil dawn jagħtuhom “iktar minn konsiderazzjoni straordinarja fl-​imħabba minħabba x-​xogħol tagħhom.” (1 Tessalonkin 5:12, 13) Dan kif nistgħu nagħmluh? Billi nikkooperaw bis-​sħiħ magħhom—per eżempju, billi nieħdu sehem f’xogħol li jkun meħtieġ fis-​Sala tas-​Saltna. Waqt li dejjem għandna nħossuna ħelsin li navviċinaw lill-​anzjani għall-​għajnuna meta hemm il-​ħtieġa, m’għandniex nistennew iżżejjed minnhom. Minflok, b’kull mod li nistgħu, nipprovaw inħaffu t-​tagħbija taʼ dawn ir-​ragħajja li tant jaħdmu iebes, li ħafna minnhom għandhom responsabbiltajiet tal-​familja minbarra d-​dmirijiet tagħhom fil-​kongregazzjoni.

7. B’liema modi nistgħu aħna nuru konsiderazzjoni lejn ix-​xjuħ fl-​età?

7 Ix-​xjuħ fl-​età wkoll jixirqilhom il-​konsiderazzjoni tagħna. Kmandament speċifiku tal-​Liġi Mosajka kien: “Quddiem ix-​xagħar griż għandek tqum bil-​wieqfa, u int trid turi konsiderazzjoni għall-​persuna taʼ raġel xiħ, u int trid tkun fil-​biżaʼ t’Alla tiegħek. Jien Jehovah.” (Levitiku 19:32) Din il-​konsiderazzjoni kif tistaʼ tintwera? Uħud iżgħar jistgħu joffru li jgħinuhom biex jixtrulhom jew biex jaqduhom f’xi ħaġa oħra. L-​anzjani jistgħu b’mod taʼ konsiderazzjoni jiċċekkjaw biex jaraw jekk xi ħadd mix-​xjuħ għandux bżonn xi għajnuna biex jattendi l-​laqgħat. Fl-​assembleat, individwi żgħażagħ u fuq ruħhom se jevitaw li jimbuttaw lil uħud xjuħ li jimxu iktar bil-​mod biex bla paċenzja jibqgħu għaddejjin, u se jkunu paċenzjużi jekk xi wieħed xiħ jeħodha ftit bil-​lajma biex ipoġġi jew biex jieħu l-​ikel.

8. Kif nistgħu nuru konsiderazzjoni lejn grupp ieħor li jixraqlu u li jispikka fil-​Bibbja?

8 Is-​salmista jsemmi grupp ieħor li għandu bżonn konsiderazzjoni: “Hieni hu kulmin jaġixxi b’konsiderazzjoni lejn il-​baxx.” (Salm 41:1) Jistaʼ jkun faċli li turi konsiderazzjoni lejn min hu prominenti jew sinjur, imma x’ingħidu għall-​imbaxxi jew il-​fqir? Il-​kittieb Bibliku Ġakbu indika illi li nuru konsiderazzjoni lejn dawn hija prova tat-​tjieba u l-​imħabba Kristjana tagħna. Jalla ngħadduha din il-​prova billi nuru li nqisu lil kulħadd huma x’inhuma ċ-​ċirkustanzi tagħhom.—Filippin 2:3, 4; Ġakbu 2:2-4, 8, 9.

“Komplu Siru Mimlijin Ħniena”

9, 10. Il-​Kristjani għala għandhom ikunu kollhom ħniena, u kif tistaʼ tintwera din ix-​xorta taʼ tjubija?

9 Xorta oħra taʼ tjubija tidher f’xi wħud mill-​parabboli taʼ Ġesù. F’waħda minnhom, Ġesù rrakkonta dwar wieħed Samaritan li ltaqaʼ maʼ raġel li kien ġie misruq, imsawwat sew, u mħolli minxur mal-​art fit-​triq. Wieħed Levita u qassis kienu għaddew minn ħdejn ir-​raġel midrub u rrifjutaw li jgħinuh. Imma s-​Samaritan waqaf u tah il-​għajnuna, billi għamel iktar minn kemm wieħed forsi jistenna. L-​istorja spiss tissejjaħ il-​parabbola tas-​Samaritan it-​Tajjeb. Liema xorta taʼ tjubija wera s-​Samaritan? Il-​ħniena. Meta Ġesù staqsa lis-​semmiegħ tiegħu biex jidentifika min wera li kien il-​ġar tar-​raġel midrub, it-​tweġiba korretta ngħatat: “Dak li aġixxa bil-​ħniena miegħu.”−Luqa 10:37.

10 Kristjani li jħennu jimitaw lil Jehovah, li dwaru Mosè qal lill-​Iżraeliti: “Jehovah Alla tagħkom hu Alla mimli ħniena. Mhux se jitlaqkom jew iġibkom f’rovina jew jinsa l-​patt taʼ missirijietkom tal-​qedem li ħalfilhom.” (Dewteronomju 4:31) Ġesù wera kif għandha teffettwana l-​ħniena t’Alla: “Komplu siru mimlijin ħniena, sewwa sew bħalma Missierkom hu mimli ħniena.” (Luqa 6:36) Kif nistgħu aħna nuru ħniena? Bħalma indikat il-​parabbola taʼ Ġesù, mod wieħed hu billi nkunu lesti li ngħinu lil seħibna, saħansitra jekk dan jinvolvi riskju jew inkonvenjenza. Min hu tajjeb ma jinjorax it-​tbatija taʼ ħuh jekk inhu f’qagħda li jistaʼ jagħmel xi ħaġa dwarha.—Ġakbu 2:15, 16.

11, 12. Skond il-​parabbola taʼ Ġesù tal-​irsiera, il-​ħniena x’tinkludi, u kif nistgħu aħna nuru din illum?

11 Parabbola oħra taʼ Ġesù wriet li t-​tjubija kollha ħniena tinkludi li wieħed ikun lest li jaħfer lil oħrajn. Hu rrakkonta dwar wieħed irsir li kellu jagħti għaxart elef talent lil sidu. Billi ma kellux minfejn iħallas, l-​irsir ittallab għall-​ħniena, u sidu b’qalb tajba ħafer dak id-​dejn kbir ferm taʼ 60,000,000 dinier. Imma l-​irsir telaq u sab lil wieħed irsir ieħor li kellu jagħtih biss mitt dinier. L-​irsir li ngħata l-​maħfra xeħet bla ħniena lil dak li kien midjun lejh fil-​ħabs sakemm ikun jistaʼ jħallas. B’mod ċar, l-​irsir bla ħniena ma kienx raġel tajjeb, u meta sidu samaʼ x’kien għamel, talab kont minnu.—Mattew 18:23-35.

12 Aħna qegħdin f’sitwazzjoni simili għal dik tal-​irsir li ġie maħfur. Fuq il-​bażi tas-​sagrifiċċju taʼ Ġesù, Jehovah ħafer dejn kbir ferm taʼ dnub mill-​kont tagħna. Żgur li, allura, aħna għandna nkunu lesti li naħfru lil ohrajn. Ġesù qal li għandna nkunu lesti naħfru “sa sebgħa u sebgħin darba,” mingħajr limitu. (Mattew 6:7; 6:12, 14, 15; 18:21, 22) B’hekk, Kristjan li hu mimli ħniena ma jżommx fil-​komma. Ma jibqax miġġieled jew jirrifjuta li jkellem lil sieħbu Kristjan minħabba xi sentiment ħażin. Nuqqas bħal dan taʼ ħniena ma hux marka tat-​tjubija Kristjana.

Ġeneruża u ospitabbli

13. It-​tjubija x’tinkludi iktar?

13 It-​tjubija hija murija wkoll bil-​ġenerożità u l-​ospitalità. Darba minnhom wieħed raġel żagħżugħ ġie għand Ġesù għal parir. Hu qal: “Għalliem, liema tajjeb irrid nagħmel sabiex nikseb il-​ħajja taʼ dejjem?” Ġesù qallu li għandu josserva l-​kmandamenti t’Alla kontinwament. Iva, l-​ubbidjenza lejn il-​kmandi taʼ Jehovah hija aspett tat-​tjubija. Ir-​raġel żagħżugħ ħaseb li hu kien diġà qed jagħmel dan mill-​aħjar li setaʼ. B’mod ċar, għall-​ġirien tiegħu diġà kien jidher bħala persuna tajba, imma ħass li kien jonqsu xi ħaġa. Mela Ġesù qal: “Jekk trid tkun perfett, mur bigħ kulma għandek u agħti lill-​foqra u se jkollok teżor fis-​sema, u ejja kun segwaċi tiegħi.” (Mattew 19:16-22) Ir-​raġel żagħżugħ telaq lil hemm imnikket. Hu kien sinjur ħafna. Kieku segwa l-​parir taʼ Ġesù, kien ikun wera li ma kienx materjalista. U kien ikun wettaq att tajjeb taʼ ġenerożità verament mingħajr egoiżmu.

14. Liema parir mill-​aħjar taw kemm Jehovah u Ġesù rigward il-​ġenerożità?

14 Jehovah ħeġġeġ lill-​Iżraeliti biex ikunu ġenerużi. Per eżempju, naqraw: “Int bla dubju għandek tagħti lil[l-ġar tiegħek milqut mill-​faqar], u qalbek ma għandhiex tkun xħiħa f’li tagħtih, għaliex minħabba f’dan Jehovah Alla tiegħek se jbierkek f’kull egħmil minn tiegħek u f’kull biċċa xogħol minn tiegħek.” (Dewteronomju 15:10; Proverbji 11:25) Ġesù Kristu personalment ħeġġeġ il-​ġenerożità: “Ipprattikaw li tagħtu, u n-​nies se jagħtu lilkom. Se jferrgħulkom f’ħoġorkom kejl tajjeb, ippressat, imheżheż u mfawwar.” (Luqa 6:38) Iktar minn hekk, Ġesù kien personalment ġeneruż ferm. F’okkażjoni minnhom, hu kien warrab ħin biex jistrieħ xi ftit. Folol sabuh fejn kien u ġew għandu. Ġesù b’mod ġeneruż nesa dwar il-​mistrieħ u stinka biex igħin lill-​folla. Iktar tard, hu wera ospitalità li tispikka billi pprovda l-​ikel għal dik il-​folla kbira.—Mark 6:30-44.

15. Id-​dixxipli taʼ Ġesù kif taw eżempju eċċellenti f’li juru l-​ġenerożità?

15 Leali lejn il-​parir taʼ Jehovah u taʼ Ġesù ħafna mid-​dixxipli taʼ Ġesù kienu magħrufin għall-​ġenerożità u l-​ospitalità. Fl-​ewwel jiem tal-​kongregazzjoni Kristjana, għadd kbir taʼ dawk li ġew biex jiċċelebraw il-​Pentekoste fis-​sena 33 E.K. semgħu l-​ippridkar tal-​appostli u saru wħud li jemmnu. Billi baqgħu hemm wara l-​festa sabiex jitgħallmu iktar, spiċċawlhom il-​provisti. Għalhekk, dawk tal-​lokal li kienu jemmnu biegħu l-​propjetà tagħhom u kkontribwew il-​flus biex isostnu lil ħuthom ġodda sabiex dawn setgħu jsiru stabbiliti aħjar fil-​fidi. X’ġenerożità!—Atti 4:32-35; ara wkoll Atti 16:15; Rumani 15:26.

16. Semmi xi ftit modi kif aħna llum nistgħu nkunu ospitabbli u ġenerużi.

16 Illum, ġenerożità simili bħal taʼ Kristu tidher meta l-​Kristjani jikkontribwixxu ħin u flus għall-​kongregazzjonijiet lokali tagħhom u għax-​xogħol tal-​ippridkar mad-​dinja kollha. Issir evidenti meta huma jmorru biex jgħinu lil ħuthom li jkunu qed isofru minn xi diżastru naturali jew gwerra. Hija murija meta xi aħwa jieħdu ħsieb l-​indokratur li jivvjagga matul iż-​żjara regulari tiegħu. Jew meta “subien bla missier” (u bniet bla missier) jiġu b’mod ġeneruż mistednin biex jieħdu sehem fir-​rikreazzjoni u studji tal-​Bibbja fil-​familja maʼ familji Kristjani oħrajn, dan ukoll huwa ospitalità, wirja taʼ tjubija Kristjana.—Salm 68:5.

Ingħidu l-​Verità

17. Li tgħid il-​verità għala hija sfida llum?

17 Meta Pawlu ddeskriva l-​frott tad-​dawl, hu għaqqad it-​tjubija mat-​tjieba u l-​verità, u jkun korrett li tgħid illi li wieħed igħid il-​verità hija xorta oħra taʼ tjubija. Nies tajbin ma jigdbux. Minkejja dan, li tgħid il-​verità hija sfida speċjali llum meta tant hawn gideb. Ħafna individwi jigdbu meta jimlew il-​formola tat-​taxxa tagħhom. Impjegati jigdbu dwar ix-​xogħol li huma jagħmlu. L-​istudenti b’gideb iqarrqu fil-​lezzjonijiet u fl-​eżamijiet tagħhom. Negozjanti jigdbu meta jagħmlu xi biċċa negozju. It-​tfal jigdbu biex jiffrankaw il-​kastig. Qasqasa malizzjużi bil-​gideb jirrovinaw ir-​reputazzoniet ta oħrajn.

18. Jehovah kif iqishom lill-​giddibin?

18 Il-​gideb huwa ikrah ferm għal Jehovah. Fost is-​“sebaʼ affarijiet” li hu jobgħod hemm “ilsien falz” u “xiehda falza li minnha joħroġ il-​gideb.” (Proverbji 6:16-19) “[I]l-giddieba kollha” huma msemmijin fost il-​beżżiegħa, il-​qattiela, u ż-​żienja, li ma se jkollhom ebda post fid-​dinja ġdida t’Alla. (Rivelazzjoni 21:8) Barra minn hekk, il-​proverbju jgħidilna: “Il-​wieħed li qed jimxi fl-​istat dritt tiegħu qiegħed jibżaʼ minn Jehovah, imma l-​wieħed imgħawweġ fil-​mogħdijiet tiegħu qiegħed iżebilħU.” (Proverbji 14:2) Il-​giddieb huwa mgħawweġ fil-​mogħdijiet tiegħu. Għalhekk, il-​giddieb jagħti evidenza li qed iżeblaħ lil Jehovah. Xi ħsieb terribbli! Ejjew dejjem ingħidu l-​verità, saħansitra jekk dan se jwassal biex niġu ddixxiplinati jew f’telf finanzjarju. (Proverbji 16:6; Efesin 4:25) Dawk li jgħidu l-​verità jimitaw lil Jehovah, “dak Alla tal-​verità.”−Salm 31:5.

Ikkultiva t-​Tjubija

19. Kultant x’nistgħu naraw fid-​dinja, li jirrifletti l-​kredtu fuq il-​Ħallieq?

19 Dawn huma biss ftit mix-​‘xortajiet’ taʼ tjubija li Kristjan għandu jikkultiva. Huwa veru li n-​nies tad-​dinja juru tjubija sa ċertu punt. Xi wħud huma ospitabbli, per eżempju, u oħrajn huma kollhom ħniena. Tabilħaqq, dik il-​ħaġa li għamlet lill-​parabbola tas-​Samaritan it-​Tajjeb tant tal-​għaġeb kienet li Ġesù rrakkonta dwar wieħed li ma kienx Lhudi u li wera ħniena meta anzjani fil-​kongregazzjoni Lhudija ma wrewhiex. Għanda tabilħaqq għalfejn nuru gratitudni lejn il-​Ħallieq tal-​bniedem talli karratterestiċi bħal dawn għadhom jidhru b’mod naturali f’xi bnedmin saħansitra wara sitt elef sena taʼ imperfezzjoni.

20, 21. (a) It-​tjubija Kristjana għala hija differenti minn xi tjubija li nistgħu naraw f’xi nies tad-​dinja? (b) Kristjan kif jistaʼ jikkultiva t-​tjubija, u għala nistinkaw f’li nagħmlu dan?

20 Minkejja dan, għall-​Kristjani t-​ttjubija hija iktar minn sempliċi kwalità li jridu jikkultivaw fl-​aspetti kollha tagħha, ladarba huma għandhom ikunu possibli? Il-​Bibbja tgħidilna li nistgħu nitgħallmu t-​tubija. “Għax fil-​kmandamenti tiegħek jien eżerċitajt fidi.” Hu kompla: “Għax fil-​kmandmenti tiegħek jien eżerċitajt fidi.” Hu żied: “Inti tajjeb u qed tagħmel it-​tajjeb. Għallimni r-​regolamenti tiegħek.”-Salm 119:66, 68.

21 Iva, jekk nitgħallmu l-​kmandamenti taʼ Jehovah u nobduhom, aħna se nikkultivaw it-​tjubija. Dejjem ftakar li-t-tjubija hija frotta tal-​ispirtu. Jekk infittxu l-​ispiritu taʼ Jehovah permezz tat-​talb, tas-​sħubija, u taʼ studju tal-​Bibbja, imbagħad aħna żgur li se nkunu mgħejjunin biex nikkultivaw din il-​kwalità. Barra minn hekk, it-​tjubija hija potenti. Hi tistaʼ tirbaħ il-​ħażin. (Rumani 12:21) Kemm hu vitali, allura, li nagħmlu t-​tajjeb lil kulħadd, speċjalment lil ħutna Kristjani. (Galatin 6:10) Jekk nagħmlu hekk, se nukunu fost dawk li jgawdu “glorja u unur u paċi” li huma mwegħdin lil “kull wieħed li jaħdem dak li hu tajjeb.”- Rumani 2:6-11.

Tistaʼ Twieġeb?

◻ Kif nistgħu nibqgħu nagħmlu t-​tajjeb rigward l-​awtoritajiat superjuri?

◻ Min, fost oħrajn, jixraqiu ii jintwera konsiderazzjoni minna?

◻ Il-​ħniena b’liema modi turi lilha nfisha?

◻ Liema atti taʼ ġenerożità u ospitalità jimmarkaw lill-​Kristjani llum?

◻ It-​tjubija kif tistaʼ tiġi kkultivata?

[Stampa f’paġna 13]

Li tqis lil oħrajn huwa aspett tat-​tjubija

[Stampa f’paġna 16]

Bħala l-​Għalliem il-​Kbir, Ġesù b’mod ġeneruż ta minnu nnfisu

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja