LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Ġeħova Juża lil Ġesù Biex Imexxi l-Kongregazzjoni
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
    • Ġeħova Juża lil Ġesù Biex Imexxi l-​Kongregazzjoni

      Ġeħova hu Alla organizzat. (1 Korintin 14:33) Allura jagħmel sens li n-​nies tiegħu jkunu organizzati wkoll. Kif inhi organizzata l-​kongregazzjoni Kristjana? Aħna x’nistgħu nagħmlu biex ngħinu lill-​kongregazzjoni tibqaʼ organizzata?

      1. Min imexxi l-​kongregazzjoni?

      ‘Kristu hu l-​kap tal-​kongregazzjoni.’ (Efesin 5:23) Mis-​sema, hu jieħu ħsieb ix-​xogħol li jagħmlu n-​nies taʼ Ġeħova madwar id-​dinja. Ġesù għażel grupp żgħir taʼ anzjani b’esperjenza. Dan il-​grupp hu l-​Ġemgħa li Tiggverna, jiġifieri “l-​ilsir leali u għaqli.” (Aqra Mattew 24:​45-​47.) Il-​Ġemgħa li Tiggverna tagħti istruzzjonijiet lill-​kongregazzjonijiet kollha madwar id-​dinja. Dan l-​istess bħalma kienu jagħmlu l-​appostli u l-​anzjani f’Ġerusalemm fl-​ewwel seklu. (Atti 15:2) Allura huma jaraw x’jixtieqhom jagħmlu Ġeħova billi jaqraw il-​Bibbja u jobdu l-​istruzzjonijiet taʼ Ġesù. B’hekk, dawn l-​irġiel mhumiex il-​mexxejja tal-​organizzazzjoni.

      2. Min huma l-​anzjani u x’inhu xogħolhom?

      L-​anzjani huma rġiel Kristjani maturi. Huma jgħallmu lin-​nies taʼ Ġeħova mill-​Bibbja, jgħinuhom u jinkuraġġuhom. Huma ma jitħallsux għal dak li jagħmlu. Minflok, huma jagħmlu kollox ‘minn jeddhom; mhux għall-​imħabba tal-​qligħ diżonest,’ imma minn qalbhom. (1 Pietru 5:​1, 2) Il-​qaddejja ministerjali huma rġiel li jgħinu lill-​anzjani. Maż-​żmien dawn l-​irġiel jistgħu jikkwalifikaw biex isiru anzjani.

      Il-​Ġemgħa li Tiggverna tagħżel xi anzjani biex isiru indokraturi li jżuru l-​kongregazzjonijiet (circuit overseers). Dawn l-​irġiel iżuru lil xi kongregazzjonijiet biex jgħinu u jsaħħu lill-​aħwa. Huma jagħżlu l-​aħwa rġiel li jistgħu jaqdu bħala qaddejja ministerjali jew anzjani. Dan jagħmluh billi jaraw li jgħixu skont il-​kwalifiki tal-​Bibbja.​—1 Timotju 3:​1-​10, 12; Titu 1:​5-​9.

      3. X’responsabbiltà għandu kull Xhud taʼ Ġeħova?

      Fil-​kongregazzjoni kulħadd ‘ifaħħar isem Ġeħova’ billi jieħu sehem waqt il-​laqgħat u jipprietka kemm jistaʼ.​—Aqra Salm 148:​12, 13.

      TGĦALLEM IŻJED

      Tgħallem x’tip taʼ mexxej hu Ġesù u kif l-​anzjani jippruvaw jimitawh. Ara wkoll kif aħna nistgħu nobdu lil Ġesù u naħdmu mal-​anzjani.

      4. Ġesù jmexxi b’qalb tajba

      Ġesù jistidinna għal xi ħaġa sabiħa ħafna. Aqra Mattew 11:​28-​30, u mbagħad iddiskuti:

      • X’tip taʼ mexxej hu Ġesù? Hu kif jixtieq li nħossuna taħt t-​tmexxija tiegħu?

      L-​anzjani kif jimitaw l-​eżempju taʼ Ġesù? Ara l-​VIDJOW.

      VIDJOW: Anzjani Jgħinu Wara Terremot fin-​Nepal (4:​56)

      Il-​Bibbja turi b’mod ċar kif l-​anzjani għandhom jagħmlu x-​xogħol tagħhom.

      Aqra Isaija 32:2 u l-​1 Pietru 5:​1-​3, u mbagħad iddiskuti:

      • L-​anzjani jippruvaw jagħmlu l-​aħjar li jistgħu biex jgħinu lill-​oħrajn bħalma għamel Ġesù. Kif tħossok dwar dan?

      • L-​anzjani b’liema modi oħra jimitaw lil Ġesù?

      5. L-​anzjani jgħallmuna bl-​eżempju tagħhom

      Ġesù kif jixtieq li l-​anzjani jaraw ix-​xogħol li għandhom? Ara l-​VIDJOW.

      VIDJOW: Anzjani ħudu t-​tmexxija! (7:​39)

      Ġesù qal x’attitudni jrid ikollhom dawk li jmexxu fil-​kongregazzjoni. Aqra Mattew 23:​8-​12, u mbagħad iddiskuti:

      • Il-​Bibbja kif tgħid li l-​anzjani għandhom imexxu? Inti taħseb li mexxejja f’reliġjonijiet oħra jimxu maʼ dak li tgħid il-​Bibbja?

      A. Grupp taʼ Stampi: Anzjan qed jieħu ħsieb il-​bżonn spiritwali tiegħu u tal-​familja. 1. Jitlob qabel ma jistudja l-​Bibbja. 2. Jgħallem lit-​tifla dwar il-​Bibbja maʼ martu. B. L-​istess anzjan u l-​mara tiegħu qed iżuru oħt mill-​kongregazzjoni tagħhom li qiegħda f’sodda l-​isptar. C. L-​istess anzjan qed jipprietka lil raġel. D. Grupp taʼ Stampi: 1. L-​istess anzjan qed jagħti taħdita f’laqgħa. 2. Hu jaħsel l-​art f’Sala tas-​Saltna.
      1. L-​anzjani jagħmlu ċert li huma u l-​familji tagħhom għandhom ħbiberija tajba maʼ Ġeħova

      2. L-​anzjani jieħdu ħsieb lil dawk kollha fil-​kongregazzjoni

      3. L-​anzjani jippritkaw kemm jistgħu

      4. L-​anzjani, apparti li jgħallmu lill-​oħrajn, jgħinu fit-​tindif u affarijiet oħra

      6. Aħna naħdmu mal-​anzjani

      Il-​Bibbja ttina raġuni importanti għala għandna naħdmu mal-​anzjani. Aqra Ebrej 13:​17, u mbagħad iddiskuti:

      • Il-​Bibbja għala tgħid li għandna nobdu lil dawk li qed jieħdu ħsiebna? Kif tħossok dwar dan?

      Aqra Luqa 16:​10, u mbagħad iddiskuti:

      • Għala hu importanti li dejjem nobdu lill-​anzjani anki f’affarijiet li ma jidhrux importanti?

      ĦAFNA JGĦIDU: “Lil Alla tistaʼ tqimu kif trid int.”

      • X’benefiċċji hemm f’li taqdi lil Alla f’kongregazzjoni?

      XI DDISKUTEJNA?

      Ġesù jmexxi l-​kongregazzjoni. Aħna nieħdu pjaċir naħdmu mal-​anzjani għax jgħinuna u jgħallmuna bl-​eżempju tagħhom.

      X’Tgħallimt

      • Min hu l-​kap tal-​kongregazzjoni?

      • L-​anzjani kif jgħinu lill-​kongregazzjoni?

      • X’responsabbiltà għandu kull Xhud taʼ Ġeħova?

      Ipprova Dan

      ARA IŻJED

      Ara kif il-​Ġemgħa li Tiggverna u l-​anzjani jinteressahom mill-​Kristjani.

      Insaħħu lil Ħutna Taħt Restrizzjoni (4:​22)

      Tgħallem x’jagħmlu l-​indokraturi li jżuru l-​kongregazzjonijiet.

      Il-​Ħajja taʼ Circuit Overseer (4:​51)

      Aqra dwar dak li jagħmlu n-​nisa fil-​kongregazzjoni.

      “Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova Nisa Jgħallmu?” (Artiklu minn Torri tal-​Għassa)

      Sir af ix-​xogħol iebes li jagħmlu l-​anzjani biex isaħħu lill-​aħwa.

      “Anzjani Kristjani​—‘Ħaddiema Sħabna Għall-​Ferħ Tagħna’” (It-​Torri tal-​Għassa, 15 taʼ Jannar, 2013)

  • Min Hu “l-Ilsir Leali u Għaqli” u X’Jagħmel?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
    • 3. In-​nies taʼ Ġeħova għandhom ikunu organizzati

      Ġesù juża l-​Ġemgħa li Tiggverna biex jorganizza x-​xogħol tax-​Xhieda taʼ Ġeħova. Ġesù kien imexxi lill-​ewwel Kristjani b’mod simili. Ara l-​VIDJOW.

      VIDJOW: Ġeħova Jorganizza n-Nies Tiegħu (6:18)

      Aqra l-​1 Korintin 14:​33, 40, u mbagħad iddiskuti:

      • Dawn il-​versi kif juru li Ġeħova jrid li x-​Xhieda tiegħu jkunu organizzati?

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja