LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ‘Il-Mejtin Iqumu’
    It-Torri tal-Għassa—1998 | Lulju 1
    • 7. (a) Pawlu fuq liema kwistjoni prinċipali ffoka? (b) Min rah lil Ġesù rxoxtat?

      7 Fl-​ewwel żewġ versi taʼ l-​1 Korintin kapitlu 15, Pawlu jistabbilixxi t-​tema tad-​diskussjoni tiegħu: “Ħuti, irrid infakkarkom fl-​Evanġelju li xandarnielkom u li intom ilqajtu u li fih qegħdin iżżommu sħiħ. Bih intom salvi . . . jekk ma emmintux għal xejn.” Kieku l-​Korintin naqsu li jżommu sħiħ fl-​aħbar tajba, kienu jkunu aċċettaw il-​verità għal xejn. Pawlu kompla: “Jien għallimtkom dak li tgħallimt jien, jiġifieri, li Kristu miet minħabba dnubietna, skond l-​Iskrittura; difnuh u qam mill-​imwiet fit-​tielet jum, skond l-​Iskrittura. U deher lil Kefa, u mbagħad lit-​Tnax. Deher imbagħad lil aktar minn ħames mitt aħwa flimkien. Ħafna minnhom għadhom ħajjin sa llum; xi wħud minnhom raqdu [“fil-​mewt,” NW]. Mbagħad deher lil Ġakbu u lill-​appostli kollha. Fl-​aħħar deher lili wkoll wara kulħadd, qisni twelidt mormi qabel il-​waqt.”—1 Korintin 15:3-8.

  • ‘Il-Mejtin Iqumu’
    It-Torri tal-Għassa—1998 | Lulju 1
    • 9 Kristu deher ukoll lil grupp akbar, “aktar minn ħames mitt aħwa.” Ladarba kien biss fil-​Galilija li hu kellu s-​segwaċi f’numri daqshekk kbar, għandu mnejn li dan kien fl-​okkażjoni deskritta f’Mattew 28:16-20, meta Ġesù ta l-​kmand biex jagħmlu dixxipli. X’testimonjanza qawwija setgħu jagħtu dawn l-​individwi! Xi wħud minnhom kienu għadhom ħajjin fis-​sena 55 E.K. meta Pawlu kkompona din l-​ewwel ittra lill-​Korintin. Iżda, innota li dawk li kienu mietu kienu jissemmew bħala li “raqdu [“fil-​mewt,” NW].” Kienu għadhom ma ġewx irxoxtati biex jirċievu l-​premju tagħhom fis-​sema.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja