-
Kif Tieħu Deċiżjonijiet TajbinGħix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
-
-
5. Irrispetta l-kuxjenza t’oħrajn
Kulħadd jieħu deċiżjonijiet differenti. Kif nistgħu nuru li nirrispettaw il-kuxjenza t’oħrajn? Ejja naraw żewġ eżempji:
L-1 eżempju: Oħt li tħobb stil partikolari bidlet il-kongregazzjoni tagħha. Hemmhekk ħafna aħwa nisa ma jiħdux pjaċir bl-istil tagħha.
Aqra Rumani 15:1 u l-1 Korintin 10:23, 24, u mbagħad iddiskuti:
Skont dawn il-versi, l-oħt x’tistaʼ tiddeċiedi li tagħmel? Int x’tagħmel jekk tkun maʼ persuna li l-kuxjenza tagħha tgħidilha biex ma tagħmilx xi ħaġa waqt li l-kuxjenza tiegħek tħallik?
It-2 eżempju: Ħu jaf li l-Bibbja ma tgħidx li ma tistax tixrob l-alkoħol. Imma hu ddeċieda li ma jridx jixrob. Hu jiġi mistieden u jara aħwa oħrajn jixorbu l-alkoħol.
Aqra Ekkleżjasti 7:16 u Rumani 14:1, 10, u mbagħad iddiskuti:
Skont dawn il-versi, il-ħu x’jistaʼ jiddeċiedi li jagħmel? Int x’se tagħmel jekk tara lil xi ħadd ieħor jagħmel xi ħaġa li l-kuxjenza tiegħek ma tħallikx tagħmilha?
X’se jgħinek tieħu deċiżjonijiet tajbin?
1. Saqsi lil Ġeħova biex jgħinek tiddeċiedi x’se tagħmel.—Ġakbu 1:5.
2. Fittex fil-Bibbja u pubblikazzjonijiet ibbażati fuq il-Bibbja biex issib prinċipji li se jgħinuk. Tistaʼ wkoll issaqsi ħu jew oħt matura fil-kongregazzjoni biex tgħinek.
3. Aħseb kif se teffettwa l-kuxjenza tiegħek u t’oħrajn b’dak li tagħmel.
-
-
Ġeħova Jinteressah minn Kif Nilbsu u NidhruGħix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
-
-
2. Għala għandna naħsbu fl-aħwa qabel ma niddeċiedu x’se nilbsu?
Kulħadd għandu d-dritt jagħżel xi jrid jilbes. Imma għandna naħsbu jekk dak li se nilbsu hux se jkun taʼ problema għal oħrajn. Aħna nipprovaw ma nfixklu lil ħadd. Imma minflok, nipprovaw nogħġbu lil ħaddieħor ‘f’dak li hu tajjeb biex ngħinuh jinbena’ spiritwalment.—Aqra Rumani 15:1, 2.
-